![]() |
|
Il-versi ta’ Pawlu Aquilina
| Pawlu Aquilina twieled is-Siggiewi fit-28 ta’ Awissu ta’ l-1929. Minkejja
li huwa poeta li ghadu jikteb sal-gurnata tal-lum baqa’ aktarx marbut
mal-poezija ta’ l-imghoddi, dik nostalgika u li tixrob qatigh mill-ghejun
naturali u religjuzi. Minkejja li jhaddem forom tradizzjonali, dan ma jnehhilu
xejn mill-merti bhala poeta kontemporanju fost l-ewlenin, anki ghaliex
tispikka l-hakma tieghu fuq l-ilsien Malti, l-aktar dak Semitiku.
Mill-berah ta’ l-ghelieqi ta’ Pawlu Aquilina hija antologija li tigbor fiha 82 poezija, maqsuma f’seba’ taqsimiet, kull wahda marbuta ma’ tema partikolari. Illum din il-gabra ghalqet ghaxar snin mill-pubblikazzjoni taghha (1992), izda kif wiehed jinduna mill-ewwel, l-ghazla tal-poeta taqa’ kollha kemm hija fuq it-tematika, il-prosodija u l-metrika tradizzjonali. Imhabba lejn l-art u l-ilsien Maltin Fil-versi tieghu Pawlu Aquilina inkluda anki t-tema tal-patrijottizmu, li tohrog billi jfakkar certi episodji storici importanti, billi jfahhar l-ilsien Malti, u anki billi jsemmi xi personaggi storici li ghamlu isem. Il-gibda lejn Malta tinhass mill-bidu nett f’Warda: “Mal-bewsa tat-twelid li tatni ommi
Il-poezija bl-isem ta’ It-trirenju ta’ Malta indipendenti hija maghmula minn tliet sunetti Taljani. L-isem ta’ Malta hielsa jissejjes fuq tliet karatteristici ewlenin: l-ilsien Malti, il-bandiera Maltija u t-twemmin. Il-patrijottizmu jixref b’sahhtu f’poeziji bhal Lill-Belt Valletta (miktuba f’gheluq l-erba’ mitt sena mill-bini taghha), Lil Malta }ielsa (il-helsien hu msejjes fuq il-hidma u l-bzulija) u Tislima. F’din ta’ l-ahhar Aquilina jaghti lista ta’ persunaggi distinti li twieldu }az-|ebbug, bhal Dun Mikiel, Vassalli, Sciortino u Dun Karm Psaila. Dan jaghmlu biex juri li bejn is-Siggiwin u z-|ebbugin hemm sens ta’ fratellanza u rabta kbira minhabba li hemm bosta hwejjeg komuni: eroj, raba’, rabta qawwija mal-qaddis patrun u hidma. Aquilina jiddedika wkoll sunett lill-Professur Nikola |ammit, bin is-Siggiewi, u “tabib, filosfu, arkitett, kittieb”. In-natura, l-ilwien u l-istaguni Bhal bosta poeti romantici ohra Pawlu Aquilina jixrob hafna mill-ghejun tad-dinja naturali meta jikteb il-versi tieghu. Huwa jghanni r-rih, il-ghodwa, il-widien u l-gholjiet, iz-zara’, il-hxejjex, il-fjuri, u t-tjur. U dawn kollha jigu deskritti permezz ta’ xbihat mill-isbah marbuta ma’ lwien u fwejjah naturali bhall-ahmar (silla u pepprin), l-ikhal (sema u bahar), l-isfar (xemx), l-ahdar (raba’ u ghelieqi), l-orangjo (il-laringa Maltija) u l-abjad (is-shab u l-merhliet). Hekk jistqarr il-poeta stess: “Il-gnien kbir tan-Nannu Pawlu kif ukoll l-ghelieqi tieghu u tal-familja gawdejthom bis-shih u nisslu fija mhabba kbira lejn in-natura u lejn dak kollu li hi tnissel u tkabbar fiha u li jdawwarha: sema, art u bahar, widien u gholjiet. Nista’ nghid li rawmet fija l-poezija.” Aquilina huwa dak li jissahhar minn bidu u tmiem il-jum, mill-istaguni u minn dak kollu li ghandu mid-dinja arkadika, imnebbha mill-pajsagg Malti u mill-hajja rahlija. Hekk jikteb f’L-Ghanja tal-bierah: “ghaliex jiena bin il-berah
