![]() |
PARROCCA SAN GORG MARTRI |
|
| ST. GEORGE'S PARISH CHURCH |
||
| QORMI
- MALTA |
GRUPPI FAMILJI NSARA
RIFLESSJONIJIET MEJJU u GUNJU 2008
Il-laqgha tal-grupp li saret f’Mejju, l-ewwel parti tar-riflessjoni hadniha mill-Evangelju ta’ San Mattew, Kap. 21: vers. 21 – 32. L-enfasi ta’ dan il-qari, il-grupp rah, li Alla jistenna minnha li kliemna u r-rieda taghna isiru realta ghall-hajjitna.
Il-grupp beda r-riflessjoni fuq it-twegiba u l-ghemil taz-zewg ahwa li f’din il-parabbola Gesu' qal lil-Lhud sabiex jurihom li mhux x’jinghad mill-bniedem l-aktar li jghodd izda li jaghmel. Il-membri raw kif l-ghemejjel taghna ma jkunx dejjem jaqblu ma’ dak li nghidu. Gie osservat li Gesu' qal li sigra tingharaf mill-frott taghha, jigifieri minn dak li tipproduci. Hafna membri fl-ghaqdiet, inkluz il-Gruppi Familji Nsara, minkejja l-hin li jaghmlu f’adorazzjoni, f’laqghat ta’ talb, f’laqghat ta’ formazzjoni qieshom bhal l-iben tal-parabbola, li jghid lill-missieru, “iva, ser immur,” u ma jmur xejn. Waqt li persuni ohra, bhal l-iben l-iehor tal-parabbola li qal lill-missieru, “ le, izda mar”, li ftit tarahom f’ghaqdiet religjuzi, huma ferm aktar generuzi u ferm aktar huma ta’ ghajnuna lejn il-proxxmu taghhom.
Gesu' qed jghidilna li ta’ l-ahhar jidhlu fis-saltna qabel ta’ l-ewwel.
Gie osservat ukoll li kull laqgha, minn diversi gruppi tal-knisja, ghandha tkun ta’ formazzjoni li dejjem tqarribna lejn Alla, ghaliex f’laqghat bhal dawn hija l-Kelma t’Alla, f’Gesu' Kristu, li nkunu qeghdin nirriflettu dwarha.
Il-grupp ikkonkluda li dak li Alla jrid minnha huwa li dak li nesperjenzaw f’kull laqgha f’kull xahar, ahna bhala membri tal-Gruppi Familji Nsara, nuruh fl-ghemejjel taghna, fil-familji, mal-girien, fil-komunita’, fuq ix-xoghol, ecc. Dan barra l-Ewkaristija kull nhar ta’ Hadd u wkoll anke kuljum u talb iehor matul il-jum. Din l-esperjenza, Gesu' jridna nuruha f’ghemilna. B’hekk inkunu, bhal l-iben, li Gesu' ma semmiex f’din il-parabbola, jigifieri li lil Alla nghidulu li, “iva, immorru fl-ghalqa tieghek u vera mmorru”.
Din il-parabbola, Gesu' wzah, sabiex juri lill-mejjejja tal-Lhud li minkejja li huma kienu jissejhu l-poplu t’Alla, u kellhom it-taghrif dwar il-Messija, lil Gesu' kienu qed jiddubitaw serjament jekk Gesu' kienx gej minn Alla.
Fit-Tieni Parti, il-grupp qies, li Alla, misterjozament ikun irid minnha xi haga specjali meta jdewwaqni xi morr f’hajjitna. Huwa mod kif il-fidi taghna tghaddi minn provi iebsin. Ghalhekk huwa mportanti li nizviluppaw attitudni tajbin lejn dawn il-hafna tbatijiet li jista’ Alla jghaddina minnhom. Il-grupp osserva li t-tbatija hija realta ta’ hajjitna. M’ihiex kastig u l-anqas minn rajna nfittxu t-tbatija bhala xi valur fiha nfisha. It-tbatija ghandna nehilsu minnha u nitolbu l-Alla jghina naghmlu dan. Rajna wkoll li hawn hafna li qeghdin ibatu u ahna ghandna nkunu sensittivi dwarhom.
