PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

QUDDIESA SOLENNI   TA’

 

SAN ĠORĠ MARTRI

 

Knisja Arċipretali u Arċimatriċi

tal-Belt Pinto

Antifona ta’ l-Introjtu

 

Id-dawl ta’ dejjem, Mulej,

jiddi lill-qaddisin tiegħek,

għal dejjem ta’ dejjem, hallelujah.

 

Saċ.:                         Saċ: Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Pop:           Amen

Saċ.:             Saċ: Il-Grazzja ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, l-imħabba t’Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu, tkun magħkom ilkoll.

Pop:           U miegħek ukoll.

Saċ.:             Saċ: Ħuti ejjew nagħrfu ħtijietna biex nitħejjew tajjeb ħalli niċċelebraw dawn il-misteri qaddisa.

Saċ.:             Nistqarr ’l Alla li jista’ kollox u likom ħuti, li jiena dnibt ħafna, bil-ħsieb bil-kliem u bil-għamil u billi ħallejt dmirijieti. Ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-akbar ħtija tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Imqaddsa Verġni Marija, lill-qaddisin kollha u lilkom ħuti, biex titolbu g]alija lill-Mulej Alla tagħna.

Saċ.:             Saċ: Iħenn għalina Alla li jista' kollox, jaħfrilna dnubietna u jwassalna għall-ħajja ta' dejjem. Amen.

 

Kyrie (Kantata mill-orkestra)

 

Kyrie, eleison,

Christe eleison,

Kyrie eleison.

 

Gloria (is-Saċerdot jintona)

 

Gloria in excelsis Deo et in terra pax hominibus bonae voluntatis. Laudamus te. Benedicimus te. Adoramus te. Glorificamus te. Gratias agimus tibi propter magnam gloriam tuam. Domine Deus, Rex caelestis, Deus Pater Omnipotens. Domine Fili unigenite, Jesu Christe, Domine Deus, Agnus Dei, Filius Patris, qui tollis peccata mundi, miserere nobis; qui tollis peccata mundi, suscipe deprecationem nostram. Qui sedes ad dexteram Patris , miserere nobis. Quoniam tu solus sanctus, tu solus Dominus, tu solus altissimus Jesu Christe, cum Sancto Spiritu; in gloria Dei Patris. Amen.

 

 

OREMUS:

Magnificantes, Domine, potentiam tuam, supplices exoramus,

ut, sicut sanctus Georgius Dominicae fuit passionis imitator,

ita sit fragilitatis nostrae promptus adiutor.

Per Dominum nostrum Jesum Christum, Filium tuum,

qui tecum vivit et regnat in unitate Spiritus Sancti, Deus,

per omnia saecula saeculorum.  Amen

 

 

L-EWWEL LEZZJONI

Bħal vittma tas-sagrifiċċju laqagħhom.

 

Qari mill-Ktieb tal-Għerf:                                          Għerf 3, 1-9

 

L-erwieħ tat-tajbin huma f’idejn Alla, u ebda turment ma jmisshom. F’għajnejn dawk li ma jemmnux qishom mejtin għal kollox, il-mewt tagħhom hi meqjusa bħal qerda, qishom sefgħu fix-xejn għax twarrbu minna; iżda huma jinsabu fis-sliem. Għalkemm f’għajnejn il-bnedmin qishom ħadu xi kastig, it-tama tagħhom hi l-milja ta’ ħajja bla tmiem, żgħira kienet it-tbatija tagħhom, imma kbira l-barka li ħadu; Alla għaddiehom mill-prova, u sab li jistħoqqilhom ikunu miegħu. Bħalma d-deheb jgħadduh min-nar, hekk hu għaddiehom, u bħal vittma tas-sagrifiċċju laqagħhom. Issa fiż-żmien tal-ġudizzju, jitlibbsu bid-dija, u bħal xrara tan-nar jiġri fuq it-tiben jaqbad, hekk ileqqu. Min-nazzjonijiet jagħmlu ġudizzju, u lill-popli jaħkmu, u Alla jkun is-Sid tagħhom għal dejjem. Dawk li jittamaw fih jagħrfu l-verita’, u dawk li huma fidili jgħixu miegħu fl-imħabba. Hemm grazzja u ħniena kbira għal dawk li Alla għażel għalih.



