SAN GORG PRECA

(1880 - 1962)

     
 
PARROCCA SAN GORG MARTRI - QORMI
 

SAN GORG PRECA

1880 - 1962

Nhar il-Gimgha 23 ta' Frar 2007, il-Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Kawza tal-Qaddisin l-Emm.za Jose’ Saraiva Martins, Kardinal, ressaq il-Kawza tal-Kannonizzazjoni tal-Beatu Malti Dun Gorg Preca (1880-1962) ghal approvazzjoni tal-Qdusija Tieghu l-Papa Benedittu XVI. B'hekk ser ikollna l-ewwel Malti, maghruf, li ser jigi mgholli ghal qima tal-artali, Qaddis. Prezenti kien hemm l-Arcisqof Emeritus Mons. Guzeppi Mercica u l-Isqof ta' Ghawdex Mons. Mario Grech flimkien mal-Postulatur tal-kawza, Mons. Charles Scicluna.

Il-Postulatur ta' din il-Kawza Mons. Charles Scicluna, kulhadd jiftakru jinseg il-Panigirku fil-Festi Centinarji 2003.

Aqra l-ittra tal-Ufficcju Stampa mill-Arcidiocesi ta' Malta

Kommunikat mis-Sala Stampa tal-Vatikan

Il-Beatu GORG PRECA twieled iI-Belt Valletta, f'Malta, nhar it-12 ta' Frar 1880 minn Vincenzo u Natalina Ceravolo. Tghammed nhar is-17 ta' Frar fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Porto Salvo, il-Belt Valletta. Fl-1888 il-familja Preca marret toqghod il-Hamrun. Kien fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu li Gorg ircieva l-Grizma ta' l-lsqof u ghamel l-Ewwel Tqarbina. Darba, meta kellu madwar 17-il sena, iltaqa' ma' wiehed mill-ghalliema tieghu tal-Liceo," Dun Ercole Mompalao, hdejn il-Mall tal-Furjana. Dun Ercole ghamillu din il-profezija: "Preca, int ghad tikber u nies li jirrispetaw 'l Alla jidhlu fil-familjarita mieghek u inti maghhom. Int ghad issib xortik permezz taghhom u huma ghad isibu xortihom permezz tieghek". Wara l-istudji tieghu fil-Liceo, beda jattendi is-Seminarju biex jistudja tteologija bil-hsieb li jsir sacerdot.
Fit-8 ta' April 1905 miet Dun Alwig Galea li ghal hafna snin kien il-konfessur ta' Gorg. Preca kien jirrakonta li ftit wara mewtu Dun Alwig deherlu u qallu: "Lilek Alla ghazlek biex tghallimlu l-poplu tieghu". Il-Kjeriku Gorg Preca kiteb abbozz ta' regola bil-Latin biex jibghatha lill-Papa San Piju X ghall-approvazzjoni. Kellu l-hsieb li fil-parrocci kollha jkun hemm djar b'sebgha rgiel ordnati djakni ,
meghjunin minn awziljari lajci, li xogholhom kellu jkun li jghallmu lit-tfal u l-kbar. Kien proprju bejn l-1905 u l-1906 li Gorg Preca ltaqa' ma' grupp ta' zghazagh il-Hamrun u hajjarhom jattendu ghal xi laqghat ta' taghlim. Ghazel wiehed minnhom, Eugenio Borg, u beda jispjegalu l-iskrittura (iktar tard dan Eugenio sar l-ewwel Superju Generali tas-Societas Doctrince Christince u miet b'fama ta' qdusija).
Ftit qabel l-ordinazzjoni sacerdotali Dun Gorg kien kawzi ser imut b'marda li hakmitu. It-tabib qata' qalbu minnu, izda ghalkemm tilef l-uzu ta' pulmun, Gorg rkupra bl-intercessjoni qawwija ta' San Guzepp. Dun Gorg gie ordnat sacerdot nhar it-22 ta' Dicembru 1906 mill-Isqof Pietro Pace u ccelebra l-ewwel quddiesa solenni fil-Parrocca ta' San Gejtanu, l-Hamrun, nhar il-Milied. Ghal xi gimghat wara l-ordinazzjoni sacerdotali kien johrog biss mid-dar biex iqaddes. Kien jibqa' migbur fil-kamra ta' fuq il-bejt jitlob u jimmedita. Ghall-habta ta' l-ahhar ta' Jannar 1907 Dun Gorg sejjah mill-gdid lill grupp taz-zghazagh u nhar it-2 ta' Frar iltaqghu fil-Knisja Ta' Nuzzo, il-Hamrun, ghal lezzjoni tieghu. Nhar is-7 ta' Marzu ltaqghu ghall-ewwel darba f'post ckejken li kienu krew f'no. 6, Triq Fra Diegu, Hamrun. Dawn iz-zewg dati jimmarkaw