PARROCCA SAN GORG MARTRI - QORMI

 

MINN GORG BORG

 

Kumitat Centinarju 2003

Chairman: Arcipriet Dun Frans Abdilla
Segretarju: Borg George
Debattista Josef
Dun Genevose Paul
Mallia Oliver
Mizzi Philip
Sammut George
Sammut Paul
Nutar Spiteri Meampel Gerald

Motto: Borg Antoine

Logo: Apap Claudio

Fuljett Bejnietna: Sciberras George

Aqra' l-PROGRAMM GHAL FESTA SOLENNI 2003

Iggeddu fl-Ispirtu, aqdu 'l Mulej.
Ghaliex se niccelebraw dan ic-centinarju?

Mill-motto li ghazilna ghal dan ic-centinarju, "IGGEDDU FL-ISPIRTU, AQDU 'L MULEJ", nindunaw li l-hsieb tac-celebrazzjoni ta' dan ic-centinarju huwa ta' tigdid fl-imhabba ta' Alla murija fil-qadi ta' hutna l-bnedmin. Se nghixu din l-esperjenza ta' tigdid spiritwali mas-Sena Liturgika - niggeddu fil-misteru ta' Kristu inniffsu. Fil-fatt ic-celebrazzjoni tac-centinarju tibda is-Sibt, 31 ta' Novembru 2002, l-Ewwel Hadd tal-Avvent u taghlaq is-Sibt, 22 ta' Novembru 2003, Solennita ta' Kristu Sultan.

It-trepid ta' din is-sena se jkun:

  1. Il-Kelma li tixlina
  2. Il-Liturgija li ggeddidna
  3. Il-Karita' li tghajjixna

 

1. IL-KELMA LI TIXLINA

Nibdew propju is-sena tac-centinarju b'dawk li sejjahnilhom "l-ezercizzi tal-Avvent" - gimgha ta' taghlim biex ngharaf nghix il-motto ta' din is-sena.

Il-gimgha se tkun imqassma hekk:

* It-Tnejn 2 ta' Dicembru 2002

Iggeddu fl-Ispirtu ............................. Fr. T. Mifsud

* It-Tlieta 3 ta' Dicembru 2002

Naqdu 'l Mulej ................................ Fr. P. Cremona

* L-Erbgha 4 ta' Dicembru 2002

Il-Hajja pastorali parrokkjali - challenge ghal tigdid u qadi ......... Fr. Ch. Cordina

* Il-Hamis 5 ta' Dicembru 2002

Il-Liturgija iggeddidna ...................... Fr. J. Manicaro

* Il-Gimgha 6 ta' Dicembru 2002

Quddiesa u adorazzjoni ................... L-Arcipriet tal-Parrocca Dun Frans Abdilla

 

Bejn Jannar u Frar, bl-ghajnuna tal-Patrijiet Dumnikani se jsiru serje ta' laqghat dwar ir-rikonciljazzjoni: :

"Iggeddu fil-qalb - Ahfrilna Dnubietna bhalma nahfru lil min hu hati ghalina."

* It-Tlieta 14 ta' Jannar 2003

Dispozizzjonijiet Spiritwali ghall-mahfra ................................ Patri Pawl Gatt O.P.

* It-Tlieta 21 ta' Jannar 2003

Imma d-dnub jezisti? X'inhu? ................................................. Patri Pawl Cremona O.P.

* It-Tlieta 28 ta' Jannar 2003

Il-Mahfra fid-dawl tal-Missier, ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu ......... Patri Raymond Gatt O.P.

* It-Tlieta 4 ta' Frar 2003

Il-Mahfra: Helsien u Fejqan .................................................... Patri Ugo Cremona O.P.

* It-Tlieta 11 ta' Frar 2003

Il-Liturgija tal-Mahfra permezz tal-Knisja ........................... Patri Frank Borg O.P.

* It-Tlieta 18 ta' Frar 2003

Tilwim u Paci fis-socjeta .......................................................... Patri Charles Tabone O.P.

* It-Tlieta 25 ta' Frar 2003

Il-Gustizzja u l-Mahfra .............................................................Dr. Alan Xureb LLD

* It-Tlieta 4 ta' Marzu 2003

Rikonciljazzjoni fil-Parrocca - Seminar .................................. Kunsill Pastorali Parrokkjali

 

Dan il-kors iwassalna sa propju lejliet ir-Randan li jgib mieghu gimghat ta' Ezercizzi Spiritwali bil-Kelma tal-Mulej.

Biex inhallu l-Kelma ta' Alla tkompli tixlina, fl-ahhar gimghtejn ta' Mejju se ssir Sajda Muzewmina.