Il-grupp Ra kemm hawn persuni li qed joffru t-tbatija taghhom lil Alla u qed juru fiducja fiH u f’ghemilhom qed ikunu ezempju ghal ta’ madwarhom. Gie osservat ukoll li persuna li jitolbu spiss, meta jghaddu mill-esperjenza tat-tbatija, ikunu inkejjuzi, ta’ tfixkil, u joholqu tbatija li dawk li jduru bihom.
Fil-grupp Tqiset l-istorja ta’ Job li minkejja kemm kien qieghed ibatu u l-hafna tfixkil minn ta’ madwaru baqa’ sottomes lejn Alla. Il-membri raw kemm inkunu ta’ gid ma’ minn ikun qed ibatu jekk naghtuh l-ghajnuna f’waqtha.
Fid-dinja hawn hafna tbatijiet mahluqa mill-bniedem ghal bniedem. F’dawn ic-cirkostanzi ghandna nkunu xhieda ta’ Kristu, ghaliex mhux Alla jkun li qieghed igib din it-tbatija. Huwa jekk nersqu lejn Kristu li nkunu nistghu nehilsu minn dawn it-tbatijiet.
Il-membri tal-grupp temmew dan l-impenn tax-xahar ta’ Mejju billi talbu ghall-persuna li jafu li kienu qed jesperjenzaw xi tip ta’ tbatija u raw kif jistghu jkunu ta’ aktar ghajnuna ghal persuni li huma jew jistghu l-quddiem ikunu qed isofru.
Gie osservat li wara li Bata’, Sidna Gesu' Kristu, ghadda ghall-Glorja.
Il-laqgha tal-grupp li saret f’Gunju, l-Ewwel Parti tar-riflessjoni hadniha mill-Evangelju ta’ San Gwann, Kap. 6: vers. 41 – 59. Il-grupp gie mitlub, li waqt il-qari li ghandu jsir bil-mod, nirriflettu fuq kull vers li qed jghidilna Gesu' dwaru bhala l-Hobz tal-Hajja. Il-grupp ftakar li f’Gunju niccelebraw zewg festi solenni fil-Kalendarju Liturgiku, dawk tal-Corpus Christi u tal-Qalb ta’ Gesu', li jmorru ezatt ma’ dan il-Qari. Ta’ min isemmi li waqt il-laqghat tal-Gruppi Familji Nsara, kull koppja jkollha l-Bibbja, ghalhekk waqt li persuna taqra, l-kumplament tal-membri, mhux biss jisimghu, izda jimxu wkoll mal-qari. Skiet irrenja wara li nqraw dawn il-versi. L-ewwel reazzjoni tal-membri huwa li dan il-kliem ghal min jisimghu huwa kliem iebes. Gie osservat li jekk xi persuna tghidilna xi haga stramba llum jekk ahna nemmnuhx mill-ewwel. Intqal ukoll li dan huwa kliem iebes ghal-lum, ghaliex hafna ghadhom ma jemmnuhx li Gesu' huwa l-Hobz tal-Hajja, jigifieri qieghed fil-Hobza Ewkaristika. Intqal ukoll li lil-Lhud ma tghatihomx tort, li ma emmnux u hafna hallewh.
Mir-riflessjoni hareg li l-Kapitlu 6 ta’ dan l-Evangelju jibda’ billi jghidilna meta kien qed jigri dan kollu, jigifieri qrib il-Festa ta’ l-Ghid, jew kif kienet mgharufha b’isem iehor bhala l-Festa ta’ Azzmi (hobz minghajr hmira, li kienu jiklu bhala tifkira tal-helsien mill-Egittu). Kienet ukoll tfakkar il-hobz li nizel mis-sema, bhala l-Manna, li missirijiethom kielu fid-dezert. Gesu' kien ghadu kif tema’ 5000 ragel b’hames hobziet u zewg hutiet. Il-poplu kien ghadu jesperjenza miraklu hekk kbir fiz-zmien ta’ din it-tifkira. Gesu' kien canfar lil Lhud li ma kienx Mose' li tahom il-Manna, imma kien Missieru li tahom il-Manna. Il-Lhud kienu kuntenti bil-hobz li jsostni l-gisem izda ma gharfux il-Hobz li jsostni r-Ruh.
