• Information 
  • Interview
  • Poetry 
  • Prose
  • Authors
  • New Writers
  • Social Articles  
  • Photo Gallery
  • Contact Email
  • Mario Griscti u l-versi ta’ l-impenn


    Fost il-versi ta’ Mario Griscti bosta huma marbuta ma’ dak li qed isehh madwarna fil-kuntest socjali nazzjonali u internazzjonali. Kif johrog car mill-qari taghhom Mario Griscti jista’ jitqies bhala d-difensur ta’ l-imwarrbin, ta’ l-immanipulati, l-isfruttati, il-morda, id-dghajfin u dawk li draw jaqilghu bis-sieq mis-socjeta’ hekk imsejha demokratika, zviluppata u moderna. Fuq in-naha l-ohra jobghod l-ipokrisija, l-indifferenza, l-apatija, il-manipulazzjoni u l-hasil il-mohh, spiss marbuta mal-klassi tal-politici jew hakkiema.

    Difensur ta’ l-imwarrbin

    Min huma l-imwarrbin ghal Griscti? Fost dawn insibu lil dawk li ghexu hajjithom fit-toroq minhabba n-nuqqas ta’ dar fejn jistkennu (il-“homeless”). Dan jidher f’l-ahhar vjagg fejn il-poeta jindirizza direttament lil wiehed minnhom: “kilt ikel kiesah u qares. . .hwejgek kienu fdal il-ghonja/ darek gorbog. . .jiena biss kont inkellmek/ ghax kienu jitqazzuk”. Ghal persuni bhal dawn il-mewt tista’ tkun il-bidu tal-helsien (“daqshekk irqadt ma’ l-art,/ issa aktar tohlom sbejjah,/ iss’aktar tghix”). In-nota finali ta’ poezija bhal din hi: minkejja li nghixu hajja komda u ma jonqosna xejn materjalment, ahna “mejtin hajjin” ghax permezz ta’ l-insensibbilta’ li hakmitna spiccajna biex qtilna lil ruhna (“u lil min ghajrek, hallih mejjet haj”). Anki Lehnek hija ddedikata lil min lehnu huwa fgat, lil min m’ghandux lehen, “lehnek - ghajta fid-dezert”. Imma did-darba Griscti juri certu ottimizmu li s-sitwazzjoni ghad tinbidel ghall-ahjar, anki jekk “f’perjodu iehor”:

    “lehnek ghad ikun hieles,
    fil-ghabex u z-zerniq,
    jirbombja ma’ l-irjieh,
    jidwi ma’ malta shiha,
    il-bieb jinfetah, sabiex lehnek jghaddi”.

    Johrog certu idealizmu fi Griscti li jemmen li xi darba z-zghir ghad jinheles mill-habs li jinsab fih.

    Kategorija ohra li taghha Griscti jisfa difensur hija l-klassi tal-haddiem. Fil-poezija l-irrabjat jesprimi b’qawwa dan is-sentiment kontra l-istorja ufficcjali li qarrqet bina ghaliex dejjem iffukat fuq il-mexxejja (“l-onorevoli”), filwaqt li nessietna totalment  il-fatt li kienu l-haddiema (“shabi t’isfel”) li batew biex bnew u wasslu ghal dak li ahna llum: 

    “l-incens m’ghandux jitfewwah lill-hakkiema,
    ghandu jitfewwah quddiem il-komuni,
    li kitbu storja twila, l’eskludiethom”.

    Anki f’Unur lil siehbi l-hmar Griscti jhaddem is-satira fina biex juri li dik ta’ l-eccellenzi hija dinja ta’ cerimonji, spettakli u finzjoni, u li min jidhol fil-perimetru taghha jehtieg jilbes maskra u jidra l-kostum.