Il-Kelma tal-Mulej.

 

Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

SALM RESPONSORJALI                         Salm 125, 1-6


Rit: Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ jaħsdu fil-ferħ.

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imtarrfin ta’ Sijon,

konna qisna mitlufa f’ħolma;

imbagħad bid-daħq imtela’ fommna,

u lsienna nħall b’agħjat ta’ ferħ.        

Rit: Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ jaħsdu fil-ferħ.

Imbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus:

“Kbir f’għamilu l-Mulej magħhom!”

Kbir f'għamilu l-Mulej magħna!

U aħna mtlejna bil-ferħ.        

Rit: Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ jaħsdu fil-ferħ.

Biddel, il-Mulej xortina, bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ, jaħsdu bil-ferħ.         

Rit: Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ jaħsdu fil-ferħ.

Hu u sejjer, imur jibki,

iġorr iż-żerriegħa għaż-żriegħ,

Imma hu u ġej lura, jiġi jgħajjat bil-ferħ,

Bil-qatet f’idejh.

Rit: Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ jaħsdu fil-ferħ.

 

IT-TIENI LEZZJONI
Niftaħru bis-sofferenzi tagħna.

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani.      Rum. 5, 1-5

 

Ħuti: Wara li qlajna l-ġustifikazzjoni bil-fidi, għandna s-sliem, ma’ Alla permezz ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, li bih nidħlu għal din il-grazzja li fiha ninsabu issa. Aħna niftaħru minħabba t-tama li għandna li għad niksbu l-Glorja t’Alla. U mhux biss dan, imma niftaħru wkoll bis-sofferenzi, għax nafu li s-sofferenza ġġib is-sabar, is-sabar iġib il-prova, u l-prova ġġib it-tama. U t-tama ma tqarraqx bina, għaliex l-imħabba ta’ Alla ssawbet fina permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

Inroddu ħajr lil Alla.

 

VERSETT


Hallelujah. Hallelujah.

Bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu, Mulej;

F’rasu kuruna ta’ ħaġar prezzjuż;

F’rasu kuruna qiegħedlu l-Feddej.

Hallelujah.


L-EVANĠELJU

Il-Mulej magħkom.

U miegħek ukoll.


Qari mill-Evanġelju ta’ San Luqa.                Lq 9, 23-26


Ġesu’ darba qal lin-nies kollha: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, dan isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef jew jeqred lilu nnifsu? Jekk xi ħadd għad jistħi minni u minn kliemi, Bin il-Bniedem ukoll għad jistħi minnu meta jiġi fil-Glorja tiegħu u ta’ Missieru, u ta’ l-Anġli mqaddsa”.

Il-Kelma tal-Mulej.

It-tifħir lilek Kristu.

 

Is-saċerdot li jkun se jagħmel il-paniġierku jittella’ fuq l-ambone akkumpanjat minn żewġ abbatini, wieħed kbir u l-ieħor żgħir. Sa dan it-tant jindaqq l-orgni.

 

Iċ-ċelebrant jintona

 

CREDO IN UNUM DEUM, Patrem omnipotentem, factórem cæli et terræ, visibilium ómnium et invisibílium.  Et in unum Dóminum Jesum Christum, Fílium Dei unigenitum, et ex Patre natum ante ómnia sæcula.  Deum de Deo, lumen de lúmine, Deum verum de Deo vero, genitum, non factum, consubstantialem Patri: per quem ómnia facta sunt.  Qui propter nos hómines et propter nostram salútem descendit de cælis.  Et incarnatus est de Spíritu Sancto ex María Vírgine, et homo factus est.  Crucifíxus etiam pro nobis sub Póntio Pilato; passus et sepúltus est, et resurrexit tertia die, secúndum Scriptúras, et ascendit in cælum, sedet ad dexteram Patris.  Et iterum ventúrus est cum glória, iudicare vivos et mórtuos, cuius regni non erit finis.  Et in Spíritum Sanctum, Dóminum et vivificantem: qui ex Patre Filióque procedit.  Qui cum Patre et Fílio simul adoratur et conglorificatur: qui locútus est per prophetas.  Et unam, sanctam, cathólicam, et apostólicam Ecclesiam.  Confíteor unum baptísma in remissiónem peccatórum.  Et expecto resurrectiónem mortuórum, et vitam ventúri sæculi.  Amen.

