• Information
  • Interview
  • Poetry
  • Maltese
  • Italian
  • English
  • Prose
  • Authors
  • New Writers
  • Social Articles
  • Photo Gallery
  • Contact Email

  •  
    TAQLIBA 

    Minn barra r-rih ihabbat b’rabja
    jonfoh u jisbroffa, u fi glieda
    jipprova jxejjen il-bieb-ostaklu
    u jidhol f’dil-kamra-gagga.

    Hawn gewwa jien
    mistrieh u mimdud
    b’toqol qalbi jhabbat
    mal-hitan ta’ sidri.
    Toqol qalbi f’tilwima
    jrid johrog
    bla ma jista’.

    Bejn zewg irwiefen ninsab jien!

    Jien gagga tad-demm u l-laham
    maqfula bejn hitan geblija.
    Ghajnejja ccassati jiffissaw
    ix-xejn materjali
    ta’ madwari.

    Jien tempesta ta’ rabja u riefnu gewwiena!

    Tifkirieti tas-sighat imghoddija
    bla lgim
    ihabbtu mal-hitan ta’ mohhi
    ghadhom shah, mastizz
    bla ma nista’
    ‘nfarrakhom bicciet
    inbarrihom.

    Ghalxejn. . . 
    tifkirieti gebliet zonqrija
    jithabtu gewwa hsiebi
    u ma’ kull tahbita
    jizdied it-toqol fuq
    qalbi ferita.
    -----------
    FJAMMA

    Nghaddi waqtiet twal
    niccassa lejk
    ja fjamma.
    Int qatt m’int l-istess.
    Minnek tikwi l-hajja
    hemm biswiti qammiesa u dehbiena
    fuq tieghek, titharrek u ccaqcaq
    mad-daqqa tat-tango
    dellijietek zeffiena
    f’atmosfera ta’ kjaroskur.

    Ja fjamma
    int bhall-imhabba
    id-dokra tehtieg ta’ min hsiebek jiehu
    bis-sabar jitimghek il-hatab.
    Bhall-imhabba tferrah
    bis-shana
    u tpaxxi l-qalb
    ukoll ta’ min wahdu jinsab
    sakemm tixghel qabbieza.
    U intant
    jizloq iz-zmien bla ma ninduna.

    Ja fjamma
    int bhall-imhabba
    toqmos u tissielet bis-sahha
    biex bhal donnok tinqata’ mill-art.
    Int bhall-imhabba
    tnaqqas u zzid fis-sahha
    biex sa l-ahhar nifs
    tikbes tibqa’
    u sighat twal tibdilhom
    f’waqt wiehed ta’ serhan.

    --------
    F’GHAJN HADID

    Sa fl-ahhar hawn fis-sikta
    ‘il boghod mill-ghagha
    bilqieghda fil-quccata 
    jien u Selmun.

    Regghet ghalija c-cafcifa
    hemm isfel fil-qiegh
    regghet id-dehra ta’ l-ilmijiet trasparenti
    jizolqu dejjiema fuq caghkiet lixxi lixxi.
    Fil-boghod, bejni u x-xefaq
    il-mixja grazzjuza ta’ qlugh bajdani
    jinhabb mar-rima tal-mewg.

    Immelles minn fewga hafifa u habiba
    imfissed mis-shana ta’ xemx ser tistrieh
    imdawwar minn dinja primordjali
    nisthajjilni l-ewwel u l-ahhar bniedem
    hawn fil-quccata
    bla ebda rimors ghal dawk
    li warajja hallejt.

    Jghaddi gewwa mohhi
    hsieb ckejkuni frott il-frugha. . . 
    Ha nibqa’ hawn ghal dejjem
    u nsir bicca minn dal-blat
    li jizzerzaq zurziqa mal-mixja taz-zmien.
    Ha nsir haxixa minn dax-xaghri
    mizghud saghtar u kappar.
    Ha jiehu gismi l-lewn hamrani tas-silla,
    tal-hamrija, tal-gebla Maltija
    mahruqa bix-xemx.
    Halliha harsti cassa f’dan l-ispettaklu
    titwahhad ma’ qiegh il-bajja
    li tkangi f’mitt ahdar.
    Ha nsir traba wahdanija minn din art twelidi
    u nbati l-frott ta’ mitt elf tradiment
    u nilqa’ bis-sabar fuq sidri
    il-passi tal-bniedem qerriedi
    il-harsa mahmuga tal-bniedem nejjieki
    id-dbabar taz-zebgha li jwissu
    li l-imkien privat, tidholx, riservat
    il-laned imsadda mqieghda filliera. . . 
    Ha nbati fis-skiet bla ma nghajjat
    l-elf girfa tar-roti fuq tafal vergni
    li jghaffgu u jkissru kuljum
    bla ma nista’ naghmel xejn!

