PARROCCA SAN GORG MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 
QORMI - MALTA

 

Grufan

GRUPPI FAMILJI NSARA

RIFLESSJONIJIET min JANNAR sa APRIL 2008

L-ewwel laqgha tas-Sena 2008, il-gruppi hadu r-riflessjoni ghall-ewwel part meta qraw silta mill-Evangelju ta’ San Mark, Kap 6,  6-13. F’din is-silta, li biha bdejna sena gdida, il-grupp hass li lilhom ukoll il-Mulej Gesu' qed jaghmel din is-sejha sabiex huma wkoll imorru u jxandru l-bxara t-tajba. Il-membri r-riflettew li ‘jmorru’ mhux bilfors tfisser ‘titlaq kollox warajk u tmur’ izda nistghu wkoll nxandru l-Bxara t-Tajba bl-ghemil taghna, kemm bhala individwi u anke bhala koppji. Dan jista’ wkoll jintlahaq bil-familja shiha. Il-membri raw it-twissijiet li ta Kristu lil dawk li baghat, u l-fehma generali kienet li Kristu qed jghid li jekk verament irridu nxandru l-bxara t-tajba, it-tlellix tad-dinja m’ghandux jigi qabel Kristu. Il-grupp fehem ‘it-tkeccija ta’ l-ispirti’ huwa rigal minghand Alla, li permess ta’ bnedmin ikkonsagrati jerga jhabbeb mieghU l-midinbin. Din hija setgha li Alla tah u wiehed m’ghandux imur quddiem Kurcifiss u jitlob mahfra u dan jippretendi li rceviha. It-tfarfir tat-trab mis-saqajn, il-grupp qies li Gesu' jridna li waqt li naghmlu hilitna kollha sabiex inxandru l-Bxara t-Tajba, fejn il-messaggi jaqghu fuq widnejn torox dan m’ghandux jaqtalna qalbna izda nkomplu bil-hidma taghna ta’ dixxipli denji ta’ Kristu. Waqt li miraklu jibqa’ dik ix-xi haga straordinarja, hemm mirakli li ahna nistghu nesperjenzaw bhal infejqu l-glied fil-familji, inwissu persuna li jkunu qed jabbuzaw kontra l-istat taghhom, kontra d-dagha, infieq ta’ flus bl-addocc, dawn ukoll jissejhu mirakli.

Fit-tieni parti il-grupp qara Case Study dwar familja ‘tal-knisja’ li hajjithom dahlet f’maltempata qalila billi l-omm kellha marda serja. Il-membri kellhom jaraw kif f’kas bhal dan x’ghanda tkun ir-reazzjoni taghna. Il-mara fl-istorja hadita kontra Alla u kisret familja.

Fil-parti ta’ ARA osservajna li l-bniedem huwa holqien t’Alla u juri l-hiliet kollha waqt li jkun qed jikber. Kuntenti b’sahhitna u dejjem intejbu l-kapacitajiet taghna u nahsbu li dan qed naghmluh bil-kapacitajiet taghna biss.

Fil-parti ta’ QIS irriflettejna kemm ghandna ma ninsewx li Alla huwa l-qofol ta’ dan kollu izda ahna ftit naghtu kas. Nistghu wkoll nahsbu ghaliex ahna qed nghixu ta’ Nsara u forsi anke ‘tal-knisja’, ahna ma jista’ jigrilna xejn. U meta niltaqghu ma’ xi skoll f’sahhitna nibqghu ixxukkjati. Minkejja li Alla jitlob li ahna nkunu minn dawk li Hu stess jibaghat biex inxandru l-Bxara t-Tajba, din ma tfissirx li m’ghadx jasal iz-zmien, li Gesu' stess jurina permess ta’ gisimna stess, li hidmitna waslet fit-tmien.

Fil-parti ta’ AGHMEL il-membri raw kemm ghandna nroddu hajr lil Alla ta’ dak kollu li Hu jghamel bina u li dan ghandna naghmluh bil-qalb. Dan ghandu jservina ta’ nvestiment ghall-eternita’ li fiha nittamaw li Gesu' ghad jghidilna prosit u li konna denji tax-xoghol li Hu seta’ javdalna.

