PARROCCA SAN GORG MARTRI - QORMI
 

 

PROGRAMM TAL-FESTA TA' SAN GORG MARTRI

FIS-SENA TAS-XVII-IL CENTINARJU TA' GLORJA

303 - 2003

QABEL IL-GIMGHA TAL-FESTA

IL-GIMGHA, 13 ta' GUNJU:

Akkademja bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri. Din l-akkademja se ssir fil-Knisja Arcipretali fis-7.30 p.m. Illum ukoll jigi inawgurat l-bronz tal-kor.

IT-TLIETA, 16 ta' GUNJU:

"San Gorg f'Demmna" - Oratorio ta' Dun Pawl Genovese u muzika ta' Dun Gwann Galea, ghal solisti, zewg korijiet u orkestra. Dan l-oratorio sar l-ewwel darba nhar l-Erbgha, 19 ta' Gunju 1991, fl-okkazjoni ta' gheluq il-250 sena mill-migja ta' l-istatwa titulari ta' San Gorg Martri fil-parrocca taghna. Ma jistax ikun li f'dan ic-centinarju jithalla barra dan l-oratorio. Se jsir fil-Knisja Arcipretali, fis-7.30 p.m. Kulhadd imheggeg li jattendi ha jitpaxxa bil-muzika, ihalli l-lirika tithallat ma' demmu u jgedded fih l-imhabba vera lejn San Gorg.

Il-Kor tal-parrocca taghna "Exsultate Domino" kemm il-kbar kif ukoll iz-zghar ilhom jippreparaw ghal dan l-oratorio sa minn qabel is-sajf li ghadda. Il-kor huwa taht it-tmexxija tas-Sinjura Angelica Xuereb. Il-Kor u l-orkestra se jkunu taht id-direzzjoni tas-Surmast Dun Gwann Galea.

Ghal din l-okkazzjoni se johrog ktieb b'gabra ta' poezija miktuba minn Dun Pawl genovese li fih issibu wkoll il-lirika ta' l-oratorio "San Gorg f'Demmna."

L-ERBGHA, 18 ta' GUNJU:

Zjara lil hutna anzjani fir-residenza ta' San Vincenz. Niltaqghu hdejn il-knisja fid-9.15 a.m.

Fit-8.00 p.m. it-Tielet Erbgha ta' San Gorg. Rapprezentazzjoni fuq San Gorg bhala l-Martri ta' kristu u diskussjoni kif ahna f'hajjitna nistghu inkunu martri ta' Kristu.

IL-HAMIS, 19 ta' GUNJU:

Quddiesa ghal dawk kollha li jisimhom ghal San Gorg fis-7.00 p.m. Imexxi l-koncelebrazzjoni l-Arkimandrita Mons. George Mifsud Montanaro.

Fit-8.30 p.m. musical "Georgius" imtella mill-Ghaqda "Qawmien" fl-Oratorju "Sagra Familja".

IL-GIMGHA, 20 ta' GUNJU:

Fit-8.30 p.m. musical "Georgius" imtella mill-Ghaqda "Qawmien" fl-Oratorju "Sagra Familja".

IS-SIBT, 21 ta' GUNJU:

Fil-5.30 p.m. L-Ewwel Ghasar Solenni tas-Solennita ta' Corpus Christi.

Fit-8.30 p.m. musical "Georgius" imtella mill-Ghaqda "Qawmien" fl-Oratorju "Sagra Familja".

IL-HADD, 22 ta' GUNJU:

Solennita ta' Corpus Christi - Il-Gisem u d-Demm ta' Sidna Gesu Kristu.

Vjatku Solenni li johrog mill-Knisja wara l-quddiesa tas-7.00 a.m. Jiehdu sehem il-fratelli tas-Sagrament.

Fin-nofs siegha tibda l-Adorazzjoni.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa Solenni u wara purcissjoni bis-Santissimu Sagrament.

