PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

FRATELLANZI LI JINSABU

FIL-KNISJA ARĊIMATRIĊI U ARĊIPRETALI TAL-BELT PINTO

Sagrament

Rużarju

Ċintura

San Mikiel

San Ġużepp

Tagħrif  fil-Qosor

Fil-Knisja Arċipretali ta' San Ġorġ Ħal Qormi, nsibu ħames Arċikonfraternitajiet jew aħjar Fratellanzi li huma dawn - 

Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament  - lewn aħmar.

Il-Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju  - lewn abjad.

Il-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura - lewn iswed.

Il-Fratellanza ta' San Mikiel Arkanġlu - lewn aħdar.

Il-Fratellanza ta' San Ġużepp  - lewn blu.

Dawn il-Fratellanzi jeħduna lura fis-seklu XVI (16), jiġifieri ’l fuq minn 400 sena ilu, fejn twaqqfu apposta biex ixerrdu d-devozzjoni, jgħinu lill-paruċċani fiżikament u spiritwalment, kif ukoll jgħinu fl-organizzazjoni tal-funzjonijiet reliġjużi li jsiru fil-Knisja.

Il-Fratellanzi għandhom is-servizzi tagħhom bħalma huma l-purċissjoniet ta' Sidna Marija Addolorata, Ħadd il-Palm, Kristu Rxoxt, San Ġużepp Ħaddiem, Corpus Christi, Qalb ta' Ġesu', San Ġorġ Martri, il-Madonna taċ-Ċintura, San Mikiel Arkanġlu u l-Madonna tar-Rużarju.

Kull Fratellanza tieħu ħsieb il-quddiesa tal-Ħadd fis-7.00 ta' fil-għodu u qegħdin imqassmin hekk, tar-Rużarju l-ewwel Ħadd tax-xahar il-Prima, ta' San Mikiel Arkanġlu u San Ġużepp Ħaddiem it-tieni Ħadd tax-xahar is-Sekonda, tas-S.S. Sagrament  it-tielet Ħadd tax-xahar it-Terza filwaqt li taċ-Ċintura r-raba' Ħadd tax-xahar il-Kwarta. Ma dan li semmejna irridu ninkludu servizzi oħra bħal laqgħat ta’ formazzjoni li jinkludu żewġ irtiri fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas, funzjonijiet prinċipali bħal l-ewwel erbgġa ta' Ras ir-Randan  u l-Festa Liturġika ta' San Ġorġ MM li ssir fit-23 t'April.

Bħal kull Knisja antika li nsibu fi gżirtna, il-Fratellanzi għandhom l-artali tagħhom u kull artal għandu l-armar u r-rikkezzi tiegħu li huwa propjeta' tal-Fratellanza rispettiva. Dawn il-Fratellanzi jieħdu din ir-responsabbilta' b'impenn, billi jiġbru l-fondi meħtieġa biex dawn l-opri ta' livell storiku u artistiku li ħallew missirijietna, jiġu rrestawarti u kkonservati kif jixraq.

Fl-1995 fi żmien l-Arċipriet Dun Frans Abdilla ġie deċiż, li jgħaddi ir-responsabbita' ta' l-irfiegħ tal-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira f'idejn dawn il-Fratellanzi msemmija, b'kuntratt għal 5 snin. Il-proċedura hija li Fratell jkun jista jerfa’ skond is-servizzi, l-kapaċita' u l-grupp li jkun ser jerfa miegħu. Dan il-ħsieb ġie milqugħ u minn dak inhar ’l hawn dan il-kuntratt baqa' jiġġedded kull 5 snin.

Ta' min isemmi li fl-1998 l-ħames Fratellanzi tal-Parroċċa San Gorg Martri flimkien ma l-Arċipriet, ħadmu bi sħiħ biex sar l-istatut tal-Fratellanzi aġġornat aktar għaż-żminijiet ta' llum, wara ħafna polemiki bla bżonn u li damu sejrin 6 snin. Dan l-istess l-istatut minkejja li saru xi arranġamenti żgħar imma l-kontentut baqa' hemm, ħareġ mill-Kurja Arciveskovili uffiċjalment u din id-darba għall-Fratellanzi ta' Malta kollha.

Fl-2001, wara waqfa reġgħet bdiet issir il-vestizzjoni tal-Fratelli l-ġodda li ssir waqt il-quddiesa tal-festa u qabel l-purċissjoni bil-vara skond il-Fratellanza rispettivament. Il-fratell li jkun ser jirċievi l-vestizzjoni jkun ilu sentejn jagħti sehemu fil-Fratellanza u lejn il-parroċċa u għal hekk żgur li jkollu l-ideja ta’ xi tfisser li tkun membru sħiħ.

Nerġa ngħid li dawn il-Fratellanzi huma l-id il-leminija tal-Parroċċa u għalhekk bi qbil bejniethom u skond il-finanzi, taw l-għajnuna tagħhom lill-Arċipriet fil-Progetti tar-Restawr tal-Knisja Arċipretali u bħala rigal għaċ-Ċentinarju f'ġieh il-martirju ta’ San Ġorġ MegaloMartri tas-sena 2003,  ħallsu s-somma ta' Lm2500 għall-konservazzjoni tal-pittura tal-arzella tal-kor li turi l-Glorja ta' San Ġorġ Martri fis-sema, kapulavur ta' Ġużeppi Cali u li nzertat għalqet mitt sena.

Fl-2005 laħaq l-Arċipriet il-Kan. Dun Anton Cassar u fuq il-passi ta' l-Arċipriet ta' qablu qed jaħdem bis-sħiħ biex dawn il-Fratellanzi jissaħħu f'kull qasam.

Wara ħafna diskussjonijiet fit-tul, lejn l-aħħar tas-sena 2006, ġie iffirmat kuntratt storiku bejn il-ħames Fratellanzi dwar il-proċedura tal-irfiegħ tal-vara titulari ta’ San Ġorġ Martri. Dan sar wara li xi Fratellanzi ċedew ftit u oħrajn gawdew ftit.

Nixtiequ li bl-għajnuna t'Alla u ta' San Ġorġ Martri, inkomplu naħdmu iktar flimkien u nħeġġu aktar rġiel jidħlu magħna speċjalment żgħażagħ, dan jagħmluh billi jkellmu lil xi ħadd li jafuh u jkun Fratell jew aħjar lir-Retturi tal-Fratellanzi.

                                                                                                    Grazzi lis-Sur Antoine Borg tal-kitba

X'inhuma l-Fratellanzi:

a. Assoċjazzjoni ta’ Adulti Nsara;
b. Imwaqqfa biex i
ġġib 'il quddiem il-qima pubblika;
c. U biex tag
ħmel xi ħidma ta’ apostolat reliġjuż jew ta’ karita’;
d. Organizzata b’mod ta’ korp organiku;
e. Imwaqqfa b’digriet formali ta’ l-Awtorita tal-Knisja (ara Kanoni 707 u 708 tal-kodi
ċi tad-Dritt Kanoniku ta’ l-1917)

  • Confraternity of the Holy Sacrament at Qormi, Malta (Still in process)                 Fratellanza tas-S.S. Sagrament

 


Please email for support

E-mail: [email protected]

Updated 21-01-2009

aboutmalta.com

 

Hosted by www.Geocities.ws

1