Din il-hajja arkadika tintrabat ma’ tipi ta’ hidma differenti bhal dawk tal-bidwi, is-sajjied, il-haddied, il-hassad u r-raghajja. Lill-art Maltija l-bidwi “qanqalha mill-irqad u n-nixfa,/ meta fuq il-mohriet jew mal-imghazqa/ fethilha qalbha,/ taha tixrob l-ilma. . .u zeraghha/ u tatu l-hajja minn halib sidirha” (ara Imbierka l-id). F’Il-lejla tal-Milied Aquilina jghanni wkoll l-id-sewda u l-forga tal-haddied, filwaqt li f’Lil Malta }ielsa jara lis-sajjied bhala dak li “ferra’ l-gid tal-bahar taghna li minn dejjem is-sliem ried”, jew bhala dak li jissielet ma’ l-ghadab tal-bahar f’Tghanniq il-bahar. Lir-raghajja jorbothom mas-safa f’versi bhal dawn: “r’ghajja helwin u safja
Pawlu Aquilina huwa wkoll l-ghannej ta’ l-istaguni u x-xhur. Dan jidher f’poeziji bhal |ahar l-imrar (paradossalment anki fir-rebbiegha hemm il-mewt), Ghera (il-harifa li tintrabat ma’ ugigh, diqa u mewt), Kmieni (xitwa), Farag u hena (li tiehu l-ghamla ta’ mixja matul l-istaguni), Marzu tieghi (fejn Marzu jassimila ruhu mal-hajja, l-ilwien u l-bzulija), Il-bejta, u Tbissim ta’ Mejju (li hu wkoll ix-xahar tal-Madonna). In-natura tintrabat ukoll maz-zmien tat-tfulija f’poeziji bhal Qawmien, Illum u Farag u Hena. Hekk jikteb f’din ta’ l-ahhar: “Kmieni,
Kemm it-tfulija kif ukoll in-natura jnisslu fil-poeta s-sens qawwi ta’
helsien.
Aquilina dwar il-poeta u l-poezija L-ewwel taqsima ta’ Mill-berah ta’ l-ghelieqi jisimha Poeta, u l-ewwel poezija li tiftah dil-gabra hija Mis-salib ghad-dawl. Il-hajja tal-poeta (“wild il-faqar”) hawnhekk tintrabat mal-hajja ta’ Kristu, l-aktar l-ahhar parti taghha fejn hakmu n-niket, l-imrar u t-tbatija. Biex jasal sal-quccata ta’ l-gholja (jigifieri biex jilhaq l-oghla livell fejn tidhol il-poezija) il-poeta jehtieg ibati s-salib (“l-gholja kollha xewk u hofor”; “l-gholja tal-helsien”). Izda ladarba jasal hemm fuq isib is-serhan u d-dawl. Dik tal-poeta, bhal dik li ghex Kristu, hija hajja ta’ solitudni: “Il-ghana hajtu. }ajtu ghanja wahda
L-istess idea tohrog fil-poezija Il-haqq tal-poeta. Hawnhekk Aquilina jzid jghid li kliem il-poeta huwa duwa bhalma kien kliem Kristu: “”Ghid kemm-il darba ghajnejn tqal, idemmghu,
Il-poezija tintrabat ma’ l-idea ta’ nar u warda fil-poezija Warda, filwaqt li fi {miel il-poeta Aquilina jemmen li l-kwalitac ta’ poeta giet mghoddija lilu minn ommu mit-twelid. Il-poeta huwa dak li jwelled u jaghti l-hajja. F’idejh anki l-ikrah kapaci jakkwista is-sbuhija tieghu. L-ilsien Malti huwa fattur importanti li jmur id f’id mal-poezija. Fil-poezija Imbierka l-id Aquilina jorbot lill-haddied u lill-bidwi mal-poeta. Kollha kemm huma jhaddmu idejhom biex joholqu, jiffurmaw u jaghtu l-hajja. Il-poeta ha l-hajja tieghu mill-elementi naturali li ghanna: “poeta li habbejt w ghannejt imhabb’thom.