IL-GIMGHA TAL-FESTA

IT-TNEJN, 23 ta' GUNJU: Hrug ta' l-Istatwa ta' San Gorg Martri

Fit-8.00 a.m. u 12.00 p.m. hruq ta' murtaletti.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa fil-Knisja Arcipretali li fiha nirringrazjaw lill-Mulej tal-qlub generuzi li semghu is-sejha tieghu u offrewlu hajjithom fis-sacerdozu jew fil-hajja religjuza. Imexxi din ic-celebrazzjoni Mons. Alfred Xuereb, l-arcipriet tal-Katidral. Wara l-quddiesa tinghad il-kurunella f'gieh il-Patrun taghna San Gorg. Fit-8.00 p.m. isir il-hrug ta' l-istatwa ta' San Gorg minn nicca. Iddoqq il-Banda San Gorg Martri u isir hruq ta' salut, kaxxa spanjola, murtaletti u murtali bil-loghob. Wara l-hrug tal-vara, l-Banda San Gorg Martri taghmel marc ma dawn it-toroq: Triq San Gorg, Dun Mario, l-Izbandola ghal Triq San Gorg, Dun Mario, Fuq tal-Blat, Tal-Blat Housing Estate, Triq il-Belt Valletta, Il-Mithna, San Frangisk, It-Tensila, ll-Habbiez, il-Mejjilla, il-Kbira sal-Kazin Banda San Gorg Martri.
Fid-9.30 p.m. isir hruq ta' beraq, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

IT-TLIETA, 24 ta' GUNJU:

Ghall-hutna anzjani u bi bzonnijiet specjali

Fl-4.30 p.m. quddiesa ghall-hutna anzani u dawk hi bzonnijiet specjali. B'hekk dawn hutna jkollhom ic-cans li jaqsmu maghna l-ferh tal-festa. Imexxi c-celebrazzoni Fr. Louis Farrugia, sacerdot gdid mill-parrocca taghna. Min ikollu bzonn xi transport javzana billi jcemplilna fl-ufficcju parrokjali.


Ghall-hutna Emigranti
Fis-7.00 p.m. quddiesa fil-Knisja Arcipretali ghall-dawk li mill-boghod gew biex jinghaqdu maghna f'din il-festa centinarja.
Fit-8.30 p.m. il-Banda Anici taghmel marc madwar dawn it-toroq: Pietru Felici, Anglu Borg, Triq Guze Cardona, Il-Helsien, Id-Deheb Fin, Is-Sajf, Il-Ghasel, Il-Harifa, Id-Dielja, Ix-Xitwa, il-Bard, Il-Helsien, Ir-Rignu, Id-Dragun, Triq il-Vitorja sal-Kazin Banda Anici.

L-ERBGHA, 25 ta' GUNJU: L-Ewwel jum tat-Tridu

Fit-8.00 a.m. u f'12.00 p.m. hruq ta' murtaletti.
Fis-6.00 p.m. Quddiesa fil-knisja. Illum se jkollna maghna lill-Ecc. Tieghu Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof ta' Ghawdex assistit mill-Kapitlu tal-Bazilka Lateranensi ta' San Gorg Megalomartri, Victoria, Ghawdex. Ghal din il-quddiesa huma mistiedna b'mod specjali is-sagraistan u dawk kollha li jghinuh u n-nisa li jiehdu hsieb it-tindif tal-knisja. Dawn hutna taw sehem kbir matul din is-sena li fiha sar hafna xoghol fil-knisja. Wara l-quddiesa ssir il-priedka tat-Tridu minn Patri Lawrenz Attard O.P. Imbaghad tinghad il-kurunella ta' San Goig, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Mal-Barka isir hruq ta' murtaletti.
Kif tispicca c-celebrazzjoni fil-Knisja, il-Banda Anici, tibda marc u dimostrazzjoni bl­istatwa ta' San Gorg Rebbieh madwar dawn it-toroq: minn quddiem il-Knisja ghal Triq il-Kbira, Santa Katerina, il-Barrakki, Stagno, Triq il-Helsien, ix-Xitwa, In-Nahal, il­Bhajra, is-Sajf, ir-Rebbiegha, fejn fid-9.30 p.m. jinharaq in-nar ta' l-art u jkompli l-marc ghal Triq il-Helsien, il-Plejju, id-Dragun, Pjazzza G. Flores, Triq Pinto ghal quddiem il-Kazin Bamda Anici, Triq il-Vitorja sal-Pjazza tal-Vitorja fejn tittella l-istatwa ta' San Gorg.

