PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI - QORMI

ISQFIJIET MALTIN

MINN ĠORĠ BORG

Lista ta' Isqfijiet Maltin skond is-sena li twieldu u mhux skond is-sena li ġew nominati. Ħafna min dan it-tfittix sar mis-sit tal-Isqfijiet 'Catholic Hierarchy':

Emm.za Fabrizio Sciberras Testaferrata

KARDINAL

Ser nibdew niddiskutu fuq l-uniku Kardinal imwieled Malta, Fabrizio Sciberras Testaferrata li twieled fl-1 ta’ April 1757 ġewwa l-Belt Valletta u ġie mgħammed jumejn wara. Dwaru Dr. Joe F. Grima kien tagħna xi tagħrif fil-ħarġa tal-Bejnietna għadd 74 tal-1996. Insibu stampat ukoll ktieb dwar il-biografija u kif ukoll ieħor fuq l-arblu tar-razza ta’ dan il-Kardinal, miktub min Robert Farrugia Randon.
Sciberras Testaferata irċieva l- insignias clerical character fit-12 ta’ Settembru, 1768. Fil-1770 laħaq kanonku kuġitur ta’ Għar-Barca. Kien Gvernatur u delegat appostoliku ġewwa Narni, Città di Castello, Fano, Tolentino and Macerata. Ha l-edukazzjoni tiegħu fil-Collegio Clementino, Ruma (1771); La Sapienza University, Ruma (ha dottorat fil- utroque iure, fis-26 ta’ November, 1785). Irċieva l- Crucem Aureaum Devotionis mill-Gran Mastru tal-Ordni f’Malta fit- 12 ta’ Diċembru, 1786.
Qaddes fil-1802 u fl-istess sena nhar l-20 ta’ Settembru, 1802, ġie appuntat Arċisqof Titulari ta’ Berito u rcieva l-Ordinazzjoni Episkopali u l-pussess fil-21 ta’ Dicembru, ta’ l-istess sena ġewwa Ruma mill-Kardinal l-Emm.za Giuseppe Maria Doria Panpilj (1751-1816). Ġie appuntat Nunzju ta’ l-Isvizzera fl-20 ta’ Settembru, 1803 u segretarju għal Kongressjoni tal-Isqfijiet u Regulari fil-1815.
Nominat Kardinal u baqa’ reservat in pectore fil-konċestorju ta’ nhar it-8 ta’ Marzu, 1816 mill-Papa Piju VII (1800-1823) fl-eta ta’ 59 sena. Dan kien l-10 konċestorju w kienu laħqu 31 Kardinal. Fost dawn il-Kardinali kienu laħqu żewġ Papiet kif ser naqraw aktar il-quddiem. Ismu ġie ippublikat fil-konċestorju tas-6 ta’ April, 1818 u rċieva l-kappell l-aħmar taħt it-titlu dioċesan ta’ Santa Pudenziana nhar it-22 ta’ Mejju tal-istess sena. Ġie trasferit għad-dioċesi ta’ Senigallia fejn baqa hemm sa mewtu.
L-Emm.za l-Kardinal Sciberras kellu sehem fi tlett konklavi (jiġifieri elezzjonijiet sa biex jeleġu Papa) li fl-ewwel zewġ konklavi lahqu Papiet mill-istess konċestorju tiegħu (jiġifieri laħqu Kardinali miegħu). Dan ifisser li f’dawn it-tlett konklavi l-Kardinal Sciberras seta ġie elett Papa.
1. Fl-ewwel konklavi li ha sehem kienu saru mit-2 sa 28 ta’ Settembru 1823 (kwazi xahar) fejn kienu ivvutaw 49 min 53 Kardinal u kien ġie mag]\ul l-Emm.za Annibale della Grengo li ħa l-isem ta’ Ljun XII, Papa (1823 sa 1829);
2. Fit-tieni darba li ħa sehem ġo konklavi, kien sitt snin wara, u kienu saru bejn 24 ta’ Frar sa 31 ta’ Marzu, 1829 (ħames gimgħat) fejn kienu ivvutaw 50 min 58 Kardinal u kien ġie magħżul l-Emm.za Francesco Saverio Castiglioni li ħa l-isem ta’ Piju VIII, Papa (1829 sa 1830);
3. Fit-tielet u l-aħħar konklavi li kellu sehem, f’inqas min sentejn wara, bejn 14 ta’ Dicembru, 1830 sa 2 ta’ Frar, 1831 (xahar u nofs) fejn kienu ivvutaw 45 min 54 Kardinal u kien ġie magħżul l-Emm.za Mauro Alberto Cappellaci, O.S.B. Cam, ħa l-isem ta’ Gregorju XVI, Papa (1831 sa 1846).