Hekk kif jghaddi s-sajf, fil-bidu ta' Ottubru 2003 se ssir kampanja mix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta' Alla - inwasslu l-Kelma ta' Alla fil-postijiet tar-rikrejazzjoni, kazini, clubs, hwienet, ecc. (Se jiehdu hsieb l-organizzazzjoni il-fratelli ta' San Mikiel).

Naghlqu s-sena bl-esperjenza tal-Missjoni l-Kbira - numru ta' sacerdoti li jwassluna l-Kelma ta' Alla u jigu jzuruna fi djarna. Din l-esperjenza twassalna sa l-ahhar ta' Novembru 2003. (Se jiehdu hsieb l-organizazzjoni il-fratelli ta' San Guzepp).

Biex il-kelma ta' Alla tkompli takkumpanjana matul is-sena kollha, ghandna sentenza ghal kull gurnata tas-sena mill-Kelma ta' Alla. Il-Ktejjeb li johrog kull xahar semmejnieh :Minuta" li barra milli jpprovdi minuta ghal kull gurnata, fih ukoll "Siegha" ghal darba fix-xahar.

Tlett weekends ta' irtiri: wiehed ghal kulhadd, iehor ghall koppji mizzewgin u iehor ghaz-zghazagh.

Ghaz-zaghzagh: Esprejenza ta' talb u riflessjoni fuq il-Kelma ta' Alla f'Taize' - mis-7 sat-13 ta' Settembru 2003.

 

2. IL-LITURGIJA LI GGEDDIDNA

Bhala s-sena tac-centinarju, ghazilna s-Sena Liturgika biex tul is-sena kollha, flimkien mal-Knisja, ahna nghixu l-misteru tas-salvazzjoni taghna, li jilhaq il-qofol tieghu fit-tlett ijiem imqaddsa tal-Ghid.

U kif jghis San Pietru Damiani: "Il-festa ta llum, (San Gorg Martri - it-23 ta' April), hi marbuta mal-ferh u l-glorja tal-Ghid, qisha hagra prezzjuza tleqq li bi gmielha tkompli ssebbah id-deheb li tkun ingastata fih."

Il-ftuh fil-fatt se jsir is-Sibt, 30 ta' Novembru 2002, propju fl-Ewwel Hadd tal-Avvent. F'din ic-celebrazzjoni se naghtu mportanza lis-Sagramenti, b'simboli apposta li se jibqghu fil-knisja is-sena kollha.

In-Novena tal-Milied, ghal din is-sena, tkun animata mill-ghaqdiet tal-parrocca.

Biex niftakru izjed fil-Maghmudija taghna matul il-Hdud, fil-quddies, f'hinijiet differenti, inbierku l-ilma u waqt l-istqarrija tal-Fidi jsiru l-weghdiet tal-Maghmudija.

Il-Hadd, 12 ta' Jannar 2003 - Il-Maghmudija tal-Mulej, nistiednu lill-dawk il-familji li s-sena ta' qabel ressqu lill-uliedhom ghall-Maghmudija.

Fic-celebrazzjoni tal-Maghmudija, tinghata lil kull tarbija, libsa bajda li tintlibes propju dak il-hin tac-celebrazzjoni u l-maktur li bih jixxottaw ras it-tarbija.

L-Ewkaristija nipproponu li ghandha tkun ic-centru tas-sena tac-centinarju. Diga bhala preparazzjoni ghal din is-sena nedejna l-adorrajoni kontinwa fil-kappella ta' San Pietru u gurnata adorazzjoni kull nhar ta' Gimgha fil-kappella tas-Sagra Familja.

L-adorazzjoni tal-Ewwel Gimgha tax-xahar se norbtuha ma' silta mill-Ittra lir-Rumani biex inkomplu niggeddu. Ghal min jixtieq li jaghmel adorazzjoni wahdu fis-skiet, se jkun provdut il-hsieb tal-adorazzjon ghal dak ix-xahar. Imbghad fis-7.30 ta' fil-ghaxija issir quddiesa u wara nkomplu l-adorazzjoni. Inheggu lill-membri tal-ghaqdiet u lajci mpenjati biex din il-quddiesa u l-adorazzjoni jikkommettu ruhhom ghaliha.

Esperjenza Ewkaristika ohra li nixtiequ nerghi ingeddu, hija l-esperjenza tal-Vjatku Solenni. Se naqsmu l-parrocca f'hames okkazzjonijiet ta' Vjatku Solenni. Kull Vjatku se jiehu hsiebu wahda mill-fratellanzi tal-parrocca.