Sadanittant fl-9.40 p.m. isir hruq ta' beraq ikkulurit, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

IL-HAMIS, 26 ta' GUNJU: It-Tieni jum tat-Tridu

Fit-8.00 a.m. u f'12.00 p.m. hruq ta' murtaletti.
Fis-6.00 p.m. quddiesa ta' Radd il-Hajr. Fr. John Barry, li issa ilu maghna bhala djaknu ghal din l-ahhar sena, jirringrazja lill-Mulej tal-grazzja tal-Ordni Sagri.
Wara ssir il-priedka tat-Tridu, Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Mal-Barka, hruq ta' murtaletti.
Hekk kif tispicca c-celebrazzoni fil-knisja il-Banda San Gorg Martri taghmel marc u dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Gorg fuq iz-ziemel madwar dawn it-toroq: minn quddiem il-knisja ghall-Triq il-Kbira, Santa Katerina, L-Isqof Scicluna, Pinto, Id­Dragun, Triq il-Vitorja, Anici, Il-Kbira sa quddiem il-Knisja ta' San Frangisk fejn tittella l-istatwa.
Fid-9.30 p.m. hruq ta' beraq ikkulurit, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa tal­kulur.

IL-GIMGHA, 27 ta' GUNJU: It-Tielet jum tat-Tridu

Fit-8.00 a.m. u f'nofs inhar hruq ta' murtaletti.
Fis-6.00 p.m. quddiesa fil-knisja. Illum imexxi L-Ecc. Tieghu Mons. Paul Gigho, Arcisqof titulari ta' Tindari. IlIum mistiedna specjali, dawk li qeghdin jiccelebraw il-25 u l-50 anniversarju taz-zwieg taghhom.
Wara, bhal jiem ta' qabel, issir il-priedka tat-Tridu, Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Mal-Barka, hruq ta' murtaletti.
Fit-8.15 p.m. marc mill-Banda San Gorg Martri li jibda minn Pjazza Fredrick Maempel, Kardinal Sciberras, Triq il-Kbira, San Pietru, Santa Katerina, Triq il-Vitorja (in-naha ta' fuq).
Fit-8.15 p.m. program muzikali fuq il-plancier mill-Banda Anici quddiem il-Kazin Banda Anici. Wara marc li jibda minn Triq Pinto, Pjazza Vitorja, Triq il-Vitorja sal­Kazin Banda Anici.
Fl-10.00 p.m. hruq ta' beraq tal-kulur, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa tal­kulur.
Fil-11.30 p.m. loghob tan-nar ta' l-art fi Triq il-Vitorja.

IS-SIBT, 28 ta' GUNJU: Lejliet il-Festa

Fit-7.45 a.m. quddiesa ta' ringrazjament li fiha jitkanta l-Innu ta' Radd il-Hajr lil Alla -Te Deum. Imexxi l-Arcipriet, Dun Frans Abdilla.
Fit-8.15 a.m. mat-Te Deum, hruq ta' murtaletti u kaxxa spanjola.
Fid-9.00 a.m. ikollna servizz ta' qrar.
F'11.45 a.m. hruq ta' murtaletti.
Fil-5.00 p.m. quddiesa.

TRANSIAZZJONI SOLENNI TAR-RELIKWIJA TA' SAN GORG MARTRI
Fis-6.15 pm. nohorgu mill-Knisja Arcipretali u nimxu lejn il-Knisja tal-Vitorja, minn Kardinal Sciberras, Triq l-Iskola, Pinto Street ghall-quddiem il-knisja tal-Vitorja. Fil­Knisja tal-Vitorja jitkanta l-lnnu lil San Gorg u tibda t-Translazzjoni bir-Relikwija ta' San Gorg li se tghaddi 'l fuq minn Triq il-Vitoria, nidhlu minn Pinto Junction ghall­Triq Pinto, ninzlu minn Triq Santa Katerina, Pjazza San Frangisk ghall-quddiem il­Knisja ta' San Frangisk, Triq il-Kbira sal-Knisja Arcipretali.

