PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI
-  QORMI - MALTA  -

FESTA TAL-MADONNA TAR-RUŻARJU

Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju - 1601



MINN ĠORĠ BORG
Segretarju tal-Fratellanza


(c) Ritratt Borg Ġorġ

Taħt il-ħarsien tiegħek aħna ninġabru,
Omm Qaddisa t'Alla,
la tistmerx it-talb tagħna fi ħtiġijietna,
imma ħanina ilqagħna u ismagħna.
Hekk Ikun.

O Marija, Inti Ommi u jiena ibnek
Ħarisni,
għinni u salvani.
Hekk Ikun.


IR-RUŻARJU MQADDES

L-BIDU

Alla tagħna, isma’ t-talb tagħna, ehles għinna u ieqaf magħna.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem. Amen.

Marija Santissima, urina li inti ommna, għalik jisma’ t-talb tagħna; Ġesu’ twieled għalina, ried ikun ibnek bħalna. O Ġesu’ tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta’ l-infern; hu l-Ġenna l-Erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.

IS-SALVE REGINA

Sliema għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati wlied Eva, lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolqfu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena.

Urina, wara dan it-turufnament lil Ġesu’ frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

(Itlob għalina Omm Alla, biex ikun jistħoqqilna dak li wegħidna Kristu).

Skond il-fehma tal-Papa: Missierna, Sliema, Glorja.

Għall-Erwieħ tal-Purgatorju: Missierna  Sliema.
Agħtihom, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .... jistrieħu fil-paċi . . .  x3

Verġni pura qabel it-Twelid: Sliema

Verġni pura fi Twelid: Sliema

Verġni pura wara t-Twelid: Sliema . . . Glorja x3
 
 

IT-TALBA TAT-TMIEM

O Alla, int li ridt, mat-tħabbira ta’ l-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Amen.

(fi zmien il-GHID)

O Alla, li bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, nitolbuk, li b’Ommu Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bl-istess Kristu Sidna. Amen.


IL-MISTERI TAL-FERĦ
Jingħadu nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Sibt

1.  Meta l-Anġlu Gabijel ħabbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla.

2.  Meta Sidtna Marija marret iżżur lil qariba Tagħha Santa Eliżabetta.

3.  Meta Sidna Ġesu’ Kristu twieled fil-għar ta’ Betlem.

4.  Meta Sidtna Marija ppreżentat lil Binha Ġesu’ fit-tempju.

5.  Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Ġesu’ u wara tlitt ijiem sabitu jiddisputa mad-dutturi.

IL-MISTERI TAD-DAWL
Jinghad nhar ta’ Hamis

1. Meta s-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu tgħammed fix-xmara tal-Ġordan.

2. Meta s-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu wera min hu fit-Tieġ ta’ Kana.

3. Meta s-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu ħabbar s-Saltna ta’ Alla u sejjaħ għal indiema.

4. Meta s-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.

5. Meta s-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu waqqaf l-Ewkaristija, t-tifkira tal-Misteru ta' l-Għid.

IL-MISTERI TAT-TBATIJA
Jingħadu nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa

1.  Meta Sidna Ġesu’ Kristu għamel l-orazzjoni f’ort u għereq għaraq tad-demm.

2.  Meta ’l Sidna Ġesu’ Kristu rabtuh mal-kolonna w  iffragellawh.

3.  Meta ’l Sidna Ġesu’ Kristu nkurunawh bix-xewk.

4.  Meta ’l Sidna Ġesu’ Kristu għabbewh bis-salib u tela’ l-Kalvarju.

5.  Meta ’l Sidna Ġesu’ Kristu ssallbuh fuq is-salib u wara tlett siegħat ta’ agunija miet.

IL-MISTERI TAL-GLORJA
Jingħadu nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd

1.  Meta Sidna Ġesu’ Kristu qam minn bejn l-imwiet.

2.  Meta Sidna Ġesu’ Kristu tela’ s-sema.

3.  Meta Sidna Ġesu’ Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.

4.  Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ w l-ġisem.