    Dan blat li johlom tittratta l-gheruq u l-antenati taghna, f’kuntrast mad-dinja prezenti. Griscti jikteb dwar id-differenza bejn il-klassijiet socjali: hemm il-granmastri, il-prelati u l-qattiela fuq naha, u l-haddiem, it-tallab, is-seftura, l-ilsir u l-armla fuq l-ohra. Hija storja li ghadha tirrepeti ruhha sal-lum, u quddiem dan kollu “ahna bil-qieghda”.

    Il-haddiem jerga’ jispikka f’Lill-haddiema li gew bla xoghol. Mario Griscti jerga’ johrog bhala l-poeta gellied li ma jemminx b’genna fl-art, imma f’reazzjoni konkreta u fi protesta li twassal ghas-“sewwa, l-haqq, it-tajjeb”. Ghalhekk jikteb:

    “jekk dan tixwix, jien ser inkompli ’nxejjex,
    inxewwex lilkom, tqumu, l-hobz titolbu,
    sakemm tiksbuh, thabtu mal-ilma ’mmewweg,
    u la tibqghux bil-genna fl-art, toholmu”.

    L-art tal-Palestina

    Il-kwistjoni tal-Palestina u n-nuqqas ta’ paci li hemm f’dawk it-territorji okkupati jidhru f’Passjoni 2002: strofa bhal din donnha titwieled direttament mix-xeni li naraw kuljum waqt l-ahbarijiet:

    “Gesu' ferut u ambulanzi m’hawnx,
    ghax marru nablus, ramallah, l-ixtrixxa ta’ gaza,
    fejn bcejjec umani ’mferrxa, qed idardru stonku frag‘li.
    hamiem bajdani xkubettjat”.

    Poezija ohra marbuta ma’ dal-kuntest hija id-demm li jikwi l-art. Fuq naha hemm il-politici jew diplomatici li jcekcku t-tazzi fuq ftehim ta’ paci li ma jezistix, u fuq in-naha l-ohra hemm “shanat id-demm jikwi tal-vendetta,/ mitluba mill-vittmi ta’ kunflitt twil hafna,/ li huma ma stidnuhx”. Hawnhekk Griscti jxidd il-libsa tal-gellied Palestinjan (“laqqmuni el-gilleed”) li jemmen li xi darba din l-“art misruqa” ghad terga’ lura ghand gensha. Suldat hi dwar dawk il-Palestinjani mwarrba u misruqa minn kollox li jahilfu vendetta kontra l-ghadu imperjalist u jaghzlu t-triq ta’ l-eroj suwicida:

    “issa l-uniformi tbiddillu fehmtu,
    isir sewwieq qattiel,
    u jaghsar it-tadam b’heffa ta’ l-ghageb. . .

    ghadamhom ifaqqa’ vendetta,
    palestinjani bla isem, bla kunjom,
    bla indirizz, bla xoghol, bla harsien, bla helsien.

     Bla kollox, bla xejn, eroj imghaffga,
    itturufnati, ’mkeccija, uzati,
    umiljati”.

    Versi bhal dawn ma jistghux ma jfakkrux fil-versi tal-poeta Palestinjan Mahmud Darwish. B’kuntrast ghal dan il-gest kuragguz u fl-istess hin makabru u ta’ min jistmerru hemm l-apatija min-naha ta’ l-ispettatur li jaghzel is-serh ta’ l-aljenazzjoni offruta mit-televizjonijiet occidentali u kapitalisti.

    It-terrorizmu u l-gwerra kontra t-terrorizmu, l-aktar wara l-avvenimenti tal-11 ta’ Settembru 2001, jigu ttrattati fil-poezija Tfittxija. Uhud mill-versi miktuba minn Griscti huma: “allah hu akbar, din tragedja wahda” u “din bluha stramba, gherf selvagg, xejn ghaqal”. Huma ghajta kontra l-kruha ta’ kull tip ta’ gwerra. Griscti juza l-ironija li taqta’ daqs sikkina f’versi bhal dawn:

    “allah hu akbar, tghidx kemm tibda tidghi,
    b’isem il-gwerra kontra t-terrorizmu,
     li laghbet tajjeb ferm bis-sentimenti”.