Fir-riflessjoni ntqal ukoll li dan il-poplu kellu, fit-Testment il-Qadim, hafna ghegubijiet kbar li ghamel maghhom Alla. Kellu wkoll il-profeziji kollha dwar il-Messija u x’kellu jaghmel. Izda dan il-poplu ghazel li jkollu salvatur xi sultan kbir bhal David li kien ser jehlishom mill-iskjavitu u jkunu qawwa li huma jkunu l-aqwa fid-dinja.
Il-grupp kompla josserva kemm il-darba Gesu' jistqarr li hu l-Hobz tal-Hajja li nizel mis-Sema. Il-grupp ra, aktar il-quddiem fil-Qari, li Gesu', sahansitra jghid lill-appostli jekk iridux jitilqu huma wkoll. Ir-riflettejna fuq l-istqarrija ta’ Xmun Pietru, u ahna ukoll stqarrejna li nemmnu li Gesu' huwa l-Hobz li nizel mis-Sema u dan ingawduh fit-Tqarbin.
Hawnhekk isemmew xi Mirakli tal-Ewkaristija fosthom il-Miraklu ta’ Lanciano, kif parti tal-Qalb u parti mid-Demm ta’ Gesu' huma dejjem prezenti f’din il-Knisja f’Lanciano. Issemma wkoll kaz fejn sacerdot tefgha l-Ostja fil-brevjar u mar iqarben wiehed maribond u kif fetah il-brevjar sab il-folji mcappsin bid-Demm. Kaz iehor meta wara li tqarbnet hbit l-Ostja f’kaxxa u qeghditha f’nofs ghalqa u l-bhejjem tal-ghalqa qatt ma riedu jghaddu minn hemm minkejja s-swat ta’ sidhom. Xi whud fil-grupp qatt ma kienu semghu li jezistu l-Mirakli tal-Ewkaristija.
Fit-Tieni Parti, il-grupp qara silta mill-Enciklika tal-Papa Gwanni Pawlu II dwar 'ECCLESIA DE EUCHARISTIA' fejn il-qofol tghid li l-knisja hija sostnuta mill-Ewkaristija. Intqal dan il-vers interessanti 'li ahna mmorru l-Quddies mhux ghaliex ahna Kattolici imma ahna Kattolici ghaliex immorru l-Quddies.’ It-tifsira tal-kelma LITURGIJA, li tfisser GHEMIL IL-GEMGHA, intqal li m’hemmx zewg tipi ta’ LITURGIJA, wahda fis-sema u wahda fl-art, izda LITURGIJA wahda. Tas-Sema u ta’ l-Art LITURGIJA WAHDA. Kemm l-angli u anke l-bnedmin jintlew f’ferh kbir li nisplodu f’tifhir lil Alla.
Il-Grupp Ra li ghandna nkunu konxji ta’ dan is-Sagrament ta’ l-ghageb.
Il-grupp Qies, jekk hux dejjem konna sensittivi fl-ispiritwalita’ ta’ dan il-mument u jekk konniex dejjem dejni ta’ l-Ewkaristija kuljum.
Il-grupp rah kif ghandna nghaddu lill-uliedna l-ferh ta’ dan il-mument Ewkaristiku billi l-ewwel irridu nghaddu lill-uliedna lil Kristu, kif inhu fl-Evangelju. Issemma l-ktieb tal-Papa Benedittu XVI, Gesu' ta’ Nazaret, bhala ta’ ghajnuna kbira.
Il-membri tal-grupp temmew dan l-impenn tax-xahar ta’ Gunju billi jkomplu jaghmlu aktar talb u jfittxu aktar dwar dan il-Misteru Ewkarisiku u jaghmlu dak kollu li jistghu li jressqu lil dawk li ma jersqux lejn il-quddies.
Li kieku nifhmu l-Quddiesa zgur li niehdu sehem fiha.
Hajr lis-Sur Joe Attard tal-Informazzjoni.
Please email for support
LAST UPDATED 20-06-2008