Il-Kardinal Fabrizio Sceberras Testaferrata miet fit-3 ta’ Awissu, 1843 fl-eta ta’ 86 sena. Tpoġġa għal qima u wara l-funzjoni funebri ġie midfun fil-Katidral ta’ Senigallia.

ISQOF Mons. Francesco Saverio Caruana

Ġie appuntat Isqof ta' Malta fil-25 ta' Frar 1831 bit-titlu ta' Arcisqof ta' Rhodes. Irċieva l-Ordinazzjoni Episkopali fil-15 ta' Mejju 1831 u ħa l-pusses ta' Isqof ta' Malta l-ghada.

 

ARĊISQOF Mons. Publio Maria dei Conti Sant

Ġie appuntat Arċisqof ta' Malta fil-25 ta' Frar 1847. Tista tgħid li min dan l-appuntament id-dioċesi ta' Malta għaddiet f'Isqfijiet Maltin. Dam f'din il-kariga sakemm ħalla din id-dinja fl 1857.

 

 

ISQOF Mons. Michael Franciscus Buttigieg

Twieled fit-3 ta' Novembru 1793 ġewwa il-Qala, Għawdex u qaddes fil-21 ta' Dicembru 1816 fl-eta ta' 23 sena. Ġie appuntat Isqof Awżiljarju ta' Malta fis-16 ta' Marzu 1863 fl-eta ta' 69 sena bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Lita. Fi 3 ta' Mejju ta' l-istess sena ħa l-pussess ta' Isqof Awżiljarju ta' Malta. Sena wara, fit-22 ta' Settembru 1864 kien appuntat Isqof ta' Għawdex filwaqt li fi 23 ta' Ottubru 1864 ħa l-pussess bħala Isqof ta' Għawdex fl-eta ta' 70 sena. Ħalla din id-dinja fit-12 ta' Lulju 1866 fl-eta' ta' 73 sena wara li kien ilu kwazi 50 sena saċerdot u l-fuq min tliet snin Isqof.

ISQOF Mons. Carmelo Scicluna

Twieled fl-1800 ġewwa Ħal Qormi u qaddes fl- 1824 fl-eta ta' 24 sena. Wara l-istudji meħtiega sar eżaminatur, kif ukoll imħallef tal-kawżi ekkleżjastiċi. Ħie appuntat u ha l-pusses ta' Isqof ta' Malta fil-15 ta' Marzu 1875 fl-eta ta' 75 sena mill-Beatu Papa Piju IX. Dam f'din il-kariga sakemm ħalla din id-dinja fit-12 ta' Lulju 1888 fl-eta' ta' 88 sena wara li kien ilu 64 sena saċerdot u 13-il sena Isqof.

ISQOF Mons. Gaetano Pace Forno OSA

Twieled fil-5 ta' Ġunju 1809 ġewwa r-Rabat, Għawdex u daħal mal-patrijiet Agostinjani fil-20 ta' Lulju 1824 fl-eta ta' 15 il-sena. Kompla l-istudji tiegħu ġewwa Ferma, l-Italja fejn spiċċa l-istudji teoloġiċi. Ġie ordnat qassis ġewwa Napli nhar it-22 ta' Settembru 1832. Fil-25 ta' Settembru 1857 ġie appuntat Isqof Awżiljarju ta' Malta. Ha l-Ordinazzjoni Episkopali ġewwa Ruma nhar l-4 ta' Ottubru ta' l-istess sena. Wara r-riżenja tal-Isqof Mons. Publius Maria dei Conti Sant ħa l-pusses bħala Isqof ta' Malta fit-3 ta' Diċembru 1857 fl-eta ta' 48 sena. Dam f'din il-kariga sakemm ħalla din id-dinja fl-1874.

