![]() |
|
Taghrif
| Patrick J. Sammut twieled fl-1968 u ghex il-Hamrun ghal 33 sena.
Studja kemm fi skejjel privati u tal-Gvern. Fl-Universita' ta' Malta
ggradwa fil-Malti u fit-Taljan. Studja wkoll ghal sentejn fl-Universita'
ta' Firenze l-letteratura Taljana u l-kritika letterarja. Illum ghalliem
tal-Malti u tat-Taljan fil-Kullegg ta' De La Salle, Sitt Klassi fil-Kottonera.
Huwa l-PRO ta' l-Ghaqda Poeti Maltin li torganizza lejliet ta' poezija ghal kull min hu interessat jaqra xoghlijietu b'kull ilsien; konkors tal-poezija kull sena, f'Settembru; tippubblika rivista ufficjali bl-isem ta' VERSI. Kull min hu interessat isir membru ta' l-Ghaqda jew jabbona ghar-rivista jistga' jikteb fuq l-indirizz elettroniku: [email protected] L-ewwel pubblikazzjonijiet tieghu kienu ta' xejra kritika letterarja fl-1993. Dehru fuq Saghtar u Analizi, magazin li kien johrog regolarment immirat ghall-istudenti ta' l-ilsien u l-letteratura Maltija fis-Sitt Klassi. Fl-1996 beda jikteb l-ewwel versi tieghu. Selmun kienet wahda
mill-ewwel poeziji li kiteb. Minn dak iz-zmien dehru bosta versi
fuq il-pagna letterarja ta' Charles Flores, flimkien ma' dak li Gorg Peresso
isejhilhom novella saggio. Xi versi ohra dehru fuq il-pagna letterarja
ta' Norbert Bugeja, xi gabriet poetici b'inizzjattiva tal-grupp Inizjamed,
u ohrajn f'antologija ta' l-Ghaqda Poeti Maltin.
|