PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

"Annuntio vobis gaudium magnum; habemus Papam; Eminentissium ac Reverendissium Dominum, Dominum Josephum Sanctae Romanae Ecclesiae Cardinalem Ratzinger Qui sibi nomen imposuit Benedictum XVI"

HABEMUS PAPAM!


L-Emm.za KARDINAL JOSEF RATZINGER GIE ELETT PAPA u ĦA L-ISEM TA'

BENEDITTU XVI

. .

Fis 6:48 ta' fil-għaxija, Il-Qdusija Tiegħu Benedittu XVI, akkumpanjat bis-Salib, ħareġ fil-gallarija prinċipali biex issellem lin-nies u wara jgħati l-Barka Appostolika "Urbi et Orbi" (lil-Belt Vatikana u d-Dinja).

Qabel il-Barka, il-Papa l-ġdid jkellem lil ġemgħa miġbura b'dawn il-kliem li gejjien:

"Dear Brothers and Sisters,

"After the great Pope John Paul II, the Lord Cardinals have elected me, a simple and humble worker in the vineyard of the Lord. I am consoled by the fact that the Lord knows how to act, even with inadequate instruments and above all I entrust myself to your prayers. In the joy of the Risen Lord, trusting in His permanent help, as we go forward the Lord will help us, and His Mother, Mary Most Holy, is on our side. Thank you."

Ningħaqdu mal-kumplament tad-Dinja biex fuq il-passi tal-Appostlu San Pietru, nawguraw bl-akbar imħabba u fidi soda lil Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI fl-okkazzjoni ta' l-għazla tiegħu bħala s-264 suċċessur tas-Sedja Petrina. Inwegħdu t-talb tagħna għal aktar ġid u tagħlim tal-Knisja Kattolika.

Iċ-Ċeremonja tal-bidu tal-Pontifikat saret il-Ħadd 24 ta' April, 2005, fl- 10 ta' fil-għodu.

. .

. . . . . . . . . . .Impossizzjoni tal-Pallium . . . . . . . . Iċ-Ċurkett tas-Sajjieda . . . . . . Il-Qdusija Tiegħu Benedittu XVI

. . . . (Isqof u Ragħaj tad-Diocesi ta' Ruma) . . .. (Awtorita u Ragħaj tal-Knisja Kattolika Rumana)

Wara l-mewt u l-funeral tal-mibki u qatt minsi l-Papa Ġwanni Pawlu II komplew b’disat ijiem ta’ luttu, filwaqt li fl-għaxar jum kienet ġurnata fejn saret konċelebrazzjoni offruta biex jiġi magħżul Ragħaj Spiritwali (Papa) ġdid. L-għada t-Tnejn 18 ta’ April wara quddiesa bdew il-konklavi sa biex l-Ispirtu s-Santu jillumina lil Kardinali jgħażżu s-suċċessur ta’ San Pietru.

Wara r-raba’ votazzjoni, duħħan abjad, u dlonk il-qniepen bdew idoqqu, kulħadd anzjuż biex jisma’ l-kliem u l-isem mingħand il-Kardinal Proto-Djaknu: HABEMUS PAPAM. Il-Kardinal, Josef Ratzinger, sar il-265 Papa jew il-264 suċċessur ta’ San Pietru u ħa l-isem tal- Qdusija Tiegħu Benedittu XVI.