ISQOF Mons. Antonius Grech-Delicata-Testaferrata

Twieled fil-21 ta' Frar 1823 ġewwa il-Belt Valletta u qaddes fid-19 ta' Ottubru 1845 fl-eta ta' 22 sena u nofs. Ġie ordnat Isqof tas-Sedja Titulari ta' Calydonia fil-14 ta' Lulju 1867 fl-eta ta' 44 sena. Fl-24 ta' Settembru 1868 kien appuntat Isqof ta' Għawdex filwaqt li fl-24 ta' Jannar 1869 ha l-pussess bħala Isqof ta' Għawdex fl-eta ta' kważi 46 sena. Ħalla din id-dinja f'eta żgħira fil-31 ta' Diċembru 1876 fl-eta ta' 53 sena wara li kien ilu aktar minn 31 sena saċerdot u disa' snin u nofs Isqof.

ISQOF Mons. Salvatore Gaffiero

Twieled fid-8 ta' Marzu 1828 ġewwa l-Isla. Fit-28 ta' Novembru 1898, ġie appuntat Isqof Awżiljarju ta' Malta bit-Titlu ta' Isqof Titulari ta' Selymbria fl-eta ta' 70 sena.

ARĊISQOF Mons. Petrus Pace

Twieled fid-9 ta' April 1831 gewwa ir-Rabat u qaddes fis-17 ta' Dicembru 1853 fl-eta ta' 22 sena u nofs. Ġie appuntat Isqof ta' Għawdex fis-17 ta' Marzu 1877 fl-eta ta' 45 sena. Fit-8 ta' April ta' l-istess sena kien ordnat Isqof ta' Għawdex, filwaqt li fit-2 ta' Lulju 1877 ħa l-pussess bħala Isqof ta' Għawdex. Ġie appuntat Arċisqof ta' Malta fil-10 ta' Frar 1889 fl-eta ta' 57 sena appuntu fil-festa ta' San Pawl. Ħalla din id-dinja fid-29 ta' Lulju 1914 fl-eta ta' 83 sena wara li kien ilu aktar minn 60 sena saċerdot u l-fuq min 37 Isqof.

ISQOF Mons. Ioannes Maria Camilleri, O.S.A.

Twieled fil-15 ta' Marzu 1843 gewwa il-Belt Valletta u qaddes mal-patrijiet Agostinjani fil-21 ta' Diċembru 1867 fl-eta ta' 24 sena u nofs. Ġie appuntat Isqof ta' Għawdex fil-11 ta' Frar 1889 fl-eta ta' 45 sena bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Modona. Fil-24 ta' Frar ta' l-istess sena kien ikkonsagrat Isqof ta' Għawdex, filwaqt li fit-12 ta' Mejju 1889 ħa l-pussess bħala Isqof ta' Għawdex. Irtira min Isqof u sar Isqof Emeritus ta' Għawdex fl-20 ta' Jannar 1924 fl-eta' ta' kważi 81 sena. Ħalla din id-dinja fis-7 ta' Novembru 1924 fl-eta ta' 81 sena u nofs wara li kien ilu kważi 57 sena saċerdot u 35 sena u nofs Isqof.

ISQOF Mons. Angelo Portelli, O.P.

Twieled fil-24 ta' April 1852 ġewwa il-Belt Valletta. Ġie appuntat Isqof Awżiljarju ta' Malta fil-31 ta' Marzu 1911 fl-eta ta' kważi 59 sena bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Selinonte. Ħalla din id-dinja fl 1926 fl-eta ta' 73 sena.

ARĊISQOF Mons. Ambrose Agius, O.S.B.