1. Il-Hadd 29 ta' Dicembru, 2002 - Solennita tas-Sagra Familja

Fratellanza ta' San Guzepp wara l-quddiesa tas-7.00 ta' fil-ghodu mill-Knisja Arcipretali

2. Il-Hadd 5 ta' Jannar, 2003 - L-Epifanija tal-Mulej

Fratellanza ta' San Mikiel wara l-quddiesa tas-7.15 ta' fil-ghodu mill-Knisja tal-Vitorja

3. Il-Hadd 8 ta' Gunju, 2003 - Tlugh il-Mulej fis-sema

Fratellanza tac-Cintura wara l-quddiesa tas-8.15 ta' fil-ghodu mill-Kappella Sagra Familja

4. Il-Hadd 22 ta' Gunju, 2003 - Corpus Christi

Fratellanza tas-Sagrament wara l-quddiesa tas-7.00 ta' fil-ghodu mill-Knisja Arcipretali

5. Il-Hadd 6 ta' Lulju, 2003 - Qalb ta' Gesu

Fratellanza tar-Ruzarju wara l-quddiesa tas-7.00 ta' fil-ghodu mill-Knisja Arcipretali

Is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni - is-sagrament li bil-grazzja tal-hniena ta' Alla jaghtina li nergghu insibu lilna nfusna u lill-hutna. Se nipprovdu xi sacerdoti disponibbli ghall-qrar fil-knisja - tohrog time table.

Inhossu l-bzonn ta' sacerdot li darba f'gimgha jkun fic-centru, f'kamra apposta, minn hin sa hin, ghad-dispozizzjoni ta' dawk li jixtiequ jaghmlu din l-esperjenza tas-sagrament tal-hniena ta' Alla.

Matul is-sena, fiz-zminijiet qawwija tas-Sena Liturgika, se jsiru celebrazzjonijiet penitenzjali li jwasslu ghall-qrar:

It-Tnejn 23 ta' Dicembru 2003 - l-ahhar gurnata tan-novena tal-Milied

L-Erbgha 5 ta' Marzu 2003 - Ras ir-Randan

Il-Hamis 10 ta' April 2003 - lejliet id-Duluri

Mis-Sagramenti tal-Konfermazzjoni, il-Grizma tal-Isqof, se niehdu d-doni tal-Ispirtu s-Santu. F'kull gurnata tal-gimgha se nitolbu ghal xi don partikolari:

Spirtu s-Santu Ejja Fija ...

It-Tnejn: u mlieni bil-GHERF biex naghraf lili nnifsi u l-kobor tal-imhabba ta' Alla.

It-Tlieta: u zejjinni bil-FEHMA biex naghraf ahjar is-sejha tieghi bhala nisrani.

L-Erbgha: u dawwalni bil-KUNSILL biex naghraf naghzel bejn it-tajjeb u l-hazin.

L-Hamis: u sahhahni bil-QAWWA biex ma nibzax inkun ta' xhieda tal-imhabba kbira ta' Alla l-Missier.

L-Gimgha: u kattarli x-XJENZA biex nibqa dejjem nitghallem izjed fuq Alla.

Is-Sibt: u sebbahni bil-PIETA' biex nitlob aktar u nikber fl-imhabba tieghi lejn Alla u lejn il-proxxmu.

Il-Hadd: u fawwarni bil-BIZA' TA' ALLA sabiex naghraf li lil Alla biss ghandi nhobb fuq kollox u lil Ibnu Gesu' li gie fid-dinja biex isalvana.

Dawn it-talbiet se jitqassmu fuq bookmark apposta fil-bidu tas-sena tac-centinarju.

Is-sena taghlaq bic-celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni, il-Grizma tal-Isqof li se ssir; il-Hadd 9 ta' Novembru 2003 u l-Hadd 16 ta' Novembru 2003.

Is-sejha tal-Mulej u l-offerta ta' konsagrazzjoni fis-Sagrament tal-Ordni Sagri, se niccelebrawha nhar it-Tnejn, 3 ta' Frar 2003. Is-Sacerdoti u r-Religjuzi kollha mill-parrocca taghna se jingabru flimkien ghall-quddiesa u adorazzjoni. Wara nieklu flimkien fic-centru u waqt l-ikla nippruvaw nikkuntattjaw lil xi whud mis-sacerdoti u religjuzi barra minn Malta.

Matul dik il-gimgha immorru nzuru lil hutna religjuzi fil-minasteri tal-klawsura.

Matul is-sena wkoll tintbghat kartolina fl-anniversarju tal-ordinazzjoni jew tal-professjoni. Dan barra s-soltu kuntatt li nzommu bejnietna s-sacerdoti u r-religjuzi, b'ittra maghquda mac-celebrazzjonijiet kbar tas-sena.