    Versi bhal dawn juru lill-qarrej kemm il-mexxejja jafu jilaghbu bis-sentimenti taghna biex dak li hu hazin minn gheruqu jibdluh f’tajjeb u gust.

    Il-poeta m’huwiex dak li jikteb biss dwar is-sabih u ghalhekk johlom maqtugh mill-art. |gur mhux il-kaz ta’ Mario Griscti. F’hajja miftuqa jikteb dwar prezent mifni minn gwerer, separazzjonijiet fiz-zwieg u l-kilba ghall-materjalizmu. Meta jaqra dawn il-versi,  il-qarrej zgur jiftakar f’versi miktuba mill-poeta Karmenu Vassallo:

    “Id-dinja thawdet, kollox mar ghal ghajnu,
    Bnedmin u ma naqblux, ghax rieda m’hemmx,
    {lieda fuq ohra, it-theddid bla hedu,
    Tghajjir li ma jintemmx.”

    Hajja bhal din hija mqabbla ma’ xalata jew karnival, fejn it-tragedji tad-dinja moderna jistahbew wara komportamenti farseski. Hekk jikteb f’Xalata:

    “it-tragedja tghattiet mill-paraventu farsesk,
    is-satira kompliet,
    u l-buffu zvinat sfortunat”.

    Dawn in-nuqqasijiet kollha gejjin mill-fatt li llum il-bniedem tbieghed minn Alla, min-natura u mis-semplicitac tal-hajja ta’ l-imghoddi, u ghalhekk, kontra l-materjalizmu, l-ipokrisija u l-isfruttar tad-dghajjef jissuggerixxi l-imhabba bhala fejqan (ara l-imhabba l-fejqan taghna). L-ghajta ta’ Mario Griscti poeta tista’ titqabbel ma’ dik ta’ San {wann Battista li matul hajtu stieden lil ta’ madwaru biex jergghu lura ghat-triq it-tajba.

    Il-kuntest nazzjonali

    Wiehed jista’ jghid li Mario Griscti huwa bniedem li jhobb lil art twelidu, fuq kollox ghaliex jaf x’issarraf fit-tajjeb u fil-hazin taghha. Dan jidher fil-poezija qasira u konciza bl-isem ta’ vassalli nizzik hajr: “sur vassalli - nizzikhajr/ talli wrejt ilsien kbir/ ff’fomm zghir”. Imma dak ta’ Griscti huwa wkoll patrijottizmu li jikxef in-nuqqasijiet ta’ art twelidna biex naghrfu x’jehtieg jinbidel halli nimxu ’l quddiem bhala poplu ccivilizzat. Huwa jaf li Malta tbati minn “diehes” li biex tfieq minnu jehtieg jghaddi hafna zmien, anzi jissuggerixxi, b’sens ta’ rassenjazzjoni, biex “tissaportih”. Griscti, f’waqtiet differenti, isejjah lil Malta “nazzjon taz-zigarelli”, “gagga/ tal-bajda u hamra biss, u dell il-koppli” (Lil Doreen Micallef - il-poetessa li ma mititx), “art mikulaa/ bis-susa ta’ l-injam li qdiem mal-gebla” (ucuh mibdula), socjeta' mahkuma mill-biza’  li titwieled mis-superstizzjoni (socjeta' numru wiehed, numru tnejn u numru tlieta), art mahkuma mill-“idolatrija falza tal-maltin”, minn “allat tat-tafal iebes” u minn “qaddisin tal-plastik” (shabek).

    Dwar il-Maltin Griscti jikteb hekk f’ucuh mibdula: “in-nies battala, gensi qatta’ xkejjer”; u f’xi dwejjaq:

    “hekk jirragunaw da’ n-nies,
    jew maghhom jew m’intix,
    u jroxxulek il-kalunnji”.