Twieled fl- 1856 ġewwa Malta. Ġie appuntat Arcisqof Titulari ta' Palmyra (Filippini) u ġa l-pusses Episkopali fl-1904 fl-eta ta' 48 sena. Fl- 1904 ġie appuntat Delegat Appostoliku għal Filippini. Ħalla din id-dinja fl-1911 fl-eta ta' 55 sena.

ARĊISQOF Mons. Mauro Caruana, O.S.B.

Twieled fis-16 ta' Novembru 1867. Ġie appuntat Isqof ta' Malta fit-22 ta' Jannar 1915 fl-eta ta' 47 sena. Ġie appuntat Arcisqof ta' Malta (Titlu Personali) fid-29 ta' Marzu 1928. Ħalla din id-dinja fis-17 ta' Diċembru 1943 fl-eta ta' 76 sena.

ARĊISQOF Mons. George Joseph Caruana

Twieled fil-23 ta' April 1882, festa Liturġika ta' San Ġorġ Martri, gewwa tas-Sliema. Il-familja emigrat lejn l-Amerika u qaddes ġewwa Brooklyn, New York fit-28 ta' Ottubru 1905 fl-eta ta' 23 sena u nofs. Ġie appuntat Isqof ta' Puerto Rico fil-5 ta' Awissu 1921 fl-eta ta' 39 sena bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Sebastea. Fit-28 ta' Ottubru ta' l-istess sena kien ikonsagrat Isqof ta' Puerto Rico, filwaqt li fl-10 ta' Frar 1922 ħa l-pussess. Ġie appuntat Isqof ta' San Juan ġewwa Puerto Rico fil-21 ta' Novembru 1924. Fit-23 ta' Diċembru 1925 ġie appuntat Delegat Appostoliku għal Messiku. Ġie appuntat Nunzju Appostoliku ta' Haiti fit-28 ta' Jannar 1927 u irtira min-nunzjatura tlitt snin wara. Reġa ġie appuntat Nunzju Appostoliku ta' Cuba fil-15 ta' Settembru 1935 u irtira min-nunzjatura tnax il-sena wara fl-1 ta' Mejju 1947. Ħalla din id-dinja fil-25 ta' Marzu 1951 fl-eta ta' kwazi 69 sena wara li kien ilu 45 sena saċerdot u 29 sena u nofs Isqof.

ARĊISQOF Mons. Michael Gonzi

Twieled fit-13 ta' Mejju 1885, ġewwa l-Birgu. Qaddes fit-19 ta' Diċembru 1908 fl-eta ta' 23 sena u nofs. Ġie appuntat Isqof ta' Għawdex fit-13 ta' Ġunju 1924 fl-eta ta' 39 sena bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Lirbe. Fl-20 ta' Lulju ta' l-istess sena kien ikkonsagrat Isqof, filwaqt li fl-10 ta' Awissu 1924 ħa l-pussess bħala Isqof ta' Għawdex. Ġie appuntat Isqof Kugitur ta' Malta fl-14 ta' Ottubru 1943 fl-eta ta' 58 sena. Laħaq Isqof ta' Malta fl-17 ta' Diċembru 1943 filwaqt li fl-1 ta' Jannar 1944 ħa l-pussess ta’ Arċisqof ta' Malta. Irtira l-Arċidjocesi ta' Malta fit-30 ta' Novembru 1976 f'eta sabiħa ta' 91 sena u sar Arċisqof Emeritus. Ħalla din id-dinja fit-22 ta' Jannar 1984 fl-eta sabiħa ta' kważi 98 sena u nofs wara li kien ilu 75 sena saċerdot u 59 sena u nofs Isqof. Jinsab midfun fil-Katidral tal-Mdina eżattament fil-Kappellun tal-lemin.