 

Talbiet tal-Kommunita’

 

Saċ:  Missier qaddis, f’din il-Festa ta’ San Ġorġ, il-Martri Tiegħek, inressqulek it-talb tagħna bħala turija tal-fidi tagħna fik, b’fiduċja li inti tismagħna. Agħtina l-Ispirtu Qaddis tiegħek biex dak kollu li nitolbuk ikun jingħoġob quddiemek.

 

1.   Nitolbuk Mulej għall-Papa, għall-Isqfijiet, għas-saċerdoti u d-djakni biex ikunu tassew ministri tiegħek li jwasslu l-Aħbar it-Tajba lill-bnedmin kollha. Nitolbu.

 

2.       Żomm il-ħarsa tiegħek, Mulej, fuq il-familji Maltin biex minnhom joħorġu vokazzjonijiet saċerdotali, reliġjużi, u missjunarji. Nitolbu.

 

3.   Kompli uri ħniena magħna Mulej, u agħmel li bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ, qatt ma nitbegħdu minnek, biex hekk ma jonqosna qatt il-ferħ spiritwali li Inti biss taf tagħti.

 

4.   Mulej Missier qaddis, kun il-għajxien ta’ dawk li għadhom ’il bogħod minnek, ta’ dawk li għadhom ma semgħux dwarek, ta’ dawk li jinsabu f’xi tbatija, biex isaltnu dejjem l-għaqda, l-imħabba u s-sliem. Nitolbu.

 

5.   Missier ħanin, ilqa’ fi ħdanek lill-benefatturi kollha mejtin ta’ din il-parroċċa u lill-membri mejtin tal-familji tagħna. Flimkien ma’ San Ġorġ, seħibhom miegħek fil-glorja. Nitolbu.

 

6.   Kompli żejjen, Mulej, il-parroċċa tagħna b’aktar vokazzjonijiet, u agħti l-għajnuna meħtieġa liż-żgħażagħ tagħna biex bħal Marija jagħrfu jgħidu “Iva” għal dak li Inti trid minnhom

 

7.   Agħti Mulej, dak kollu li jistħoqqilhom, lil tant benefatturi, ħbieb u qraba, ħajjin u mejtin, li b’xi mod jew ieħor kienu ta’ għajnuna għalina. Nitolbu.

 

Saċ:   Bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ, ilqa’ Mulej, dawn it-talbiet li għadna kemm offrejnielek u talb ieħor li jinsab f’qalbna. Jekk inhi r-rieda tiegħek, agħmel li jseħħu dawn ix-xewqat tagħna.  Dan nitolbuh bl-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna. Amen.

 

Liturgia  Eucaristica

 

Saċ:   Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubitek tajtna l-ħobż li qegħdin noffrulek, frott ta’ l-art u xogħol il-bniedem, li minnu jsir għalina l-ħobż tal-ħajja.

 

Pop:    Imbierek Alla għal dejjem.

 

Saċ:  Bil-misteru ta’ dan l-ilma u l-inbid, ikollna mis-sehem fin-natura divina ta’ Kristu, kif hu jissieħeb magħna fin-natura tagħna l-bnedmin.

 

Saċ:   Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubitek tajtna l-inbid li qegħdin noffrulek -- frott tad-dielja u xogħol il-bniedem, li minnu jsir għalina x-xorb tar-ruħ.

 

Pop:   Imbierek Alla għal dejjem.

 

Ilqagħna, Mulej Alla tagħna, umli u niedma quddiemek, u agħmel li jkun jogħġbok dan is-sagrifiċċju li sejrin noffrulek.

 

Naddafni Mulej, minn ħżuniti, u d-dnub tiegħi neħħili.

 

Saċ:   Itolbu, ħuti, biex dan is-sagrifiċċju tiegħi u tagħkom ikun jogħġob lil Alla l-Missier li jista’ kollox.

Pop:   Jilqa’ l-Mulej minn idejk is-sagrifiċċju għat-tifħir u l-glorja ta’ ismu, għall-ħtiġijiet tagħna u tal-Knisja mqaddsa kollha tiegħu.