it-twaqqif tas-Societas Doctrince Christiance (Socjeta tad-Duttrina Nisranija): grupp ta' zghazagh lajci iffurmati fil-hajja tar-ruh u fil-principji tar-religjon kattolika, mibghuta biex jghallmu l-poplu. Ghall-bidu, Dun Gorg sejjah l-ghaqda tieghu Societas Papidum et Papidissarum jew "Xirka ta' UIied il-Papa" ghaliex ried jishaq fuq il-lealta lejn il-Papa. Intant, izda, kwazi b'cajta, il-post fejn kienu jiltaqghu l-ewwel socji nghata l-laqam ta' "muzew" u biz-zmien il-laqam tal-post sar l-isem ta' l-ghaqda, u baqa'. Dun Gorg fassal akrostiku mill-kelma "MUSEUM" bil-Latin: "Magister utinam sequatur Evangelium universus mundusl" (Mghallem, li kien id-dinja kollha timxi fuq l-Evangelju!). ll-fergha tan-nisa bdiet ir-Rahal Gdid fl-1910 bl-ghajnuna ta' Giannina Cutajar li wara saret l-ewwel Superjura Generali.
Kien ghall-habta ta' l-1910 li Dun Gorg kellu esperjenza mistika qawwija li hu kien isejjah "il-famuza dehra ta' Gesu Tfajjel". Kien ghaddej hdejn is-Salib tal-Marsa meta jilmah tfajjel ta' madwar tnax il-sena jimbotta karetta b'qoffa demel. It-tifel ikkmandah: "Aghtini l-ghajnuna!" Kif Dun Gorg medd idejh biex jaghtih l-ghajnuna, hass hlewwa li ma bhalha u ma setax isib tarf 'il fejn hu u t-tifel marru bil-karretta. Wara li rrifletta, Dun Gorg intebah li t-tifel kien Gesu, u ddemel, kif gieli ndikat fl-Iskrittura, ifisser it-taghlim. B'din il-vizjoni, il-Qaddej ta' Alla fehem li Gesu riedu jaghti hajtu ghat-taghlim tal-poplu.
Biz-zmien il-M.U.S.E.U.M. ha l-bixra li nafuh biha llum: haddiema Lajci rgiel u nisa totalment iddedikati ghall-appostolat tal-katekezi kemm taz-zghar u kemm tal-kbar; modesti fl-ilbies u fil-kliem, hajjithom minsuga b'sensiela ta' talbiet qosra u ta' riflessjonijiet li jinghadu bl-amment ghal kull kwarta tal-gumata ("L-Arlogg Museumin"), impenjati ghal siegha jew izjed ta' katekezi kuljum lit-tfal u z-zghazagh fl-Oqsma tas-Socjeta u wara siegha ohra ta' formazzjoni permanenti ghalihom infushom ("L-Assenjatur").
L-ghaqda mwaqqfa minn Dun Gorg kellha l-mumenti iebsin taghha. FI-1909 Dun Gorg ircieva l-ordni li jaghlaq l-Oqsma kollha. Il-Qaddej ta' Alla obda bi qsim il-qalb izda minghajr tlaqlieq. Kienu l-kappillani stess li nsistew li tigi revokata l-ordni tal Vigarju Generali Mons. Salvatore Grech. Bejn l-1914 u l-1915 bdew jidhru fil-gumali lokali xi artikli kontra l-M.U.S.E.U.M. li kienu mimlijin disprezz u ngurji. Dun Gorg impona fuq il-membri tieghu il-votjew weghda tal-manswetudni li biha ntrabtu li jahfru mill-qalb illi min ikasbarhom u kien jinsisti maghhom biex "ihobbu d-disprezzi" u ma jhallux li dawn itelfulhom il-paci ta' qalbhom. Fl-1916 l-Isqof Mauro Caruana ordna li ssir inkjesta dwar is-Socjeta. Wara hafna tahbit u umiljazzjonijiet ghall-Fundatur, il-Knisja kienet sodisfatta bl-istharrig. Gew ordnati xi tibdiliet fir-regolamenti tas-Socjeta izda fl-ahhar kienet twittiet it-triq biex l-istess Isqof Caruana japprova s-Socjeta. Id-digriet ta' l-erezzjoni kanonika jgib id-data tat-12 ta' April 1932.