    F’poeziji bhal Ruh mitlufa (“jien wild l-interdettjati/ ta’ zmien id-dnub il-mejjet/ ghall-knisja u ta’ taht l-ghata/ jien kont nisrani zejjed”) u taht id-dell tat-tempju kiefer Mario Griscti jfakkar fi zmien l-Interdett: is-snin sittin raw socjeta’ fejn twemmin religjuz u dak politiku habtu ras imb ras u zerghu l-firda anki fuq livell familjari u intimu (“taht id-dell tat-tempju kiefer/ is-snin sittin, gew ’mghajxa f’divizjoni/ ta’ puri, u midimbin/ ghedeww’/ ghal dejjem”).

    Suggett ghal qalb Mario Griscti huwa r-razzizmu. F’razzist u m’jinix jidhol fil-qalb tar-razzist biex juri li dan huwa sentiment innat f’bosta minna:

    “jien bniedem - frott l-imlellxa,
    jien ragel il-ksuhat,
    id-dell ta’ adolf hitler,
    jien l-ghajb re-inkarnat.

    Jiena razzist enormi,
    li naghzel bla dewmien,
    l-ewwel it-tieni, t-tielet,
    sa’ l-ahhar numru, jien.”

    Ir-razzizmu johrog ukoll f’konservazzjoni razzista. Ir-razzist hu dak li jemmen fid-distinzjoni tal-klassijiet, kontra l-poeta li jemmen f’”dinja wahda, hajja wahda”. Tohrog cara d-differenza bejn l-“huma” (il-vittmi, l-istuprati, id-drogati, l-emarginati) u l-“ahna” (il-manipulaturi):

    “sejhilna ulied alla,
    ehe, ulied alla, mhux bhalhom,
    ghax dawk, illegittmi.

     Ipejpu l-haxixa fuq il-bankini,
    u ahna fuq it-tron,
    inpejpu lilhom”.

    Konkluzjoni

    Dan kollu Mario Griscti jwasslu permezz ta’ forom metrici u prosodici differenti. Bhala tul ta’ versi jhaddem spiss l-endekasillabu, xi drabi s-settenarju, imma jippreferi ingenerali l-vers hieles. Metrikament ihaddem it-terzina u l-kwartina b’mod generali, imma hemm poeziji ohra maghmula minn sestini jew minn strofi ta’ tulijiet differenti. Lessikalment ihaddem kemm il-Malti Semitiku, kif ukoll dak modern li jissellef mit-Taljan u mill-Ingliz, u spiss insibu kliem mehud direttament minn fomm il-bniedem tat-triq. Il-qarrej jinduna bin-nuqqas ta’ ittri kapitali fejn il-grammatika tehtieghom, imma dan Griscti jaghmlu apposta biex ikompli jinsisti fuq is-solidarjetac tieghu mac-ckejken u l-umli. Bhala l-poeta “rrabjat” juza bosta tonijiet: mis-sarkazmu ghall-ironija, mir-rassenjazzjoni ghas-satira. Xi drabi jitlaq mid-dinja tal-holm jew tal-hrafa (dik surrealistika), jew minn dik ta’ xi Charles Chaplin, Orwell jew Walt Disney biex johloq xbihat li jiddeskrivu sewwa d-dinja tal-politici, il-mexxejja u d-diplomazija finta. Fuq kollox mario Griscti huwa poeta li ma jibzax isejjah l-abjad abjad u l-iswed iswed.

    Patrick Sammut
    Lulju 2002
    _______________________________
     


    Mario Griscti
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     


    ...Gesu' ferut u ambulanzi m’hawnx,
    ghax marru nablus, ramallah, l-ixtrixxa ta’ gaza...
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     


    ...palestinjani bla isem, bla kunjom,
    bla indirizz, bla xoghol, bla harsien, bla helsien... 


    websajt disinjata u mhejjija
    minn Stephen Cachia
    Hosted by www.Geocities.ws

    1