 

 

ORATIO SUPER  OBLATA

Suscipe, Domine, sacrificium placationis et laudis

quod in commemoratione beati martyris Georgii tuae offerimus maiestati,

ut nos perducat ad veniam et in perpetua constituat gratiarum actione.

Per Christum Dominum nostrum.     Amen.

 

 

PRAEFATIO DE SANCTIS MARTYRIBUS

 

Saċ:   Dominus vobiscum.

Pop:   Et cum spíritu tuo.

 

Saċ:   Sursum corda.

Pop:  Habemus ad Dóminum.

 

Saċ:    Gratias agamus Dómino Deo nostro.

Pop:   Dignum et iustum est.

 

Vere dignum et iustum est, aequum et salutare,

nos tibi semper et ubique gratias agere:

Domine, sancte Pater, omnipotens aeterne Deus:  

 

Quóniam beati martyris Geórgii pro confessióne nóminis tui,

ad imitatiónem Christi,

sanguis effúsus tua mirabília manifestat,

quibus perficis in fragilitate virtútem,

et vires infírmas ad testimónium róboras,

per Christum Dóminum nostrum.

 

Et ídeo cum caelórum Virtútibus,

in terris te iúgiter celebramus,

maiestati tuæ sine fine clamantes:

 

 

Sanctus

 

Sanctus, Sanctus, Sanctus, Dominus Deus Sabaoth. Pleni sunt caeli et terra gloria tua. Hosanna in excelsis. Benedictus qui venit in nomine Domini. Hosanna in excelsis.

 

IT-TIELET TALBA EWKARISTIKA

 

Iċ-ċelebrant prinċipali

 

Qaddis tassew int, Mulej,

u jistħoqqlok it-tifħir tal-ħolqien kollu,

għax b’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna

u bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu,

inti tagħti l-ħajja, kollox tqaddes,

u tibqa’ dejjem tiġbor għalik poplu,

 biex minn tlugħ ix-xemx sa nżulha, issirlek offerta safja.

 

Konċelebranti flimkien

 

Għalhekk, Mulej, ġejna quddiemek b’dawn l-offerti,

biex ikunu kkonsagrati lilek:

miċ-ċokon tagħna nitolbuk,

qaddishom bl-Ispirtu tiegħek biex isiru

l-Ġisem u d-Demm ()  ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna,

li bi kmandament tiegħu qegħdin niċċelebraw dan il-misteru.

 

Għax hu, fil-lejl li fih ingħata għalina,

Ħa l-ħobż, raddlek il-ħajr,

bierek, qasam, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:

 

ĦUDU  U  KULU  LKOLL  MINN  DAN :

GĦAX  DAN  HUWA  ĠISMI  LI  JINGĦATA  GĦALIKOM.

 

Hekk ukoll, wara l-ikla,

Ħa l-kalċi, raddlek il-ħajr,

bierek, ta lid-dixxiplu tiegħu, u qal:

 

ĦUDU  U  IXORBU  MINNU  LKOLL

GĦAX  DAN  HUWA  L-KALĊI  TA’  DEMMI

TAL-PATT  IL-ĠDID  LI  JIBQA’  GĦAL  DEJJEM.

ID-DEMM  LI  JIXXERRED  GĦALIKOM  U  GĦALL-BNEDMIN  KOLLHA  GĦALL-MAĦFRA  TAD-DNUBIET.

AGĦMLU  DAN  B’TIFKIRA  TIEGĦI.

 

 

Akklamazzjoni

 

Dan hu l-Misteru tal-fidi.

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

 

L-OFFERTA TAL-KNISJA.

 

Konċelebranti flimkien

 

Għalhekk, Mulej,

aħna u nagħmlu dan b’tifkira tal-passjoni li biha Ibnek fdiena

u tal-qawmien u t-tlugħ glorjuż tiegħu fis-sema,

aħna li qegħdin nistennew u nittamaw it-tieni miġja tiegħu,

b’radd il-ħajr noffrulek dan is-sagrifiċċju ħaj u qaddis.