Nilqghu ir-Relikwija lura fil-knisja bl-lnnu u l-Antifona. Imbaghad isir l-Ewwel Ghasar u Barka Sagramentali. Imexxi c-celebrazzjoni l-Ecc. Tieghu Mons. Annetto Depasquale, Isqof titulari ta' Aradi u Vigarju Generali.
lt-Translazzjoni se tkun akkumpanjata mis-Socjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.
Mat-Translazzjoni isir hruq ta' salut, kaxxa spanjola u varjazzjoni ta' settijiet ta' murtalletti u murtali bil-loghob.

Fis-7.30 p.m. marc mill-Banda Anici li jibda minn Triq Tal-Hlas, Il-Vitorja, ll-Proza, Misrah il-Kittieba, San Edwardu, Guze Muscat Azzopardi, l-Vitorja, quddiem il-Kazin Banda Anici, Pinto, It-23 ta' April, L-Isqof Scicluna, Santa Katerina, Il-Kbira sa quddiem il-Knisja Arcipretali.

Fis-7.30 p.m. jibda marc mill-Banda San Gorg Martri fi Triq il-Kbira, minn hdejn l-Abbatija sa quddiem il-Knisja ta San Frangisk fejn isir program muzikali. Fl-10.30 p.m. ikompli l-marc tul Triq il-Kbira sal-wied.
Fl-10.45 p.m. wirja ta' loghob tan-nar ta' l-ajru. Jinharqu lampjuni, sfejjer, blalen u baraxxi, beraq ikkulurit, murtali tal-beraq bil-loghob u murtali tal-kulur. Wara kaxxa tal-kulur b'varjeta kbira ta' kuluri.
Fil-11.30 p.m. loghob tan-nar ta' l-art fil-misrah tal-wied.

IL-HADD, 29 ta' GUNJU: JUM IL-FESTA

Fis-6.00 a.m. quddiesa.
Fis-7.00 a.m. quddiesa li fiha jiehdu sehem il-fratelli kollha tal-parrocca.
Fit-8.00 a.m. quddiesa. Mat-tokki tat-tmienja isir hruq ta' murtaletti.
Fid-9.15 a.m. Quddiesa Solenni Koncelebrata immexxija mill-Ecc. Tieghu Mons. Annetto Depasquale, Isqof Titulari ta'Aradi u Vigarju Generali. Mons. Charles Scicluna jinseg il-panegirku fuq San Gorg Martri f'din is-sena tas-17-il centinarju tal­glorja tieghu.
Mas-Sanctus isir il-hruq ta' murtaletti.
Fid-9.00 a.m. isiru l-marcijiet popolari mill-baned tal-parrocca, San Gorg Martri u Anici. Fin-nofs siegha hruq ta' murtaletti u kaxxa nfernali.
Fis-6.00 p.m. ikollna it-Tieni Ghasar.
Fis-7.00 p.m. Purcissjoni bl-Istatwa Titutali tal-Patrun Taghna San Gorg Martri. Imexxi l-Ghasar u l-Purcissjoni Fr. Louis Farrugia, sacerdot novell mill-parrocca taghna. Mal-hrug ta' l-istatwa isir salut, kaxxa spanjola b'varjeta kbira ta' beraq, diversi settijiet ta' murtaletti u murtali tal-loghob li jakkumpanjaw il-purcissjoni. Meta l­purcissjoni tasal hdejn il-Vitorja tinharaq kaxxa nfernali. Qabel u waqt il-purcissjoni jiehdu sehem dawn il-baned mistiedna: "La Stella" tal-Gudja; "Mater Gratiae" ta' Haz­Zabbar, "12th May" ta' Haz-Zebbug u "La Stella" tal-Belt Victoria, Ghawdex.

Fid-9.30 p.m. isir hruq ta' settijiet ta' beraq ikkulurit, sfejjer, blalen u murtali tal­kulur. Taghlaq il-purcissjoni kaxxa tal-kulur u waqt il-Barka tinharaq kaxxa tal-bomba. Mad-dhul tal-Istatwa fil-knisja, titkanta l-Antifona u ssir il-Barka Sagramentali. Wara l-Barka nistennew lill-shabna tan-nar, tislima lil San Gorg u isir il-marc ta' l­ahhar.

IGGEDDU FL-ISPIRTU, AQDU 'L MULEJ


E-mail:   [email protected]


Please email for support

Irrangata 28-06-2003

Hosted by www.Geocities.ws

1