Imwieled nhar is-16 ta’ April 1927, Sibt il-Għid, ġewwa Marktl am Inn, il-Ġermanja. Ġie ordnat saċerdot flimkien ma’ ħuħ Ġorġ, ġewwa Munich ta’ München und Freising fid-29 ta’ Ġunju 1951, festa ta’ San Pietru u San Pawl, fl-eta ta’ 24 sena u xagħarejn. Kien nhar 24 ta’ Marzu 1977 li l-Venerabli Pawlu VI, Papa (1963-1978) nominah Arċisqof ta’ München und Freising ġewwa Munich fejn xagħrejn wara fid-28 ta’ Mejju ġie konsagrat Arċisqof u ha l-pussess episkopali. Xahar wara li ġie konsagrat Arcisqof, il-Venerabli Pawlu VI, Papa (1963-1978) reġa taħ kariga oħra, dik ta’ Kardinal li kien is-sitt u l-aħħar konċestorju matul il-Pontifikat tiegħu, fis- 27 ta’ Ġunju 1977. Ħa l-pusses ta’ Kardinal-qassis ta’ Santa Marija Consolatrice al Tiburtino fl-eta ta’ 50 sena u xagħrejn. Fil-25 ta’ Novembru 1981, l-Papa Ġwanni Pawlu II (1978-2005) appuntata lil Kardinal Ratzinger, President tal-Kummissjoni Teoloġika, Prefet tal-Kongregazzjoni tad-Dutrina tal-Fidi u President tal-Kummissjoni Biblika Pontifikali fil-Kurja Rumana. B’hekk fil-15 ta’ Frar ġiet aċċettata r-riżenja tiegħu minn Arcisqof ta’ München und Freising. Fil-5 ta’ April 1993 ġie appuntat Kardinal-Isqof tas-Sedja Kardinalizja ta’ Velletri-Segni. Wara votazzjoni bejn il-kardinali-Isqfijiet, nhar it-30 ta’ Novembru tal-2002 fejn ġie maħtur Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali u ħa pussess tad-Dioċesi ta’ Ostja.

L-għada li bdew il-Konklavi (elezzjonijiet biex jiġi magħżul is-suċċessur tas-Sedja Petrina) fid-19 ta’ April, għal ħabta tas-5.50 deheret ħierġa daħna bajda miċ-ċumnijja tal-Kappella Sistina u ftit wara bdew idoqqu l-qniepen tal-Vatikan. Il-Kattoliċi kellhom Ragħaj ġdid, suċċessur ta’ San Pietru, w Isqof tad-Dioċesi ta’ Ruma. Iva tela’ wara r-raba’ votazzjoni. Bħal ma ħafna basru, ma’ kien ħadd ħlief il-Kardinal Germaniż, l-Emm.za Josef Ratzinger, ta’ 78 sena (li għalaqhom 3 ijiem qabel), li għazel l-isem ta’ Benedittu XVI. Sar t-tmien Papa Germaniż, wara l-Papa Adrianu VI (1522-1523) u 481 sena wara s-seba’ wieħed.

Il-Ħadd 24 ta’ April, saret l-intronazzjoni fl-Ewwel quddiesa Pontifikali tiegħu, fejn saret l-impozizzjoni tal-Pallium bħala Isqof tad-Dioċesi ta’ Ruma mill-Kamerlingo, l-Emm.za Skoza, u t-tlibbies taċ-ċurkett tas-Sajjieda bħala r-Ragħaj tal-Knisja Kattolika Rumana mil-Viċi Dekan tal-Kullegg tal-Kardinali, l-Emm.za Angelo Sodano.

Issa ħa ngħatu ħarsa lejn is-simboli li jilbes kull Raghaj tal-Knisja: Kif spjega l-Papa stess, l-ewwel simbolu huwa l-Pallium, maghmul min suf tan-nagħaġ pur u jitlibbes fuq l-ispalla, bħal kull Isaqof Dioċesan. Dan is-simbolu antik, li l-Isqfijiet ta’ Ruma, li ilhom jilbsuh mir-raba’ seklu, jista jitqies bhala l-ghaqda ma’ Kristu, li l-Isqof ta’ Ruma, is-servjent tas-servjenti ta’ Alla, jitfa fuq spaltu. L-ghaqda ma’ Kristu hija x-xewqa tieghu, u li ahna ghandna naccettaw. Is-simbolu tal-Pallium li huwa tas-suf tan-naghag li jirraprrezenta n-naghag il-mitlufin, morda jew batuti li r-raghaj jitfa fuq spaltu u jwassalhom ghal glorja tal-Genna. Ta’ min wiehed jinnota li l-Qdusija Tieghu l-Papa Benedittu XVI rega beda juza l-uzanza antika tal-Pallium fil-genb. Harsu lejn il-lunetti tal-Knisja taghna u taraw l-pittura tal-Papa Girgor il-Kbir u taraw kif liebes il-Pallium. Is-Slaleb huma ta’ kulur ahmar li jirraprezentaw d-demm ta’ Kristu, biex isalvana. Mat-tlett slaleb ta’ fuq jintlibsu bhal tlett labar kbar u li dawn jirraprezentaw t-tlett imsiemer li bihom Kristu kien imsallab.