Fl-ahhar il-membri raw kif nistghu nkunu ta’ sapport ghal xulxin f’kull niket li jinqalalna f’din il-hajja, infahhru ’l Alla u dejjem disposti ghar-rieda Tieghu.      

 

Fi Frar, wara l-Talba tal-Bidu, il-grupp ghamel riflessjoni fuq zewg tixbihat tas-saltna t’Alla li naqraw mill-Evangelju ta’ San Luqa 13, 18-21. Il-grupp ra li s-saltna t’Alla hija l-hajja spiritwali li ghandna nghixu u nwasslu lil ohrajn. Kristu jridna li din is-saltna t’Alla, meta tkun fina, irridu nghadduha lil ohrajn, sabiex tikber bhal zerriegha zghira li meta tinzerha issir sigra kbira. Bhal ma l-ghasafar jingabru fis-sigra hekk ukoll fis-saltna t’Alla jingabru hafna ohrajn. Il-hajja spiritwali fina tista’ wkoll, bhal hmira li tgholli l-ghagina, tkabbar ukoll is-saltna t’Alla. Gie osservat kemm ikun ferhan in-nisrani meta hu jkun jew zerriegha jew hmira fis-saltna t’Alla. Osservajna xi premju jista’ jkollna jekk ahna fil-qadi taghna bhala nsara nkunu ta’ghajnuna ghall-ohrajn, specjalment fil-familja, fil-gruppi u anke fil-komunita’ stess.

Il-koppji mizzewgin jistghu wkoll jghixu l-intimita’ ta’ xulxin f’isem il-Mulej Gesu'.

Meta din l-intimita’ tkun ma’ Kristu jibdew iduqu l-genna u Kristu ma jitlaqhom qatt.

 Fil-case study qrajna storja ta’ zewg ahwa li kellhom karrieri differenti. Wiehed jahdem ghad-drittijiet civili u l-iehor avukat. Ta’ l-ewwel darba kellu bzonn lil tat-tieni u dan irrifjuta ghax haseb li ser ittelliflu l-pjanijiet politiċi tieghu. Ta’ l-ewwel irrimarka lil tat-tieni li ma kienx vera Kristjan, u kien biss jammira lil Gesu', izda mhux segwaci tieghu.

Fil-parti ta’ ARA rajna li fis-socjeta ghandna hafna li jammiraw lil Kristu izda mhux hafna huma s-segwaci Tieghu.

Fil-parti ta’ QIS irriflettejna kemm ghandna bzonn nuru aktar li ghalkemm tammira lil Kristu huwa tajjeb izda li segwi l-Kelma Tieghu hija dak li jrid minnha Hu stess. Ftakarna fil-kliem ta’ Gesu' li hafna jghiduli Mulej, Mulej izda ftit jidhlu fis-Saltna t’Alla. Dan ifisser li hafna huma l-ammiraturi ta’ Gesu' izda mhux daqstant iehor is-segwaci tieghu.

Fil-parti AGHMEL issemmew diversi ghemejjel li nistghu naghmlu, bhat-talb, karita’ mal-proxxmu, xhieda bil-kelma u bl-ghemil sabiex tkompli tikber u tissahhah is-saltna t’Alla.

Il-laqgha ntemmet bil-Talba ta’ l-Gheluq.

Fix-xahar ta’ Marzu, wara t-Talba tal-Bidu, ir-riflessjoni hadniha mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin 5, 16 – 26.

F’din is-silta, San Pawl jikteb dwar iz-zewg dimensjonijiet li hu maghmul il-bniedem, il-gisem u r-ruh. San Pawl jaf x’kienu l-Galatin qabel ma saru nsara. Kienu gejjin minn paganizmu ta’ passjonijiet bla riedni u l-hajja personali u socjali kienet ta’ spiss imharbta. Dawn, skond San Pawl kienu riflessi fil-gibdiet tal-gisem. Izda San Pawl, li kien ikkonvertihom ghall-Kristjanismu, qieghed ifissrilhom il-grazzji li hadu permess ta’ l-Ispirtu. Dawn, skond San Pawl kienu riflessi fir-ruh. San Pawl hawn qieghed idahhlilom ordni gdida li bir-raguni u bir-rieda ta’ Alla ghandhom jghixu l-fidi.

