PARROCCA SAN GORG MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 
QORMI - MALTA

 

Grufan

 

GRUPPI FAMILJI NSARA

Il-Moviment ta’ Kana ghandu diversi ferghat li jikkoncernaw il-familja.
Fergha minnhom, il-Gruppi Familji Nsara (Grufan), hemm fiha madwar 400 familja membri mxerdha f’diversi lokalitajiet f’Malta u anke f’Ghawdex. Il-Grufan ghandhom Kumitat centrali li jirrekola l-attivitajiet tal-gruppi kollha flimkien.

Fil-Parrocca taghna f'Hal Qormi, ghandna madwar 45 familja imsehbin f’hames gruppi.
Kull grupp ghandu chaplain. Erba’ sacerdoti mill-parrocca taghna jmexxu erba’ gruppi u soru tmexxi l-grupp l-iehor.

Kull grupp jahtar Koppja Mexxejja li tiehu hsieb twassal l-avviz tal-laqgha lill-membri u lic-chaplain. Tiehu hsieb li ssib kamra fic-Centru Parrokkjali u tlesti l-bzonnijiet mehtiega sabiex il-laqgha timxi sew.

Il-laqghat isiru fuq Skemi li jkunu ppreparati ghal sena shiha mill Kummissjoni Formazzjoni fi hdan il-Kumitat centrali tal-Gruppi Familji Nsara.

Il-gruppi kollha flimkien tal-parrocca taghna ghandhom forma ta’ kumitat bill-koppji mexxejja ta’ kull grupp jiltaqghu sabiex jorganizzaw xi attivitajiet religjuzi u anke socjali flimkien fil-parrocca taghna stess.

L-Iskemi huma maqsumin fuq zewg partijiet.
a) Qari ta’ passagg mill-Bibbja, issir riflessjoni fuqu, u kif napplikawh ghall-hajjitna
b) It-taghlim tal-Knisja dwar il-familja u l-hajja ta’ madwarna.
Naraw, inqisu u naghmlu xi suggett li nkunu ddiskutejna.

L-Iskemi huma migbura fi ktieb li jkun ghall-sena shiha. Kull xahar suggett, riflessjonijiet u azzjonijiet differenti.
Il-laqgha mhix xi dibattitu izda aktar nitghallmu minn xulxin, insibu mod kif wiehed jesprimu lilu nnifsu u nikbru fl’imhabba lejn Alla, permess tal-Kelma ta’ Sidna Gesu’ Kristu u lejn il-proxxmu taghna.
Hija tip ta’ nformazzjoni li hija bzonn ghal kull koppja kallotika sabiex ikolla formazzjoni xierqa kif tkun familja.

AQRA R-RIFLESSJONIJIET PREPARATI GHALIKOM:

JANNAR sa APRIL 2006

MEJJU sa AWISSU 2006

SETTEMBRU sa DICEMBRU 2006

Il-Gruppi Familji Nsara ghall-Iskemi 2007 bhala suggett ghazlu l-Enciklika tal-Papa Benedittu XVI, “ALLA HUWA MHABBA”, dwar it-tifsira vera ta’ l-imhabba. Dawn ir-riflessjonijiet zewwaqnihom ukoll mal-Familja ta’ Nazaret, mudell ghall-Gruppi Familji Nsara.

JANNAR sa APRIL 2007

MEJJU sa AWISSU 2007

SETTEMBRU sa DICEMBRU 2007

Il-laqgħat tal-Gruppi Familji Nsara matul is-sena 2008 huma fuq il-motto ta’ l-Arċisqof,  Mons. Pawlu Cremona, “Ħejju t-Triq għall-Mulej".

JANNAR sa APRIL 2008

MEJJU sa AWWISSU 2008

 

Jekk jinteressak li bhala koppja trid li tinghaqad ma’ dawn il-Gruppi, asal wasla sa’ l-Ufficcju Parrokkjali fil-hin ta’ l-Ufficcju kif hemm imnizzel fil-pagna principali u kellem lill-Arcipriet.

IL-FORMAZZJONI KATTOLIKA HIJA MEHTIEGA

Hajr u grazzi lis-Sur Joe Attard tal-Informazzjoni.


Ghidilna l-ideat tieghak !

LAST UPDATED 11-06-2008

aboutmalta.com


Hosted by www.Geocities.ws

1