ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

QORMI - MALTA

 

 

Data tad-dedikazzjoni - Dedication date:

6 ta' Mejju 1731

 

 

Il-Knisja Parrokkjali

 

Mużew tal-Parroċċa

Quddiesa Festa Solenni S. Ġorġ M.

Festa lil San Ġorġ Martri

Il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir

Arċipriet: Kan. Dun Anton Cassar

Sena tal-Mulej fil-Parroċċa

Viċi Arċipriet: Dun Ewkarist Zammit

Saċerdot: Dun Andre Zaffarese

Il-Ħames Fratellanzi tal-Parroċċa

 

Kummissjoni Parrokkjali Familja

Uffiċċju Parrokkjali – Parish Office

Leħen il-Belt Ġorġjana 2008

Triq l-Oratorju

Leħen il-Belt Ġorġjana 2009

Qormi

 

Tel: +356 21 492 997

Għaqdiet fil-Parroċċa

Fax: +356 21 488 393

L-Ecc. Mons Pawlu Cremona O.P. -- Ragħaj Spiritwali tagħna u ta' Malta

Mob: +356 7949 2997

E-Mail: [email protected]

Isqof Awzilarju ta' Malta u ieħor ta' Tiranë-Durrës (Albania) minn Ħal Qormi

Uffiċċju Parrokkjali - Parish Office: Triq l-Oratorju Qormi QRM04

Ħinijiet tal-Ftuħ tal-Uffiċċju Parrokkjali - Opening Time of the Parish Office:

 

Fil-għodu - Morning: Tlieta - Tuesday: 9.00-11.00

Siti Oħrajn

Fil-għaxija - Evening: Tlieta - Tuesday, Ħamis - Thursday & il-Ġimgħa - Friday: 5.00 - 7.00

San Ġorġ Preca

 

Il-Qdusija Tiegħu Benedittu XVI

NUMRU TAL-PARRUĊĊANI - Parish Population: 10,000
NUMRU TAL-FAMILJI - Families: 2,870

 

 

 

Din is-sena fil-Parroċċa tagħna ċelebrajna:

 

il-1725 sena mit-twelid ta’ San Ġorġ Martri, Patrun tagħna;

l-425 sena mill-bini tal-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi tagħna;

it-325 sena mit-tlestija tal-koppla;

il-125 sena li żżanżan il-palk prinċipali;

u d-90 sena mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni.

 

 

SENA B

 

IL-QUDDIESA TAL-ĦADD – JUM IL-MULEJ

 

6 ta’ Settembru 2009

 

L-XXIII ĦADD MATUL IS-SENA

 

Messalin Paġna 458

 

IL-FIDI HIJA “KLIEM” U “SMIEGĦ”

 

L-EWWEL QARI

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija.                 Is 35, 4-7a

Għidu lil dawk ta’ qalb imbeżżgħa:
“Agħmlu l-ħila, li tibżgħux.
Hawn hu Alla tagħkom!
Waslet il-vendetta,
il-ħlas ta’ Alla,
hu ġej biex isalvakom.”
Imbagħad jinfetħu għajnejn il-għomja,
widnejn it-torox jinfetħu;
imbagħad iz-zopp jaqbeż bħal ċerv
u lsien l-imbikkem jgħajjat bil-ferħ.
Iva, igelgel l-ilma fid-deżert,
u x-xmajjar jiġru fix-xagħri;
u r-ramel jikwi jinbidel f’għadira,
u l-art niexfa f’għejun ta’ ilma.

Il-Kelma tal-Mulej.

 

Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

SALM RESPONSORJALI                           Salm 145



Rit: Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej.

 

Il-Mulej iżomm kelmtu għal dejjem,
jagħmel ħaqq lill-maħqurin,
jagħti l-ħobż lill-imġewħin.
Il-Mulej jeħles ’l-imjassrin.

 

Rit: Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej.