Dun Gorg Preca hadem kemm felah biex ixerred it-taghlim tal-Evangelu fil-gzejjer Maltin. Kiteb ghadd kbir ta' kotba ta' taghlim dwar it-Teologija Dommatika, il-Morali u I-Ispritwalita. Ikkompona ghadd kbir ta' libretti ta' talb, kemm ghall-uzu privat tas-Socjeta Museumina, u kemm ghad-devozzjoni popolari. Bla dubju, kien appostlu tal-Kelma ta' Alia, specjalment tal-Evangelu li kien isejjahlu "Lehen il-Mahbub". Kien jinsisti li l-katekisti u l-poplu jitghallmu siltiet qosra mill-Evangelu bl-amment. Il-predikazzjoni karizmatika tieghu kienet dejjem imzewqa bi grajjiet mill-Evangelu u mill-hajjiet tal-Qaddisin. Kien difensur qalbieni ta' l-unur u l-qima li jisthoqqu Alla biss, u kien juri b'perswazjoni kbira kemm hu ikrah id-dnub. Ma kienx jibza' jitkellem dwar il-mewt, il-gudizzju, l-infern u l-genna. Kellu sens kbir tal-gustizzja ta' Alla izda kien ihollok tisimghu jitkellem b'konvinzjoni fuq il-hniena bla tarf tal-Missier. Kien imfittex hafna ghall-pariri jew ghal xi kelma ta' kuragg. Il-poplu kollu kien jafda fit-talb tieghu u hafna nies jirrakontaw grajjiet ta' fejqan bl-intercessjoni tieghu. Kien jaqra l-qlub tal-bnedmin u kien imzejjen bid-don sopranaturali tal-preveggenza. Kien b' danakoliu sacerdot ta' umilta kbira, twajjeb, helu, generuz. Kien raghaj qaddis tal-poplu ta' Alla.
Stinka hafna biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru ta' l-Inkarnazzjoni. Sa' mill-1917 beda jqanqal il-qima lejn il-kliem mill-Evangelu ta' San Gwann, "Verbum Dei caro factum est" (Gwanni 1, 14). Ried li s-Socji jilbsu badge b'dan il-kliem u mill-1921 ha hsieb li f'kull rahal u belt, lejliet il-Milled, tigi organizzata dimostrazzjoni ad unur ta' Gesu Barnbin, uzanza li dahlet sew fost id-drawwiet sbieh tal-Milied Malti. Ix-xewqa tieghu kienet li ghall-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-Museum jiehdu maghhom id-dar grotta b'Gesu Tarbija.
Fil-mumenti difficli ta' hajtu u tas-Socjeta tieghu Dun Gorg Preca tghallem jafda fil-harsien qawwi ta' Sidtna Marija. Nhar il-21 ta' Lulju 1918 inkiteb bhala terzjarju Karmelitan u fil-professjoni li ghamel f'Settembru 1919 ghazel l-isem ta' Patri Franku. Ried li t-tfal kollha li jattendu l-MUSEUM jinkitbu fil-labtu tal-Karmnu u kellu devozzjoni specjali lejn il-Madonna tal-Buon Kunsill. Xerred kemm felah id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluza u xtaq li l-Knisja tad-Dar Centrali fil-Blata l-Bajda tkun iddedikata lilha. Fl-1957 huwa issuggerixxa hames Misteri tad-Dawl ghar-Ruzarju.
Fid-19 ta' Mejju 1951 Dun Gorg bierek l-ewwel gebla ta' l-Iskola San Mikiel, f'Santa Venera, u fl-1952 baghat l-ewwel membri tieghu biex jibdew is-Socjeta fl-Awstralja. Illum is-Socjeta tad-Duttrina Nisranija tinsab ukoll fl-Ingilterra, fl-Albanija, fis-Sudan, fil-Kenja, u fil-Peru. Fit-2 ta' Ottubru 1952, il-Papa Piju XII hatar lil Dun Gorg bhala Kamrier Sigriet bit-titlu ta' Monsinjur. Dun Gorg tnikket nafna minhabba din l-onorificenza. Huwa baqa' Monsinjur sitt snin sakemm miet il-Papa Pacelli fl-1958. Fl-1955 qieghed u bierek l-ewwel gebla ta' l-Istitut Sagra Familja f'Haz-Zabbar fejn aktar tard gew trasferiti s-Socji Interni minn Haz-Zebhug, fejn kienu bdew fl-1918.
Wara hajja twila mimlija hidma fejjieda fit-taghlim tal-poplu ta' Alla, Dun Gorg Preca miet fid-dar "San Gejtanu", Triq il-Parrocca, Santa Venera, Malta, nhar il-Hamis fil-ghaxija 26 ta' Lu!ju 1962. Malta
u Ghawdex bkewh. Huwa ried funeral semplici, izda sarlu wiehed li fih hadu sehem l-oghla awtoritajiet tas-socjeta Maltija u eluf kbar ta' nies. Indifen fil-kripta taht il-Knisja tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluza fil-Blata l-Bajda li malajr saret post ta' pellegrinaggi. Gie beatifikat mill-Papa Gwanni Pawlu II, f'Malta, nhar id-9 ta' Meiiu 2001. Il-feata liturgika tieghu tahbat fid-9 ta' Mejju.
   