F'kull celebrazzjoni taz-zwieg, lill-gharajjes se naghtuhom il-Bibbja, il-Klema ta' Alla li fuqha ghandhom jinbnu l-familja u li fl-istess hin takkumpanjhom matul il-hajja taz-zwieg sagrament.

Naghtu izjed importanza lill-konsagrazzjoni tal-familja.

"Hemm xi marid fistkom? Halli dan isejjah lill-presbiteri tal-knisja, biex dawn jitolbu ghalih u jidilkuh biz-zejt f'isem il-Mulej." Gakbu 5.14 Hekk se nippruvaw naghmlu. Zjajjar aktar bil-kwiet lill-morda taghna.

Zgur ta' mportanza kbira se tkun is-solennita tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Se niccelebrawh fil-gurnata propja, nhar it-Tlieta, 6 ta' Mejju 2003. "Int tajtna nibnulek dar li tidher, fejn qatt ma tieqaf ixxerred il-grazzji fuq il-familja tieghek fil-mixja taghha lejk; u b'mod tal-ghageb f'din id-dar taghtina hjiel tax-xirka taghna mieghek." (mill-Prefazju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja).

Bi thejjija ghal dan ic-centinarju, f'dawn l-ahhar tlett snin ghamilna restawr kif ghandu jkun ta' din id-dar ta' Alla. Ghalhekk it-Tnejn, 5 ta' Mejju 2003, se jsir apprezzament tas-sehem li lkoll tajna ghal dan ir-restawr ta' rapprezentazzjoni ta' dawl u muzika, fil-pjazza ta' quddiem il-knisja, ghall-habta tal-10.00 p.m. Imbghad it-Tlieta, 5 ta' Mejju 2003, celebrazzjoni fil-knisja stess.

"Ghax hawn inti tibni t-tempju tieghek li hu ahna." (mill-Prefazju tal-Kponsagrazzjoni tal-Knisja). U ghalhekk, il-Gimgha, 9 ta' Mejju 2003, Festa tal-Beatu Dun Gorg Preca, naghmlu celebrazzjoni bit-tema, "Inbnew bhal gebel haj f'dar spiritwali fejn jghammar Alla."

It-23 ta' April 2003 - il-gurnata li fiha niccelebraw l-1700 sena ta' Glorja tal-Patrun taghna San Gorg Martri. Fic-celebrazzjoni ta' filghaxija tinkixef il-koppla.

Is-Solennita tal-Patrun taghna San Gorg, se nibdewha minn lejliet b'pellegrinagg bil-vara ta' San Gorg ghal tal-Hlas. Matul l-pelegrinagg se jinghad talb apposta. Neta naslu f'tal-Hlas nghidu l-Ghasar flimkien. Tul t-triq l-isfel inkomplu b'talb u kant. Lura fil-knisja issir l-Espozizzjoni u nkomplu b'lejl ta' adorazzjoni sal-quddiesa tas-6.00 a.m. tat-23 ta' April.

Il-Hamis 24 ta' April, bhala kommunita flimkien, bl-ghaqdiet u s-socjetajiet, flimkien mal-Presbiterju u l-Kunsill Parrokkjali ta' San Sebastjan, immorru nqieghdu kuruni ta' ward quddiem l-istatwa ta' San Gorg u San Sebastjan fi triq San Raphel.

Kull 23 tax-xahar se niccelebrawh b'jum talb, ta' karita u katina tar-Ruzarju fil-Knisja Arcipretali, fil-Knisja tal-Vitorja, fil-Kappella Sagra Familja, fil-Kappella Santa Marija fuq tal-Blat u fil-Kappella San Frangisk. Fis-6.35 p.m. jibda ir-Ruzarju flimkien. (Fratelli tar-Ruzarju).

Fil-weekend ta' qabel kull 23 tax-xahar fil-knisja u fil-kappelli jitqieghdu kaxxi apposta fejn jinghataw oggetti li nhar it-23 tax-xahar jinghataw lil xi dar tat-tfal partikolari. Kull xahar naghzlu wahda mid-djar tat-tfal tal-knisja.

Kull 23 tax-xahar issir quddiesa votiva, meta tkun permessa, nistiednu lis-superjur ta' dik id-dar maghzula, jinghata l-offerta. Tinghad ukoll il-kurunella ta' San Gorg.

Fil-lejl bejn it-22 u t-23 ta' kull xahar, titkompla l-adorazzjoni matul il-lejl kollu fil-Kappella ta' San Pietru. Il-Fratelli tas-Sagrament jaraw li f'kull hin ikun hemm xi hadd minnhom.