 

Il-Mulej jiftaħ għajnejn ’il-għomja.
Il-Mulej jerfa’ ’l-milwijin,
il-Mulej iħobb ’il-ġusti.
Il-Mulej iħares ’il-barranin.

 

Rit: Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej.

 

Il-Mulej iżomm ’l-iltim u ’l-armla,
imma triqat il-ħżiena jħarbathom.
Il-Mulej isaltan għal dejjem,
Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.

 

Rit: Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej.

 

 

 

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Ġakbu Appostlu.                   Ġak 2, 1-5

Ħuti, fl-istqarrija tal-fidi f’Sidna Ġesù Kristu msebbaħ qisu li ma tħarsu lejn wiċċ ħadd. Għax jekk fil-laqgħa tagħkom jidħol wieħed biċ-ċrieket tad-deheb f’subgħajh u bi lbies ilellex, u jidħol ukoll wieħed fqir liebes imċerċer, jekk intom idduru ma’ dak li hu liebes ilellex u tgħidulu, “Oqgħod komdu hawn bilqiegħda,” waqt li lill-fqir tgħidulu, “Oqgħod hemm bilwieqfa,” jew, “Oqgħod bilqiegħda hawn taħt, fejn inserraħ riġlejja,” ma jidhrilkomx li tkunu qegħdin tagħmlu għażla bejniethom u hekk issiru mħallfin qarrieqa?
Isimgħu, ħuti għeżież: mhux Alla kien għażel ’il dawk li huma l-foqra tad-dinja biex isiru għonja fit-twemmin u werrieta tas-Saltna li hu wiegħed ’il dawk li jħobbuh?


Il-Kelma tal-Mulej.

Inroddu ħajr lil Alla.



VERSETT
Hallelujah. Hallelujah.

Urini, Mulej, it-triq tiegħek,
mexxini minn mogħdija watja.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark.               Mk 7, 31-37


F’dak iż-żmien: Ġesù telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, u għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli.
U ġibulu wieħed trux u mbikkem, u talbuh iqegħidlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: “Effata”, jiġifieri, “Infetaħ”! U dak widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu minnufih, u qabad jitkellem sewwa.
Ġesù wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh. U, mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu: “Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.”


Il-Kelma tal-Mulej.

It-tifħir lilek Kristu.

 

Mill-Ħajja tal-Komunita Tagħna - Avviżi kull Xahar tal-Parroċċa

Ħinijiet tal-Quddies fil-Parroċċa

Knisja Arċipretali - Parish Church

mit-Tnejn sas-Sibt - Monday to Saturday: 6.00 am, 6.45 am, 7.45 am; 4.30 pm, 6.00 pm.

il-Ħadd - Sunday:  6.00 am, 7.00 am, 8.00 am, 9.00am, 10.30am; 5.00 pm.

Kappella tal-Vitorja - Chapel of Our Lady of Victory

mit-Tnejn sas-Sibt - Monday to Saturday: 7.00 am.

il-Ħadd - Sunday: 7.15 am.

Kappella Sagra Familja - Chapel of Sacret Family

mit-Tnejn sal-Ġimgħa - Monday to Friday: 7.45 am.

is-Sibt - Saturday: 6.00 pm, 7.30 pm.

il-Ħadd - Sunday: 6.00 am, 8.15 am.

Santwarju Madonna tal-Ħlas - Santuary of Our Lady of tal-Ħlas

Kull tielet Ħadd tax-Xahar - Every third Sunday of each month: 4.30 pm.

 

Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċimiterju

it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa - Monday, Wednesday & Friday:

03.00 pm - 4.30 pm

is-Sibt - Saturday:

01.00 pm - 4.30 pm

il-Ħadd - Sunday: 

07.00 am -11.00 am

E-Mail tal-Parroċċa: [email protected]

Irranġata: 31 ta’ Awwissu 2009

Minn Borg Ġorġ

aboutmalta.com

Hosted by www.Geocities.ws

1