Il-fidi zzommna hielsa mill-ligi. Dan ridt iwassal San Pawl lill-Galatin u anke lilna l-insara ta’ kull zmien. Minghajr Fidi tghodd ghalina l-Liġi.

L-ghemejjel tal-gisem imsemmija minn San Pawl f’din is-silta, vv. 19 – 21, huma dawk li jassru lil bniedem. Il-Galatin, gejjin mill-paganizmu kellhom minn dawn kollha. Aħna llum ghandna wkoll minn dawn li jassruna wkoll taht il-Ligi.

Il-grupp osserva li l-grazzji li gabilna Kristu permess tal-Fidwa tas-Salib, taghmel lil minn jemmen, hieles mill-Ligi. Minn jghix kif tghidilna l-Kelma t’Alla, fi Kristu Gesu', huwa Liberu mill-jasar tad-dnub. L-ghemejjel taghna ghandom ikunu gejjin mill-Fidi f’Gesu' u l-kmandamenti Tieghu. L-ghemejjel taghna lejn Alla u lejn il-proxxmu jzommuni f’ordni libera. Liberi u bir-responsabiltajiet li jixirqu lilna bhala bnedmin.

Fl-Enciklika tieghu, il-Papa Benedittu XVI jikteb hekk ... dan qabel xejn jiddependi mill-fatt li l-bniedem huwa maghmul minn gisem u ruh. Il-Bniedem isib li hu tassew bniedem fih innifsu meta gismu u ruhu huma maghquda f’relazzjoni intima bejniethom ...(Para. 5).   

Fil-case study rajna l-irresponsabilta’ ta’ guvni lejn l-gharusa tieghu. Jista’ jkun li ahna wkoll ghandna diversi nuqqasijiet li jzommuna mjassrin ma’ xi haga.

Fil-parti ta’ ARA semmew id-diversi storbji u mbarazz li qeghdin itellfuna l-liberta f’hajjitna.

Fil-parti ta’ QIS gie diskuss x’nistghu naghmlu sabiex nehilsu minn dan l-irbit li jassarna. Dan nistghu naghmlu biss billi nersqu aktar bil-qalb lejn Gesu' u dak li ghandu x’jghidilna Hu.

Fil-parti ta’ AGHMLU rajna kif nistghu niehdu azzjoni u nfejqu kull attegjament negattiv f’hajjitna personali, fil-familja u fil-komunita.

Il-laqgha ntemmet bl-avvizi tal-Gruppi Familji Nsara u bit-Talba ta’ l-Gheluq.

Il-laqgha tal-grupp li saret f’April, l-ewwel parti tar-riflessjoni hadniha mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Galatin, Kap. 5 vers. 22. Il-grupp dehrlu li ghandu jzid mieghu ukoll vers 23. F’dawn iz-zewg versi qosra, San Pawl isemmi l-Frott ta’ l-Ispirtu.

Fil-bidu gie mfisser li dan il-Frott ta’ l-Ispirtu ahna nistghu ngawduhom ghaliex gejna mifdija bid-demm ta’ Gesù Kristu. Huwa permess tal-grazzji li jaghtina Kristu li ahna nistghu nghixu dawn l-esperjenzi li jsemmi San Pawl f’dawn il-versi.

Wara li qrajna dawn il-versi 3 darbiet, il-grupp beda r-riflessjoni fuqhom skond l-esperjenzi partikulari tal-membri. Bdejna fuq l-Imhabba li haditilna ftit hin sew. Hadna l-Imhabba ta’ Kristu bhala ezempju u l-grupp irrifletta kemm hi profonda, safejn tista’ twassal u kemm tista’ taghmel gid. Fil-familji, fejn hemm imhabba sinciera tibqa’ dejjem familja soda. Issemmew  il-familji fi krizi u tlabna sabiex terga s-saltan l-imhabba fosthom. Rajna wkoll il-hafna zaghzagh li llum qed jikbru f’ambjent nieqes mill-imhabba tal-genituri.