 

Il-Hamis 31 ta' Mejju 2007 sar it-twahhil mal-arraz ta' San Gorg Preca taht il-purtiku tal-Vatikan.
Is-Sibt fil-ghodu sar it-twahhil tal-arraz ta' San Gorg Preca mal-faccata tal-Vatikan, l-ewwel wiehed fuq ix-xellug.
Bhala preparazzjoni ghal dan l-avveniment kbir f'istorja ta' pajjizna, is-Sibt 2 ta' Gunju 2007 fil-ghaxija saret velja ta' talb gewwa l-Bazilika Papali ta' Santa Marija Maggiore imexxija min Mons. Mario Grech, Isqof ta' Ghawdex.
Il-Jum tal-Kannonizzazjoni, il-Hadd 3 ta' Gunju, 2007, Jum it-Trinita' Qaddisa, saret Koncelebrazzjoni Pontifikali f'xita kontinwa gewwa l-Pjazza tal-Vatikan imexxija mill-Qdusija Tieghu l-Papa Benedittu XVI li gholla ghal qima tal-artali kollha lil San Gorg Preca flimkien ma tlett Beati ohra. Prezenti kien hemm l-akbar ammont ta' pellegrini maltin li qatt iltaqghu barra l-pajjiz, li kien ilahhaq il-fuq min 5000 ruh.
It-Tnejn 4 ta' Gunju 2007 fil-11.00 ta' fil-ghodu saret quddiesa ta' ringrazzjament imexxija min Mons. Pawlu Cremona, Arcisqof ta' Malta gewwa l-Vatikan. Kien veru unur ghalina l-Maltin fejn il-Vatikan kien iddominat min Koncelebrazzjoni Ewkaristika flimkien ma kant bil-Malti. Fl-eghluq tal-Quddiesa tkanta l-innu Malti.

"Grazzi Sinjur Alla, u Ahfirli Sinjur Alla"



Please email for support

Irrangata 12-08-2007

Hosted by www.Geocities.ws

1