Huwa interessanti dak li jahseb Pawlu Aquilina dwar il-kitba tal-poezija: “Il-kitba tal-poezija ssir meta trid hi u mhux meta trid int. . .Fi krizi jew f’ugigh jew ferh, jew f’dak li jitqanqal fik b’li tara jew li tisma’. Jekk ma jkunx hemm tqanqil fik ma jkunx hemm tnissil u wisq anqas twelid ta’ poezija. L-aktar waqtiet li fihom nikteb versi huwa meta nkun wahdi nirrifletti. Il-poezija hija xi haga intima hafna u trid l-intimitac biex titnissel u titwieled sewwa”. Aquilina u l-poeti romantici Hija haga interessanti kif ghalkemm il-poezija hija holqien intimu u personali, tispicca biex tibda tinnota bosta aspetti jew elementi komuni li jorbtu lill-poeti flimkien. Hekk Pawlu Aquilina jista’ jintrabat ma’ Anastasju Cuschieri, il-poeta tal-Madonna u ta’ l-Ilsien Malti, f’poeziji bhal Warda u Imbierka l-id. It-tnejn jinsistu fuq il-fatt li biex inhadem l-ilsien Malti kellu jghaddi minn process difficli, hekk kif il-haddied biex jaghti forma lill-hadida jispicca biex jghaddiha min-nar. Aquilina jista’ jintrabat ukoll ma’ Karmenu Vassallo (anki huwa mis-Siggiewi): it-tnejn li huma jsibu rifugju fid-dinja naturali tant li jispiccaw biex jitwahhdu sa ma’ l-icken hlejqa naturali. Fuq in-naha l-ohra kemm Vassallo kif ukoll Aquilina jemmnu li karatteristici ewlenin tal-bniedem huma l-ingratitudni u s-suppervja (ara l-poeziji }biebi jew Mysterium mysteriorum ta’ Vassallo). Kemm Pawlu Aquilina kif ukoll Ruzar Briffa kitbu dwar Kristu li ma bezax jahfer lill-mara midinba. Inti mifdija wkoll ta’ Aquilina zgur li tfakkar f’Wiehed biss ta’ Briffa. Il-bniedem li ghadu jichad lil Kristu sal-gurnata tal-lum jiktbu dwaru kemm Aquilina kif ukoll Briffa: versi ta’ Briffa bhal “Elfejn sena wara, Anki ahna nichduh” b’xi mod jew iehor jintrabtu mal-versi ta’ Aquilina f’L-akbar weggha: “Ic-cahda ta’ l-eghzez,
Anton Buttigieg jibqa’ miftakar ukoll ghall-versi li fihom kiteb dwar id-dinja tat-tjur l-aktar ckejken biex ifakkar f’certi episodji awtobijografici. L-istess jaghmel Aquilina f’xi whud mill-poeziji minn tieghu bhal Wahdi? fejn jikteb: “Kemm keshet il-bejta kennija/ minn meta l-ghammiela/ ittajret/ u ghabet!” F’Ir-rota Aquilina jikteb hekk: “Raqdet is-siehba taht l-anestesija. . ./ Taru l-ghasafar kbar u zghar mill-bejta/ li hu kien niseg,/ rejjaq u sahhan bil-huxlief ta’ qalbu”. Versi bhal dawn ma jistghux ma jfakkrux f’poeziji bhal Il-mewt tas-siehba jew Il-bejta ta’ Anton Buttigieg. Il-metafora tal-bahar tintuza sew minn Aquilina kif ukoll minn Dun Karm (ara Il-gerrejja u jien jew zaghzugh ta’ dejjem). Ghal Aquilina izda, id-dghajsa hija l-mezz li bih jahrab u johlom, filwaqt li, bhal Dun Karm Psaila, isib is-serh u s-sliem f’”xifer il-bahar”, hekk kif il-poeta nazzjonali sab is-sliem fl-istess ambjent f’poezija bhal Wahdi. Patrick Sammut
|