    Il-kolpi ta’ senter tal-hamsa qajmuni
    u hesrem siktet l-ghanja mistura fl-irdum
    u d-diwi ghal hamsin darba nfirex fil-ftuh
    ta’ mkejjen bla mittiefsa.
    Gejt f’tieghi

    u warajja hallejt il-frughat
    u tbaxxejt, bhalma tbaxxiet rasi,
    bzajt li nintlaqat
    firt bil-misthija
    u rajt lil Pawlu bbalzmat fuq il-Gzejjer
    ifakkarna li ahna nsara ta’ l-isem.
    Twemminu sar biss dell li bhall-hanex
    jitkaxkar ma’ l-art.
    Demmi far bir-rabja
    u ghal waqtiet
    ridt inkun l-allat ihirsa
    u neqred minn wicc l-art
    lil min kull waqt ikasbarha
    u kull jum gerha gdida jifthilha.

    Harsti marret ’il boghod
    lil hinn mill-Ahrax
    qabzet il-Fliegu
    firxet lil hinn minn Kemmuna
    lil hinn minn Ghawdex
    u bhal donnha lemhet il-jum imbieghed
    meta l-bniedem iqum telliefi
    u ommna n-Natura tqum rebbieha.

    -------------

    RASSENJAZZJONI TA' KURAGG

    Mghawweg hotbi niffissa sriebet ta’ kliem
    li wara star ta’ shab jitilfu kull sens
    jintilfu, jitbieghdu, jisfukaw.

    Wara dahri t-tgedwid kwotidjan
    t’elf ruzarju. . . 
    nistaqsi: x’sens hemm
    f’dil-litanija-monotonija?

    Hsieb wahdieni jirritani emikranja:
    il-bniedem l-ilma ta’ nixxiegha 
    f’bidla kontinwa
    qatt m’hu l-istess
    xejn hlief barrani perikoluz
    bomba ma tafx meta s-siegha taghha
    xabla ta’ Damokli thedded kull waqt.

    Bejn il-waqtiet qsajra ta’
    ferh u mhabba
    illuzorji
    tidwi b’sahhitha d-dahqa qahbija taz-zmien.
    Bil-mod jikolna
    jnaqqarna bil-lajma,
    tieghu r-rebha ahharija. . .
    u fit-telfa-tmiem taghna
    tbissima-mistrieh.
    ----------
    DAHSHOUR

    Smajtu r-rih jonfoh u jinghi
    u x-xemx kwiet fuq gildi dezert.

    Rajtu r-ramel ipassi passi ta’ nemla
    smajtu jqarmec taht kull pass li tajt. . . 
    rajt id-duni ramlija li jghattu bliet shah.

    Waqaft ghall-kenn tad-dell piramidali
    harsti hafifa merhet ’il fuq,
    u wara, biswiti harist,
    ‘il boghod lejn xefaq dehbien.
    Ghal waqt intlift u harsti ghajjiena
    waqghet ma’ l-art.
    Mill-gdid ilmaht ir-ramel
    u fhimt minnufih
    li l-bniedem zrara mikroskopika. . . 
    quddiemu - enormi, misterjuza, dejjiema -
    il-piramida-alla.

    Mad-dawra gebliet imlewna,
    eluf minnhom,
    jew lixxi mahduma mir-ramel 
    t’elf sena,
    jew opri ta’ l-arti, minquxa, 
    skulturi naif.

     


    ...bejn zewg irwiefen ninsab jien...

























    flame
    Ja fjamma, int bhall-imhabba , toqmos u tissielet bis-sahha ...

























    Ghajn Hadid
    Ha nibqa’ hawn ghal dejjem, u nsir bicca minn dal-blat
    li jizzerzaq zurziqa mal-mixja taz-zmien.





























































    spring
    Hsieb wahdieni jirritani emikranja: il-bniedem l-ilma ta’ nixxiegha 
    f’bidla kontinwa qatt m’hu l-istess...




























    dahshour
    Waqaft ghall-kenn tad-dell piramidali, harsti hafifa merhet ’il fuq,
    u wara, biswiti harist, ‘il boghod lejn xefaq dehbien...








    websajt disinjata u mhejjija
    minn Stephen Cachia


    Hosted by www.Geocities.ws

    1