Bla dubju l-ahhar Hadd ta' Gunju, niccelebraw il-Festa tal-Patrun taghna San Gorg.

 

3. IL-KARITA' LI TGHAJJIXNA

Jekk irridu li minn dan ic-centinarju jibqa' xi haga, irridu nsarrfu kollox fi mhabba fil-prattika.

Kull tielet Erbgha tax-xahar grupp mill-parrocca mmorru naghmlu zjara lil hutna anzjani fir-residenza, San Vincenz de Paule.

Hemm il-hsieb li l-Arcipriet izur lil hutna Qriema li qeghdin fil-facilita korrettiva ta' Kordin kif ukoll lill-familjari taghhom.

Ghal kull 23 tax-xahra, il-parrocca bhal taddotta xi wahda mid-djar tat-tfal. Fil-weekend ta' qabel it-23 fil-knisja jkun hemm kaxxi apposta li fihom naghtu xi oggetti tal-ikel biex naghtuhom lil dik id-dar partikolari. Barra minn hekk il-fratelli tac-Cintura jiehdu hsieb li jmorru jaghtu daqqa t'id f'dik id-dar.

Ghaz-zghazagh, il-Gimgha 13 ta' Dicembru se mmorru f'dar tat-tfal jew izjed minn wahda skond in-numru u noholqu ambjent ghall-festi tal-Milied.

Ninvolvu izjed iz-zghazagh fil-hidma mal-anzjani u mal-persuni b'dizabilta.

Fil-parrocca taghna se jitwaqqaf il-grupp RUMANI 12, 15 "Ifirhu ma' min jifrah, ibku ma' min jibki."

Hemm il-hsieb li grupp mill-parrocca taghna imur jaghti daqqa t'id lil hutna Patri Gorg u Patri Gwann fil-missjoni taghhom fl-Albanija.

"Mill-bqija, huti, ifirhu, habirku ghall-perfezzjoni, isimghu milli wiehed jghidilkom, kunu ta' fehma wahda, zommu s-sliem u Alla ta' l-Imhabba u s-Sliem ikun maghkom." 2 Korintin 13,11

L-Arcipriet

Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali

Il-Kumitat ghas-sena tac-centinarju 2003.

 

INNU TAC-CENTINARJU
 

X'hemm imhejji ghac-Centinarju 2003:

  • Kull tielet Erbgha tax-xahar: Zjarar fi Stituti
  • Kull tielet weekend tax-xahar: Weekend ta' Karita
  • Lejliet kull 23 tax-xahar: Lejl Adorazzjoni fill-Kappella San Pietru
  • Kull 23 tax-xahar fis-6.30 p.m.: Katina ta' Ruzarju fil-Parrocca taghna: imexxu l-Fratelli tal-Madonna tar-Ruzarju fil-Knisja Arcipretali, fil-Knisja tal-Vitorja, fil-Kappella Sagra Familja, fil-Kappella San Frangisk u fil-Kappella Santa Marija fuq tal-Blat
  • Kull 23 tax-xahar: Quddiesa Votiva fil-Knisja Arcipretali fis-7.00 p.m.