Ħares, nitolbuk, lejn l-offerta tal-Knisja tiegħek,

agħraf fiha l-Vittma li bis-sagrifiċċju tagħha

ridt terġa’ tħabbibna miegħek;

agħmel li aħna li se nissaħħu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek

nimtlew bl-Ispirtu Qaddis tiegħu,

u nkunu ġisem wieħed u ruħ waħda fi Kristu.

 

L-ewwel Konċelebrant

 

Nitolbuk li hu jagħmel minna offerta

li tibqa’ għal dejjem quddiemek,

biex inkunu nistgħu niksbu l-wirt mal-magħżulin tiegħek;

mal-Verġni mqaddsa Omm Alla, Marija,

ma’ l-Appostli u l-Martri glorjużi tiegħek,

ma’ San Ġorġ Martri,

u l-Qaddisin kollha, li, kif nittamaw,

jidħlu għalina quddiemek.

 

It-tieni Konċelebrant

 

Agħmel, nitolbuk, Mulej,

li din il-Vittma li terħa’ tħabbibna miegħek

tkun ta’ sliem u salvazzjoni għad-dinja kollha.

Wettaq fil-fidi u fl-imħabba l-Knisja tiegħek

tul il-mixja tagħha fid-dinja;

il-qaddej tiegħek il-Papa Benedittu,

l-Isqfijiet tagħna Pawlu, Amnetto u Ġużeppi,

l-Isqfijiet kollha u l-ministri kollha tiegħek,

u l-poplu kollu li inti ksibt għalik.

Ilqa’ bit-tjieba t-talb u x-xewqat

ta’ din il-familja li inti ridtha tinġabar madwarek.

Agħder, Missier ħanin,

lil uliedek kollha kull fejn jinsabu,

u għaqqadhom miegħek ilkoll.

 

It-tielet Konċelebrant

 

Ħenn għal ħutna mejtin

u għal dawk kollha li ħallew

din il-ħajja fis-sewwa tiegħek;

daħħalhom fis-saltna tiegħek,

fejn nittamaw li aħna wkoll għad naslu,

biex, ilkoll flimkien, nitgħaxxqu għal dejjem bis-sebħ tiegħek.

Bi Kristu Sidna, li bih int tfawwar id-dinja b’kull ġid.

 

Dossoloġija

 

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox,

flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieħ u glorja għal dejjem ta’ dejjem.

Amen.

 

Missierna

 

Ejjew nitolbu kif għallimna u riedna nagħmlu l-Iben t'Alla għas-salvazzjoni tagħna.

 

Pater Noster

 

Pater noster, qui es in caelis

sanctificetur nomen tuum;

adveniat regnum tuum;

fiat voluntas tua, sicut in caelo et in terra.

Panem nostrum quotidianum da nobis hodie;

et dimitte nobis debita nostra,

sicut et nos dimittibus debitoribus nostris;

et ne nos inducas in tentationem, sed libera nos a malo.

 

 

Eħlisna nitolbuk Mulej minn kull deni.

Agħtina fit-tjieba u l-ħniena tiegħek il-paċi fi żmienna,

biex inkunu ħielsa dejjem mid-dnub

u mħarsa minn kull inkwiet,

aħna u nistennew u nittamaw,

il-hena u l-miġja tas-Salvatur tagħna Ġesu' Kristu.

 

Għax tiegħek hija s-saltna u l-qawwa u l-glorja għal dejjem.

 

Mulej Ġesu' Kristu,

li għidt lill-Appostli tiegħek,

inħallilkom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi,

la tħarisx lejn dnubietna,

iżda ħares lejn il-fidi tal-Knisja tiegħek,

agħtiha s-sliem u l-għaqda li int trid fiha.

Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta' dejjem. Amen.

 

Il-paċi tal-Mulej tkun dejjem magħkom

U miegħek ukoll.

 

Agħtu l-paċi lil xulxin.

 

Agnus Dei

 

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi; miserere nobis.

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi: miserere nobis.

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi: dona nobis pacem.

 

 

Mulej Ġesu' Kristu, Bin Alla l-ħaj,

bil-mewt tiegħek, kif ried minnek il-Missier,

u bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, Inti tajt il-ħajja lid-dinja.

B'dan il-ġisem u d-demm qaddis tiegħek, nitolbok,

eħlisni minn ħtijieti kollha u minn kull ħażen.