ISQOF Mons. Joseph Pace

Twieled fit-30 ta' Mejju 1890, ġewwa r-Rabat, Għawdex. Qaddes fi 3 ta' Awissu 1913 fl-eta ta' 23 sena. Ġie appuntat Isqof ta' Għawdex fl-1 ta' Novembru 1944 fl-eta ta' 54 sena. Fis-17 ta' Dicembru ta' l-istess sena kien ikkonsagrat Isqof, filwaqt li fit-8 ta' April 1945 ħa l-pussess bħala Isqof ta' Għawdex. Ħalla din id-dinja fil-31 ta' Marzu 1972 fl-eta ta' 81 sena u nofs wara li kien ilu 58 sena u nofs saċerdot u 27 sena Isqof.

ISQOF Mons. Emanuele Galea

Twieled fl-10 ta' Dicembru 1891, ġewwa l-Isla. Qaddes fit-18 ta' Diċembru 1915 fl-eta ta' 24 sena. ġie appuntat Isqof Awżiljarju ta' Malta fid-9 ta' Ġunju 1942 fl-eta ta' 50 sena u nofs bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Tralle di Asia. Fil-5 ta' Lulju ta' l-istess sena kien ikkonsgrat Isqof Awżiljarju ta' Malta. Ħalla din id-dinja fil-21 ta' Awissu 1974 fl-eta ta' 82 sena u nofs wara li kien ilu 58 sena u nofs saċerdot u 32 il-sena Isqof.

ISQOF Mons. Francis Xavier Fenech, O.F.M. Cap.

Twieled fis-17 ta' Marzu 1892, ġewwa l-Floriana. Qaddes mal-patrijiet minuri Kappuċċini fil-25 ta' Mejju 1918 fl-eta ta' 26 sena. Ġie appuntat Isqof ta' Jhansi l-Indja fit-18 ta' Lulju 1954 fl-eta ta' 62 sena bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Muzuca di Bizacena. Fit-28 ta' Novembru ta' l-istess sena ġie konsagrat Isqof ta' Jhansi l-Indja. Irtira min Isqof ta' Jhansi l-Indja fl-1967 fl-eta ta' kwazi 75 sena u sar Isqof Emeritus. Ħalla din id-dinja fit-13 ta' Mejju 1969 fl-eta ta' 77 sena wara li kien ilu 51 sena u nofs saċerdot u 14 il-sena Isqof.

ARĊISQOF Emeritus Mons. Emanuele Gerada

Data

Eta

Avveniment

Titlu

18 Mejju 1920

 

Twieled

Zejtun, Malta

1 Awissu 1943

23.2

Ordnat Qassis

Qassis

15 Frar 1967

46.7

Appuntat

Isqof Titulari ta' Nomentum

15 Frar 1967

46.7

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Malta

18 Ġunju 1967

47.1

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Titulari ta' Nomentum

6 April 1968

47.9

Appuntat

Isqof Kugitur ta' Malta

8 Novembru 1973

53.5

Appuntat

Arċisqof Titulari ta' Nomentum

8 Novembru 1973

53.5

Appuntat

Nunzju Appostoliku ta’ El Salvador

8 Novembru 1973

53.5

Appuntat

Nunzju Appostoliku għal Guatemala

15 Ottubru 1980

60.4

Appuntat

Pro-Nunzju Appostoliku tal-Pakistan

15 Ottubru 1980

60.4

Spiċċa min

Nunzju Appostoliku ta’ Guatemala

4 Frar 1989

68.7

Appuntat

Nunzju Appostoliku tal-Irlanda

17 Ottubru 1995

74.6

Irtira

Isqof Emeritus

 

ISQOF Mons. Redento M. Gauci, O.C.

Twieled fis-27 ta' Diċembru 1920 ġewwa l-Belt Valletta u qaddes fl-1 ta' Awissu 1943 fl-eta ta' 22 sena u nofs. Ġie appuntat Prelat ta' Chuquibamba l-Peru fil-5 ta' Ġunju 1962 fl-eta ta' 41 sena. Fit-8 ta' April 1967 kien appuntat Isqof Prelat ta' Chuquibamba l-Peru u ordnat fit-30 ta' April ta' l-istess sena bit-titlu tas-Sedja Titulari ta' Ida di Mauritania. Kien fi Frar tas-sena 1977 li riżenja mil-kariga minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Ħalla din id-dinja fl-10 ta' Frar 1978 fl-eta żgħira ta' 57 sena wara li kien ilu 34 sena saċerdot u 10 snin u nofs Isqof. Jinsab nidfun fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