Aqra' l-PROGRAMM GHAL FESTA SOLENNI 2003

  • 2 sas 6 ta' Dicembru: Ezercizzji tal-Avvent - 7.00 p.m. fil-knisja;
  • 13 ta' Dicembru: Minn qalb zghazugha ghal qalb fil-bzonn;
  • 16 sal 21 ta' Dicembru: Novena tal-Milied;
  • 23 ta' Dicembru: Katina ta' Ruzarju fis-6.30 p.m.;
  • 29 ta' Dicembru: Vjatku Solenni mill-Parrocca (Fratellanza ta' San Guzepp); Thassar minhabba l-maltemp.
  • 2 sa 4 ta' Jannar: Kwaranturi;
  • 5 ta' Jannar: Vjatku Solenni mill-Vitorja (Fratellanza ta' San Mikiel);
  • 7 u 8 ta' Jannar: Apprezzament - ghal kulhadd: Min Josef Debattista fis-7.00 p.m. fic-Centru;
  • Kull nhar ta' Tlieta bejn 14 ta' Jannar sa 4 ta' Marzu: Kors dwar ir-Rikonciljazzjoni;
  • 23 sal 25 ta' Jannar: Festival tal-Korijiet;
  • 23 ta' Jannar: Katina ta' Ruzarju fis-6.30 p.m.;
  • 2 ta' Frar: Ghat-tfal: Minn qalb innocenti ghall-ohra - Santa Infanzja;
  • 3 ta' Frar: Ghas-sacerdoti u r-religjuzi tal-parrocca;
  • 7 sa 9 ta' Frar: Irtrir - Manresa, Ghawdex;
  • 24 ta' Frar: Katina ta' Ruzarju fis-6.30 p.m.;
  • 28 ta' Frar sat 2 ta' Marzu: Irtir ghaz-zghazagh - Manresa, Ghawdex;
  • 5 ta' Marzu: Ras ir-Randan;
  • 7 ta' Marzu: Via Sagra mill-Kappella Sagra Familja ghas-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas; Thassar.
  • 10 sa 14 ta' Marzu: Ezercizzji ghan-nisa fid-9.00 a.m.;
  • 10 sa 13 ta' Marzu: Ezercizzji ghall-irgiel fis-7.00 p.m.;
  • 14 ta' Marzu: Pellegrinagg Penitenzjali bejn iz-zewg Parrocci;
  • 17 sa 21 ta' Marzu: Ezercizzji fil-Vitorja;
  • 17 sa 21 ta' Marzu: Ezercizzji ghax-xebbiet fis-6.30 p.m.;
  • 21 sa 23 ta' Marzu: Irtir ghal koppji;
  • 24 ta' Marzu: Katina ta' Ruzarju fis-6.30 p.m.;
  • 24 sa 28 ta' Marzu: Ezercizzji fis-Sagra Familja;
  • 24 sa 28 ta' Marzu: Ezercizzji ghaz-zaghzagh fit-8.00 p.m.;
  • 29 ta' Marzu: Quddiesa u Wirja f'okkazzjoni tal- 50 sena Arcipretali;
  • 30 ta' Marzu: 50 sena Arcipretali;
  • 31 ta' Marzu sa 4 ta' April: Ezercizzji ghall-koppji mizzewgin fis-7.00 p.m.;
  • 7 ta' April sa 10 ta' April: Ezercizzji ghall-gharajjes fis-7.30 p.m.;
  • 11 ta' April: Festa devozzjonali tad-Duluri;
  • 13 ta' April: Hadd il-Palm;
  • 13 ta' April: Via Sagra mill-Kappella Sagra Familja ghas-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas; Thassar.
  • 18 ta' April: Gimgha l-Kbira;
  • 20 ta' April: Ghid il-Kbir;
  • 22 ta' April: Pellegrinagg b'Istatwa Titulari ta' San Gorg M. ghas-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas;
  • 23 ta' April: Sett Bollol mill-posta ta' Malta ta' San Gorg Martri;
  • 23 ta' April: Festa Liturgika ta' San Gorg Martri - Kxif tal-Kopla wara r-restawr;
  • 24 ta' April: Tqieghed ta' fjuri f'hogor San Gorg M. u San Bastjan M. bejn l-ghaqdiet kollha w wara quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta' San Bastjan Martri miz-zewg Klerijiet;
  • 25 ta' April: Lejla Gorgjana fuq iz-zuntier - Tigi loncjata CD gdida fuq il-hajja ta' San Gorg M.;
  • Xahar ta' Mejju: Sajda Muzewmina;
  • 4 ta' Mejju: Festa ta' San Guzepp - Fis-6.00p.m. tohrog il-purcissjoni;
  • 6 ta' Mejju: Jum il-Konsagrazzjoni tal-Knisja - Kxif tal-Arzella wara r-restawr;
  • 9 ta' Mejju: "Inbnew bhal Gebel Haj", celebrazzjoni fis-7.00 p.m.;
  • 19 sa 23 ta' Mejju: Sajda Muzewmina fil-Kappella Sagra Familja fis-6.30 p.m.;
  • 24 ta' Mejju: Br. George, ircieva l-ministeri tal-lettorat u l-akkolitat;
  • 25 sa 31 ta' Mejju: Sajda Muzewmina fil-Knisja Arcipretali fis-6.30 p.m.;
  • 22 ta' Mejju: Akkademja Muziko-Letterarja mill-Banda Anici fil-Knisja Arcipretali fis-6.30 p.m.;
  • 23 ta' Mejju: Katina ta' Ruzarju fis-6.30 p.m., fil-kappella Sagra Familja mhux ser isir;
  • 25 ta' Mejju: Jum Hal Qormi;
  • 1 sa 8 ta' Gunju: Wirja "San Gorg fi Djarna", fl-Oratorju 'Sagra Familja';
  • 4, 11 u 18 ta' Gunju: Tlett Erbghat ta' San Gorg Martri - Peagant fit-8.00 p.m. fil-Knisja Arcipretali;