5.  Meta Marija Santissma ġiet inkurunata mit-Trinita’ Mqaddsa w mgħollija fuq il-kori kollha ta’ l-Anġli.



LITANIJA TAL-MADONNA

Mulej,  ħniena,
Kristu, ħniena,
Mulej,  ħniena,
Kristu, ismagħna,
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna,
Missier Etern Alla,
Iben Alla, li fdejt id-dinja,
Spirtu Mqaddes, Alla,
Trinita Mqaddsa, Alla wieħed,
Imqaddsa Marija,
Imqaddsa Omm Alla,
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet,
Omm ta’ Kristu,
Omm tal-Knisja,
Omm tal-grazzja t’Alla,
Omm l-iżjed safja,
Omm l-iżjed nadifa,
Omm u xebba,
Omm bla tebgħa,
Omm li tistħoqq l-imħabba,
Omm tal-għaġeb,
Omm tal-parir it-tajjeb,
Omm ta’ min ħalaqna,
Omm ta’ min salvana,
Xebba kollok għaqal,
Xebba li tistħoqq kull qima,
Xebba li tistħoqq kull foħrija,
Xebba kollok setgħa,
Xebba kollok ħniena,
Xebba dejjem marbuta ma’ Alla
Mera tal-qdusija,
Tron tal-għerf,
Bidu tal-ferh tagħna,
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu,

Mulej,  ħniena,
Kristu, ħniena,
Mulej,  ħniena,
Kristu, ismagħna,
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna,
henn Għalina
"
"
"
Itlob Għalina
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"

Għamara ta’ kull grazzja,
Għamara ta’ kull tjieba, 
Warda mistika,
Torri ta’ David,
Torri ta’ l-avorju,
Dar tad-deheb,
Arka tar-rabta l-ġdida,
Bieb tas-sema,
Kewkba ta’ fil-ghodu,
Sahha tal-morda,
Kenn tal-midinbin,
Faraġ ta’ l-imnikktin,
Ghajnuna ta’ l-insara,
Sultana ta’ l-Anġli,
Sultana tal-Patrijarki,
Sultana tal-Profeti,
Sultana ta’ l-Appostli,
Sultana tal-Martri,
Sultana tal-Konfessuri,
Sultana tal-Verġni,
Sultana tal-Qaddisin kollha,
Sultana mnissla mingħajr tebgħa,
Sultana mtellgħa s-sema,
Sultana tar-Rużarju Mqaddes,
Sultana tal-familja,
Sultana tal-paci,

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,

Haruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,

Itlob Għalina
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"
"

Aħfrilna nitolbuk, Mulej
 

Ismagħna, nitolbuk Mulej.

Henn għalina.
 


SUPPLIKA TAL-MADONNA TA' POMPEI

‘8 Maggio’

O Sultana Kbira tal-Paċi, O Verġni Mbierka Sultana tas-Sema u ta' l-art, għall-Isem Tiegħek jifirħu l-anġli u l-qaddisin u jitriegħed l-ispirtu tal-ħażen; O Sultana Mbierka tar-Rużarju Mqaddes, Inti għażiltna fost uliedek biex tinxtered id-devozzjoni lejk minn Pompei; aħna ninxteħtu quddiemek f'dan il-jum ta' festa. F'dan il-jum bdew ir-rebħiet tiegħek fuq l-istess art li qabel kienet mimlija b'tempji pagani; bid-dmugħ f'għajnejna nistqarrulek li nħobbuk: aħna foqra nafdaw fik.

O Marija, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena, lejn il-familji tagħna, lejn pajjiżna u lejn id-dinja kollha; ħares lejn il-Knisja; ikollok ħniena minna fid-dwejjaq tagħna u fin-niket ta' ħajjitna.

Ommna Marija, itlob għalina quddiem Ibnek, u irbaħ lejk bil-ħniena l-qlub tal-midinbin. Huma ħutna għeżież. huma uliedek; għalihom ukoll Ġesu' xerred demmu; qegħdin inikktulek il-qalb tiegħek bla tebgħa. Urina li inti s-Sultana tal-paċi u l-Omm tal-ħniena.