ARĊISQOF Emeritus Mons. Paolo Giglio

Data

Eta

Avveniment

Titlu

20 Jannar 1927

 

Twieled

Valletta, Malta

12 April 1952

25.2

Ordnat Qassis

Qassis

4 April 1986

59.2

Appuntat

Arċisqof Titulari ta' Tyndaris

4 April 1986

59.2

Appuntat

Nunzju Appostoliku tan-Nicaragua

8 Ġunju 1986

59.4

Ordinazzjoni Episkopali

Arċisqof Titulari ta' Tyndaris

25 Marzu 1995

68.2

Appuntat

Nunzju Appostoliku tal-Egittu

5 Frar 2002

80.1

Irtira

Arċisqof Emeritus

 

ARĊISQOF Emeritus Mons. Joseph Mercieca

Data

Eta

Avveniment

Titlu

11 Novembru 1928

 

Twieled

Rabat, Għawdex

8 Marzu 1952

23.3

Ordnat Qassis

Qassis

20 Lulju 1974

45.7

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Malta

20 Lulju 1974

45.7

Appuntat

Isqof Titulari ta' Gemellae go Numidia

29 Settembru 1974

45.9

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Titulari ta' Gemellae go Numidia

29 Novembru 1976

48.0

Pussess Episkopali

Arċisqof ta' Malta

02 Diċembru 2006

78.0

Irtira

Arċisqof Emeritus ta' Malta

 

ISQOF Emeritus Mons. Francis Adeodatus Micallef, O.C.D.

Data

Eta

Avveniment

Titlu

17 Diċembru 1928

 

Twieled

Birkirkara, Malta

9 Mejju 1954

25.4

Ordnat Qassis

Qassis tal-Ordni Karmelitani Skalzi

5 Novembru 1981

52.9

Appuntat

Vigarju Appostoliku tal-Kuwait

5 Novembru 1981

52.9

Appuntat

Isqof Titulari ta' Tinis go Proconsulari

6 Jannar 1982

53.1

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Titulari ta' Tinis go Proconsulari

15 Jannar 1982

53.1

Pussess Episkopali

Vigarju Appostoliku tal-Kuwait

14 Lulju 2005

75.7

Irtira

Isqof Emeritus

 

ISQOF Emeritus Mons. Nikol Joseph Cauchi

Data

Eta

Avveniment

Titlu

2 Marzu 1929

 

Twieled

Gharb, Għawdex

29 Marzu 1952

23.1

Ordnat Qassis

Qassis

24 Frar 1967

38.0

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Għawdex

24 Frar 1967

38.0

Appuntat

Isqof Titulari ta' Vicus August

9 April 1967

38.1

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Titulari ta' Vicus August

20 Lulju 1972

43.4

Appuntat

Isqof ta' Għawdex

10 Settembru 1972

43.5

Pussess Episkopali

Isqof ta' Għawdex

26 Novembru 2005

76.7

Irtira

Isqof Emeritus ta' Għawdex

 

ISQOF Emeritus Mons. Walter Michael Ebejer, O.P.

Data

Eta

Avveniment

Titlu

3 Awissu 1929

 

Twieled

Dingli, Malta

24 Jannar 1954

24.5

Ordnat Qassis

Qassis mal-Patrijiet Dumnikani

3 Dicembru 1976

47.3

Appuntat

Isqof ta' União da Vitória, Parana, Brazil

6 Marzu 1977

47.6

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof ta' União da Vitória, Parana, Brazil

6 Marzu 1977

47.6

Pussess Episkopali

Isqof ta' União da Vitória, Parana, Brazil

03 Jannar 2007

77.4

Irtira

Isqof Emeritus ta' União da Vitória, Parana, Brazil

 

ISQOF Mons. Charles Caruana

Għal kemm dan l-Isqof mhux imwieled hawn Malta, ħassejt li għandi niżlu xorta peress li hu ta' ġenerazzjoni Maltija. Twieled fid-9 ta' Ottubru 1932 ġewwa Gibilta u qaddes fl-24 ta' Mejju 1959 fl-eta ta' 26 sena u nofs. Ġie appuntat Isqof ta' Gibilta fl-14 ta' Frar 1998 fl-eta ta' 65 sena. Ħa l-pussess episkopali fl-24 ta' Mejju ta' l-istess sena.