Aqra' l-PROGRAMM TAL-FESTA SOLENNI 2003

  • 8 ta' Gunju: Vjatku Solenni mil-Kappella tas-Sagra Familja (Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura);
  • 13 ta' Gunju: Akkademja mill-Kumitat Festi Esterni u kxif tal-Bronz tal-Kor fis-7.30 p.m.;
  • 14 u 15 ta' Gunju: L-Ewwel Tqarbina;
  • 17 ta' Gunju: Oratorjo fil-Knisja Arcipretali - 'San Gorg f'Demmna' - 7.30 p.m.;
  • 18 ta' Gunju: Zjara lil hutna anzjani fir-residenza ta' San Vincenz fid-9.15 a.m.;
  • 19 ta' Gunju: Quddiesa ghal dawk kollha li jisimhom ghal San Gorg fis-7.00 p.m.;
  • 19, 20 u 21 ta' Gunju: Musical "Georgius" mill-Ghaqda Qawmien fl-Oratorju 'Sagra Familja' fit-8.30p.m.;
  • 20 ta' Gunju: L-Ordinazzjoni Sacerdotali ta' iben il-parrocca taghna Fr. Louis Farrugia flimkien ma' Fr. John Barry li serva d-Djakonat fil-Parrocca taghna u maghna esperjenza c-Centinarju;
  • 22 ta' Gunju: Vjatku Solenni mill-Knisja Arcipretali (Fratellanza tas-Sagrament);
  • 22 ta' Gunju: Solennita' Corpus Christi - Fis-6.40 p.m. tohrog il-purcissjoni;
  • 23 ta' Gunju: Hrug l-Istatwa Titulari ta' San Gorg M. fuq iz-zuntier;
  • 24 ta' Gunju: Ghal hutna l-Anzjani, u bi Bzonnijiet Specjali fl-4.30 p.m.;
  • 24 ta' Gunju: Celebrazzjoni ghall-Emigranti fis-7.00 p.m.;
  • 25 ta' Gunju: L-Ewwel Tridu, quddiesa tibda fis-6.00 p.m.;
  • 26 ta' Gunju: It-Tieni Tridu, quddiesa tibda fis-6.00 p.m.;
  • 27 ta' Gunju: L-Ahhar Tridu, quddiesa tibda fis-6.00 p.m.;
  • 28 ta' Gunju: Lejlet il-Festa- Translazzjoni tibda mill-Knisja Arcipretali fis-6.30 p.m. ghal-Knisja tal-Vitorja u lura bir-Relikwa;

IL-PROGRAMM TAL-GHELUQ TAS-SENA CENTINARJA

Gheluq ta' din is-Sena ta' Grazzja

Il-Missjoni fil-Parrocca Taghna

Kuljum jkun hemm ir-Ruzarju fil-knisja wara l-quddiesa tas-6.00 p.m. Imexxu l-Fratelli tal-Madonna tar-Ruzarju.

Is-sacerdoti tal-Missjoni se jkunu disponibbli ghall-qrar kull nhar ta' Gimgha bejn il-5.00 p.m. u s-7.00 p.m. fil-Knisja Arcipretali u fil-kappella tas-Sagra Familja.

Ix-xewqa hi li jzuru l-familji kollha taghna. Nafu kemm tkunu tixtiequ li kultant jigi sacerdot fid-dar taghkom. Minn gimgha ghall-ohra se navzaw f'liema toroq ikun imiss il-visti. Tibzghu xejn ghax se nibaghtulkom nota d-dar. Ippruvaw li dak inhar tkunu id-dar tilqghu is-sacerdot. Is-sacerdot se jhallilkom ktejjeb fuq it-talba tar-Ruzarju. Dan biex jiswielna ta' spinta biex din it-talba tar-Ruzarju tkun it-talba tal-familji taghna.

Lil hutna morda se naghtuhom hin apposta biex ikollhom ic-cans tajjeb li jitkellmu ma' sacerdot. Navzawkom bil-gurnata u l-hin.

Aktar il-quddiem navzaw il-visti li ser isiru fil-Kazini u l-Hwienet tax-xorb.