Komplejna fuq il-Ferh u s-Sliem u ghaqqadnihom ma’ dan li konna ghadna kemm irriflettejna fuq l-Imhabba. Kemm il-Ferh u anke s-Sliem nesperjenzawhom permess ta’ l-Imhabba.

Il-grupp ghadda wkoll ghal Hniena u Tjubija. Il-grupp qies li minn dak li ghandna l-ewwel ghandha tigi l-familja. Izda wkoll nistghu nghixu dawn il-virtujiet ma’ dawk li niltaqghu maghhom fil-hidmiet taghna.

Il-Fidi hadet lill-grupp hafna hin u bdejna nirriflettu kemm hawn nuqqas ta’ Fidi. L-ewwel issemma l-waqt tat-Tqarbin. Kemm qed issir riflessjoni minn dawk li jitqarbnu fuq il-prezenza tal-Mulej Gesù fihom? Qisna l-attendenza tal-quddies nhar ta’ Hadd. Rajna kif qed tidher il-fidi fl-ghaqdiet, fil-fratellanzi, fil-purcissjonijiet. Issemmew ukoll il-festi fl-irhula.

Fil-vers 23 hemm dwar il-Hlewwa u Razna. Il-grupp ra li aktar mill-hlewwa tezizti s-suppervja u l-korla. Ir-razna hija battalja kontinwa ghaliex kull fejn iddawwar harstek trid teghleb kull tentazzjoni.

Il-grupp ra li aktar ma nghixu l-Kristu, u dan imsallab, aktar nkunu nistghu nesperjenzaw id-Dawl Tieghu u nkunu Dawl kemm fil-familji taghna u wkoll fl-ambjent ta’ madwarna.

Il-membri rriflettew li fl-ghazliet li naghmlu f’kull cirkostanzi fil-hajja ghandhom juru fina dak id-Dawl ta’ Kristu li jiddi fina sabiex idawwal lil min hu fid-Dlam.

Fil-ftit hin li kien fadal ghat-Tieni Parti, il-grupp qara case study ta’ koppja, li wara li rabbew tifla sew, din meta kibret bdiet tohloq tbatijiet bla bzonn ghal genituri taghha. Huma kienu jitlewmu ta’ spiss dwara u ntilfet dik l-hena u l-armonija li kien hemm bejniethom. Wara perjodu kemxejn twil f’din l-esperjza ta’ dulur, il-genituri gharfu li jkun jaqbel ghalihom u ghaz-zwieg taghhom li jhallu lil binthom tghix kif trid u weghduha li jitolbu ghaliha sabiex hi stess ghad tinduna b’dan l-ghajb li gabet f’darhom li hija darha wkoll.

Il-grupp Ra kemm hawn cirkostanzi fil-hajja, li trabbi kemm trabbi tajjeb, l-ulied dejjem huma fil-periklu. Donnu li d-Dlam tad-dinja qed jidher rebbieh juq id-Dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Il-grupp Qis li minkejja li nistghu u ghandna hafna minn fejn niehdu formazzjoni nisranija, qed insibu diffikultajiet kbar sabiex nghixu dak li naqraw.

Il-membri tal-grupp lesti li Juru li bil-kalma u b’fidi shiha fil-Mulej Gesù nuru d-Dawl li gabilna Hu. Bhal ma jghid San Frangisk fit-talba sabiha tieghu, “fejn hemm id-Dlam, hallina nkebbsu d-Dawl. Dan jista’ jsir jekk nibqghu nzommu l-Kristu haga wahda fil-familji taghna.

Il-laqgha ntemmet bit-Talba ta’ l-ahhar u b’talb individwali iehor.

Din il-laqgha hadet aktar hin mis-soltu.


Hajr lis-Sur Joe Attard tal-Informazzjoni.

LAST UPDATED 12-05-2008

aboutmalta.com


Hosted by www.Geocities.ws

1