 ISQOF Mons. Francis Baldacchino O.F.M. Cap.

Isqof ta' Malindi, Kenya

Data

Eta

Avveniment

Titlu

6 Lulju 1936

 

Twieled

Marsa, Malta

18 Marzu 1961

24.7

Ordnat Qassis

Qassis mal-Patrijiet Kappuċċini Minuri

2 Ġunju 2000

63.9

Appuntat

Isqof ta’ Malindi, Kenya

2 Settembru 2000

64.2

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof ta' Milindi, Kenya

2 Settembru 2000

64.2

Pussess Episkopali

Isqof ta' Milindi, Kenya

 

ISQOF Mons. Annetto Depasquale

Isqof Awzilarju ta' Malta

Data

Eta

Avveniment

Titlu

28 Ġunju 1938

 

Twieled

Qormi, Malta

17 April 1962

23.8

Ordnat Qassis

Qassis

16 Novembru 1998

60.4

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Malta

16 Novembru 1998

60.4

Appuntat

Isqof Titulari ta' Aradi

2 Jannar 1999

60.5

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Awżiljarju ta' Malta u Isqof Titulari ta' Aradi

 

ISQOF Mons. Paul Darmanin, O.F.M. Cap.

Isqof ta' Garissa, Kenya

Data

Eta

Avveniment

Titlu

6 Novembru 1940

 

Twieled

Santa Venera, Malta

26 Marzu 1966

25.4

Ordnat Qassis

Qassis mal-Patrijiet Kappuċċini Minuri

3 Frar 1984

43.2

Appuntat

Isqof ta' Garissa, Kenya

3 Ġunju 1984

43.6

Pussess Episkopali

Isqof ta' Garissa, Kenya

 

ISQOF Mons. Sylvester Carmel Magro, O.F.M.

Vigarju Appostoliku ta' Benghazi, Libya

Data

Eta

Avveniment

Titlu

14 Frar 1941

 

Twieled

Rabat, Malta

26 Marzu 1966

25.1

Ordnat Qassis

Qassis mal-Patrijiet Minuri

10 Marzu 1997

56.1

Appuntat

Vigarju Appostoliku ta' Benghazi, Libya

10 Marzu 1997

56.1

Appuntat

Isqof Titulari ta' Saldae

11 Mejju 1997

56.2

Ordinazzjoni Episkopali

Vigarju Appostoliku ta' Benghazi l-Libya u Isqof Titulari ta' Saldae

ARĊISQOF Mons. Paul Cremona, O.P.

Arċisqof ta' Malta

Data

Eta

Avveniment

Titlu

25 Jannar 1946

 

Twieled

Valletta, Malta

22 Marzu 1969

23.2

Ordnat Qassis

Qassis

2 Diċembru 2006

60.9

Appuntat

Arċisqof ta' Malta

26 Jannar 2007

61.0

Ordinazzjoni Episkopali

Arċisqof ta' Malta

26 Jannar 2007

61.0

Pussess Episkopali

Arċisqof ta' Malta

 

ISQOF Mons. George Frendo, O.P.