It-tieni simbolu huwa c-curkett tas-sajjieda. San Pietru kien ir-raghaj, bhal ma naqraw fil-vangelu, u din issahhet wara li kienu ghamlu jumejn ma’ jaqbdux hut u raw lil Gesu’ fuq ix-xatt u wara li tela’ maghhom, ghamlu qabda hut kbira; ”li ghalkemm kienet qabda kbira hafna, ix-xbiek ma’ tqattax” (Gw 21:11). U ghat-tieni darba regaw tefghu x-xbieki fil-fond u r-risposta ta’ Xmun li kien ghadu mhux imsejjah Pietru wiegeb ”Mulej, dak li int tordnali jiena naghamlu”. U hawn gie ikkonfermata l-missjoni tieghu ”la tibzax. Il-quddiem ghad trid taqbad nies” (Lk 5:1-11). ”Illum il-gurnata ukoll, il-knisja u s-successuri tal-Appostli huma mitluba biex imorru fil-bahar fond tal-istorja, jitfghu x-xbieki, biex iresqu l-irgiel u n-nisa lejn il-hajja skond il-bibbja u b’hekk jirbhu l-hajja ta’ dejjem”.

Il-Papa Ratzinger qal li l-isem ta’ Benedittu XVI “gie maghzul bhala rabta spiritwali mal-Papa Benedittu XV, li mexxa l-Knisja fi zmienijiet koroh matul l-ewwel gwerra dinjija. Huwa kien bniedem kuragguz u profeta tal-paci, u kellu l-kuragg li prova jevita din il-gwerra u wara anki jtaffi t-tbatijiet li halliet warajja”. Fuq il-passi tieghu, il-Papa Benedittu XVI jixtieq li
jpoggi l-ministeru li gie fdat f’idejh biex ikun ta’ servizz ghal ghaqda u rikonciljazzjoni bejn il-persuni u l-popli, peress li huwa konvint li l-paci hija rigal kbir ta Alla”. L-isem ‘Benedittu’ jfakkarna ukoll fil-figura straordinarja tal-kbir ‘Patrijarka ta’ Monasticim tal-Lvant, San Bendittu ta’ Norcia, co-patrun tal-Ewropa flimkien mal-qaddisin irgiel San Cyril u San Methodius u l-Qaddisin nisa Santa Brigida ta’ Sweden, Santa Katerina ta’ Siena u Santa Edith Stein. Il-kobor tal-Ordni Benedittina li huwa waqqaf, li kellha influenza kbira fit-tixried tal-kristjanezmu f’kull Kontinent. San Benedittu huwa meqjum hafna, anki fil-Germanja, partikolarment fil-Bavarja, fejn hu mwieled il-Papa Benedittu XVI; huwa r-referenza ghal Ewropa maghquda u l-gheruq Kristjani fil-kultura u c-civilizzazjoni.

Dwar l-arma papali, l-arma li kull mexxej jkollu anki matul il-pontifikat, il-Papa Benedittu XVI nehha t-trerenju, (l-inkurunazzjoni tal-Papa) u dahhal il-mitra flimkien mal-pallium bis-slaleb homor.

L-ahhar punt li nixtieq insemmi: il-Kardinal Camillo Ruini, Vigarju Ġenerali tal-Papa u tad-Dioċesi ta’ Ruma, talab lil Prefett tal-Kongregazzjoni għal-Kawza tal-Qaddisin, l-Emm.za Jose Saraiva Martins, biex jintalab permess speċjali mingħand il-Papa biex jkun jista jibda l-proċess għal Beatifikazzjoni u Kannonizazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II (1978-2005). Waqt laqgħa bejn il-kleru u l-lajċi li jaħdmu fis-Santa Sede, intalab il-permess mingħand il-Papa Benedittu XVI, biex jkun jista’ jibda u jingħaġġel l-proċess, nhar it-13 ta’ Mejju 2005: 88 sena wara l-ewwel dehra tal-Madonna ta’ Fatima lit-tlett ragħajja, 24 sena wara l-attentat fuq il-ħajtu u 41 jum biss wara l-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Dan id-digriet inqara lejlet l-Imnarja, jiġifieri fit-28 ta' Ġunju u b'hekk beda jiġi msejjaħ s-Serv t'Alla Ġwanni Pawlu II.

  1. L-ewwel Enciklika tal-Papa Benedittu XVI: Deus Caritas est

 


Please email for support

LAST UPDATED 21-06-2006

aboutmalta.com

 

Hosted by www.Geocities.ws

1