Sliem għalik, Marija.

Nistqarru, O Marija, li aħna wliedek, qegħdin insallbu f'qalbna lil Ibnek Ġesu' bi dnubietna u ninfdu lil qalbek bis-sejf ta' dnubna.

Nistqarru wkoll li aħna jistħoqqilna l-kastig. Iżda ftakar, O Marija, li fuq lqajt l-aħħar xewqat tiegħu x'ħin kien qiegħed imut li bihom għażlek biex tkun Ommna, Omm il-midimbin.

O Omm l-aktar twajba, ikollok ħniena minna, minn ruħna, mill-familja tagħna, minn qrabatna, mill-mejtin tagħna, mill-egħdewwa tagħna, minn ħafna li għalkemm isejħu lilhom infushom insara, qegħdin joffendu l-Qalb Imqaddsa ta' Ibnek. Nitolbuk ħenn għall-ġnus li tbegħdu mit-triq it-tajba, għall-Ewropa u għad-dinja kollha biex terġa' lura niedma lejn Qalbek.
Ikollok ħniena minn kulħadd, Omm tal-ħniena.

Sliem għalik, Marija.

O Marija, jistħoqqilna illi tidħol għalina ~ Ġesu' poġġa f'idejk il-kobor tal-grazzji kollha tiegħu u tal-ħniena tiegħu. Marija nkurunata, inti illi qiegħda fuq il-lemin ta' Ibnek u ssaltan ma' Ibnek fuq is-smewwiet kollha; lilek l-art kollha u l-ħolqien kollu jqimu. Inti illi bil-grazzja tista' tgħinna. U jekk inti ma jistħoqqilniex il-ħarsien tiegħek, il-qalb tiegħek ta' Omm ma tħallix illi tara 'l uliedha mitlufa. Il-Bambin Ġesu' illi naraw fuq ħoġrok u l-Kuruna tar-Rużarju illi naraw f'idejk jimlewna bil-fiduċja. U aħna nafdaw ruħna kollha fik; nintelqu fi ħdanek bħalma jagħmlu t-tfal dgħajfa int illi int l-aktar ħelwa u għalhekk nistennew ħerqana l-grazzji tiegħek.

Amen


 

NITOLBU L-BARKA TA' MARIJA

O Regina, nitolbuk l-aħħar grazzja illi inti f'din il-ġurnata l-aktar solenni ma tiċħadilniex. Agħti lilna lkoll l-imħabba tiegħek li ma tispiċċa qatt u b'mod speċjali l-barka ta' Omm.

Aħna mhux se nitilquk sakemm tberikna. Bierek, O Marija, f'dan il-mument il-Qdusija tiegħu l-Papa. Mar-rebħiet kbar tar-Rużarju agħti r-rebħa lir-Reliġion u l-paċi lis-soċjeta. Bierek lill-isqfijiet kollha tagħna, u lill qassisin. Bierek ukoll lil dawk kollha li jħeġġu d-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes.

O Rużarju Mqaddes ta' Marija, katina ħelwa li tgħaqqadna ma' Alla, rabta ta' mħabba li tgħaqqadna ma' l-Anġli.

Torri tas-salvazzjoni minn kull ħażen, Port żgur fit-taqlib tal-ħajja tagħna, aħna ma nitilqukx.

Inti illi tkun il-konfort tagħna fl-aħħar ħinijiet ta' ħajjietna u għalik nerfgħu l-aħħar bewsa ta' mħabba tagħna.

U l-aħħar ċaqliq ta' xofftejna jkun it-tifħir ta' ismek, O Reġina tar-Rużarju Mqaddes, O Ommna kollok imħabba, O Ommna tal-ħniena u faraġ ta' l-imnikktin.

Infaħħruk għal dejjem.

Amen.


E-mail:   [email protected]

 

 

Bil-Għajnuna tagħkom aħna nistgħu naħdmu aktar
Jekk jgħoġbok iktbilna u għidilna s-suġġerimenti tiegħek
GRAZZI

                                                                           Updatjata  14 ta’ Frar 2009

Hosted by www.Geocities.ws

1