żommni dejjem fidil lejn il-kmandamenti tiegħek

u tħallini qatt ninfired minnek.

 

 

Saċ:   Dan hu l-ħaruf t'Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja. ħenjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tal-ħaruf.

 

Pop: Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi, iżda għid biss kelma waħda u ruħi tkun imfejjqa.

 

 

Antifona tat-tqarbin                                Ġw. 12, 24

 

Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

 

POST  COMMUNIO

OREMUS:

Tua, Dómine, sumpsimus dona cælestia, de hodierna festivitate lætantes;

præsta quæsimus,

ut qui in hoc divino convivio mortem Fílii tui annuntiamus,

eiusdem resurrectionis et glóriæ cum sanctis martyribus participes esse mereamur.

Per Christum Dóminum nostrum.      Amen.

 

Is-saċerdot imur quddiem l-artal u joqgħod hemm

 

 

ANTIPHONA: (kif tibda, s-saċerdot jinċensa r-relikwija.)

 

Fundatus supra firmam petram Geórgius nobilis miles, a verbis impii tyranni non timuit, nec terrenæ dignitatis gloriam quæsivit: sed constanter pro Christi fide certans usque ad mortem, hodie martyrii gloria, et honore coronatus est.

 

Saċ:           Il-Mulej magħkom.

Pop:          U miegħek ukoll.

Saċ:           Inbaxxu rasna ħalli nirċievu l-Barka t’Alla.

 

Saċ:           Alla, li fit-tjieba tiegħu ried jifdi lill-bniedem b’Ibnu mwieled minn Marija Verġni, jagħnikom bil-barka tiegħu.

Pop:          Amen.

Saċ:           Jagħtikom li, dejjem u kullimkien, ikollkom fuqkom il-ħarsien ta’ San Ġorġ u bit-talb tiegħu taslu għand min tagħna l-ħajja.

Pop:          Amen.

Saċ:           Timtela ruħkom bil-ferħ u l-grazzja tas-sema, intom li illum inħbartu bil-qima għall-festa ta’ San Ġorġ Martri.

Pop:          Amen.

Saċ:           Iberikkom Alla li jista’ kollox:

                  + il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.

Pop:          Amen.

Saċ:           Ite Missa est.

Pop:          Deo gratias.

 

 

 

 

Jitkanta l-innu popolari ta’ San {or[ M.

Waqt li jitkanta l-innu popolari ta’ San {or[, isir il-bews tar-relikwija mis-sa`erdoti kollha pre\enti, l-abbatini, ir-reli[ju\i u mbag]ad in-nies.

 

INNU  POPOLARI  TA’  SAN  ĠORĠ

 

Fjur tal-martri, Ġorġi tagħna,

Ismek jgħid l-egħġubijiet:

Fuq tjubitek, fuq għamilek

Tkellmu l-ibgħad żminijiet.

 

Mhux il-ġid, mhux il-foħrija

Kienu l-għana li ħabbejt:

Fidi sħiħa, Imħabba kbira

It-teżor li bih thennejt.

 

Maħbub Ġorġi, f’din is-siegħa

Li tfarraġna b’dawl is-sliem,

Agħmel int li imħabbitna

tkun fil-ħidma, mhux fil-kliem.

 

Mhux għalxejn suldat qalbieni

B’żiemel taħtek, xrara nar;

U bis-sejf jew b’lanza f’idek

Rawk poeti l-iżjed kbar.

 

U fil-ġlied ma’ bimha kiefra

Bla ma tgħejja u ma tistrieħ,

Rawk tissara, tolqot, tidrob,

U bil-mewt toħroġ rebbieħ.

 

Maħbub Ġorġi, eċċ.

 

Ħalli, mela, jdoqq ferrieħi

fuq il-fomm tagħna l-Qormin

l-innu tiegħek li qalb safja

żejnet b’noti sbieħ, ħelwin.

 

U nixtiequ li dan l-innu

Jasal fl-għoli tas-smewwiet,

Biex minn hemm ixxerred fuqna

Tal-ħajr tiegħek il-ħlewwiet.

 

Maħbub Ġorġi, eċċ.

 

Irrangata 18-06-2009

aboutmalta.com

 

Hosted by www.Geocities.ws

1