  • 3 ta' Ottubru: L-ewwel Gimgha tax-xhar: Gurnata adorazzjoni fil-Knisja, fil-Vitorja, is-Sagra Familja u f'Santa Marija ta' fuq tal-Blat;
  • 6 sal-10 ta' Ottubru: Ezercizzi ghall-koppji fis-7.00 p.m. fil-Knisja Arcipretali;
  • 13 sas-17 ta' Ottubru: Ezercizzi ghan-nisa fis-9.00 a.m. fil-Knisja Arcipretali;
  • 13 sas-17 ta' Ottubru: Ezercizzi ghall-irgiel fis-7.00 p.m. fil-Knisja Arcipretali;
  • 19 ta' Ottubru: Ordinazzjoni tad-Djakonat mis-Seminarista David Farrugia fil-Parrocca taghna fis-6.00 ta' fil-ghaxija. Flimkien ma' David ser ikollna ukoll lis-seminarista Brandon mill-Mosta;
  • 20 sal-24 ta' Ottubru: Ezercizzi ghaz-zghazagh fis-7.30 p.m. fil-Knisja Arcipretali;
  • 27 sal-31 ta' Ottubru: Ezercizzi ghax-xebbiet adulti fis-6.30 p.m. fil-Knisja Arcipretali;
  • 23 ta' Ottubru: Katina ta' Ruzarju fis-6.30 p.m.;
  • 31 ta' Ottubru: Talb ghal Fejqan ma' Dr. John fil-Knisja Arcipretali fis-7.30 p.m.;
  • 3 sas-7 ta' Novembru: Ezercizzi ghall-Kulhadd fis-6.00 p.m. quddiesa u priedka fis-Sagra Familja;
  • 4 ta' Novembru: "Fil-Kwiet mal-Mulej f'Tal-Hlas", ghan-Nisa fid-8.45 a.m. niltaqghu hdejn ic-centru u nitilqu flimkien;
  • 5 ta' Novembru: "Fil-Kwiet mal-Mulej f'Tal-Hlas", ghas-Sacerdoti mid-9.00 a.m. sa nofs inhar;
  • 5 ta' Novembru: Quddiesa ghar-Ruh il-Fratelli u Benefatturi li hallewna matul iz-zmien tal-Fratellanza tas-SS. Sagrament fis-6.00 p.m.;
  • 6 ta' Novembru: Quddiesa ghar-Ruh il-Fratelli u Benefatturi li hallewna matul iz-zmien tal-Fratellanza tas-SS. Ruzarju fis-6.00 p.m.;
  • 7 ta' Novembru: Quddiesa ghar-Ruh il-Fratelli u Benefatturi li hallewna matul iz-zmien tal-Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura fis-6.00 p.m.;
  • 9 ta' Novembru: "Fil-Kwiet mal-Mulej f'Tal-Hlas", ghall-Fratelli Kollha mid-9.00 a.m. sa nofs inhar;
  • 9 u 16 ta' Novembru: Grizma tal-Isqof;
  • 7 ta' Novembru: Quddiesa ghar-Ruh il-Fratelli u Benefatturi li hallewna matul iz-zmien tal-Fratellanza ta' San Mikiel fis-6.00 p.m.;
  • 7 ta' Novembru: Quddiesa ghar-Ruh il-Fratelli u Benefatturi li hallewna matul iz-zmien tal-Fratellanza ta' San Guzepp fis-6.00 p.m.;
  • 7 ta' Novembru: Quddiesa ghar-Ruh it-Terz Ordni li hallewna matul iz-zmien fis-6.00 p.m.;
  • 10 sal-14 ta' Novembru: Ezercizzi ghat-Tfal - Skola Primarja "B";
  • 10 sa' 13 ta' Novembru: Ezercizzi ghall-Kulhadd fis-6.00 p.m. quddiesa u priedka fil-Vitorja;
  • 14 ta' Novembru: Akkademja Muziko-Letterarja mill-Banda San Gorg Martri fil-Knisja Arcipretali;
  • 17 sal-21 ta' Novembru: Ezercizzi ghall-Kulhadd fis-7.00 p.m. quddiesa u priedka fil-Knisja Arcipretali;
  • 21 ta' Novembru: Katina ta' Ruzarju fil-Knisja Arcipretali fis-6.30 p.m.;
  • 22 ta' Novembru: Gheluq tac-Centinarju u tal-Missjoni.

Gheluq tac-celebrazzjonijiet Centinarji 2003:  22 ta' Novembru 2003

 

Ahsbu kmieni halli ma tohorgux dizappuntati. Mela ordna l-kopja tieghek issa.
Hudu hsieb li tkunu maghna halli bhala familja wahda Niggeddu fl-Ispirtu halli Naqdu lil Mulej.

Nifirhu ukoll lil hutna Gorgjani Ghawdxin ghal festi centinarji lil Patrun taghhom u tal-gzira Ghawdxija San Gorg Megalomartri u lil qrabatna ta' San Bastjan


E-mail:   [email protected]


Please email for support

Irrangata 02-02-2009

Hosted by www.Geocities.ws

1