Data

Eta

Avveniment

Titlu

4 April 1946

 

Twieled

Qormi, Malta

7 April 1969

23.0

Ordnat Qassis

Qassis

7 Lulju 2006

60.2

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Tiranë-Durrës l-Albania

7 Lulju 2006

60.2

Appuntat

Isqof Titulari ta' Butrinto

23 Settembru 2006

60.4

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Awżiljarju ta' Tiranë-Durrës l-Albania u Isqof Titulari ta' Butrinto

 

ISQOF Mons. Vicente Costa

Isqof ta' Umuarama, Parana, Brazil

Data

Eta

Avveniment

Titlu

1 Jannar 1947

 

Twieled

Birkirkara, Malta

17 Diċembru 1972

26.0

Ordnat Qassis

Qassis

1 Lulju 1998

51.5

Appuntat

Isqof Awziljarju ta' Londrina, Parana, Brazil

1 Lulju 1998

51.5

Appuntat

Isqof Titulari ta' Aquae Flaviae

19 Settembru 1998

51.7

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Awżiljarju ta' Londrina, Parana, Brazil u Isqof Titulari ta' Aquae Flaviae

9 Ottubru 2002

55.8

Appuntat

Isqof ta' Umuarama, Parana, Brazil

13 Dicembru 2002

55.9

Pussess Episkopali

Isqof ta' Umuarama, Parana, Brazil

 

ISQOF Mons. Joseph Angelo Grech

Isqof ta' Sandhurst, Australia

Data

Eta

Avveniment

Titlu

10 Diċembru 1948

 

Twieled

Balzan, Malta

30 Novembru 1974

26.0

Ordnat Qassis

Qassis ġewwa Melbourne, Australia

27 Novembru 1998

50.0

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Melbourne, Australia

27 Novembru 1998

50.0

Appuntat

Isqof Titulari ta' Belesasa

10 Frar 1999

50.2

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Awżiljarju ta' Melbourne l-Australia u Isqof Titulari ta' Belesasa

8 Marzu 2001

52.2

Appuntat

Isqof ta' Sandhurst, Australia

27 April 2001

52.4

Pussess Episkopali

Isqof ta' Sandhurst, Australia

 

ISQOF Mons. P. Roberto Camilleri Azzopardi, O.F.M.

Isqof ta' Comayagua, Honduras

Data

Eta

Avveniment

Titlu

24 April 1951

 

Twieled

Ħamrun, Malta

29 Ġunju 1975

24.2

Ordnat Qassis

Qassis mal-Patrijiet Minuri

26 Lulju 2001

50.3

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Tegucigalpa, Honduras

26 Lulju 2001

50.3

Appuntat

Isqof Titulari ta' Vagada

15 Awissu 2001

50.3

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof Awżiljarju ta' Tegucigalpa l-Honduras u Isqof Titulari ta' Vagada

21 Mejju 2004

53.1

Appuntat

Isqof ta' Comayagua, Honduras

24 Lulju 2004

53.3

Pussess Episkopali

Isqof ta' Comayagua, Honduras

 

ISQOF Mons. Mario Grech
Isqof ta' Għawdex

Data

Eta

Avveniment

Titlu

20 Frar 1957

 

Twieled

Qala, Għawdex

26 Mejju 1984

27.3

Ordnat Qassis

Qassis

26 Novembru 2005

48.8

Appuntat

Isqof Awżiljarju ta' Għawdex

22 Jannar 2006

48.9

Ordinazzjoni Episkopali

Isqof ta' Għawdex

22 Jannar 2006

48.9

Pussess Episkopali

Isqof ta' Għawdex

 

ARĊISQOF Mons. Joseph Spiteri
Nunzju Appostoliku fis- Sri Lanka

Data

Eta

Avveniment

Titlu

20 Mejju 1959

 

Twieled

Luqa, Malta

29 Ġunju 1984

25.1

Ordnat Qassis

Qassis

22 Frar 2009

49.8

Appuntat

Nunzju Appostoliku fis- Sri Lanka

22 Frar 2009

49.8

Appuntat

Arċisqof Titulari ta’ Serta

25 ta’ Mejju 2009

50.0

Ordinazzjoni Episkopali

Nunzju Appostoliku fis- Sri Lanka u Arċisqof Titulari ta’ Serta

 

 

 

E-mail:   gorgborgqormi@gmail.com


Please email for support

Irranġata 17-05-2009

Hosted by www.Geocities.ws

1