Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

Uffiċċju Parrokkjali • Dar Parrokkjali • Triq Lampuka • Paola PLA 06

Tel: (+356) 695022 • Fax: (+356) 805955

[email protected]

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu minn għandek

 

Ħajr

 

 

 

 

 

Storja tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

 

Tal-Qalb ta’ Ġesu u ta’ Kristu Re

Meta Raħal Ġdid sar parroċċa fl-1910, il-festa titulari kienet dik tal-Qalb ta’ Ġesu u l-festa kienet issir fl-ewwel Ħadd fuq l-Ottava tal-Qalb ta’ Ġesu. Fl-1911 infatti kien iżżanżan il-kwadru tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu fuq l-artal maġġur tal-knisja ta’ Santa Ubaldeska, impitter miż-Żebbuġi Lazzru Pisani.

Fih jinkludi wkoll il-Madonna, San Pietru, San Ġwann Appostlu, Marija ta’ Magdala u xi persunaġġi Maltin tal-bidu ta’ das-seklu. Għall-festa kienu jikkonkorru n-nies li minn qabel kienu jkunu ġabru l-flus minn fieri kbar. Kienu jiġu baned u mużiċisti magħrufa kemm għall-fieri u kemm għall-festa. Il-Festa kienet issir bit-tridu u nhar il-festa fil-għaxija kienet toħroġ purċissjoni u fil-pjazza tas-suq tintrama tribuna u hemm tingħata l-benedizzjoni. L-armar ta’ barra kien jikkonsisti fi ftit bnadar. Fuq il-bjut kienu jperpru bnadar tal-Qalb ta’ Ġesu.

L-ideja tat-titular lill-Kristu Re kienet ilha fil-moħħ ta’ dawk li ddiżinjaw il-Knisja għax riduha bħala monument tal-Kongress Ewkaristiku ta’ l-1913. Fl-1925, il-Papa Piju XI stabilixxa l-festa ta’ Kristu Re, bl-aħħar Ħadd t’Ottubru jum il-festa. Fl-1936, Gian Battista Decesare rregala l-istatwa ta’ Kristu Re ta’ l-irħam li kienet inħadmet f’Ruma. Għaldaqstant bdiet issir il-festa ta’ Kristu Re. Sa ftit wara l-gwerra, il-festa titulari baqgħet issir dik tal-Qalb ta’ Ġesu. Imma fl-1945 saret talba biex il-knisja l-ġdida tkun iddedikata lil Kristu Re permezz ta’ reskritt. Il-festa bdiet għalhekk issir fit-tieni Ħadd t’Ottubru. Fl-1947, l-istatwarju Toni Farrugia għamel statwa ta’ Kristu Re kkommissjonat mill-Kaptan Xuereb, biex tintrama barra. Tlestiet ukoll kolonna għaliha. Minħabba l-maltemp, sa mill-1955, il-festa kienet trasferita għar-raba’ Ħadd ta’ Lulju.  Permezz ta’ l-entużjażmu li wrew Ċelest Carabott, ħafna volontiera u żgħażagħ u bir-rieda tal-kappillani Xuereb u Agius beda jsir tiżjin fit-toroq. Fl-1978 iżżanżnet statwa oħra ta’ Kristu Re maħduma mill-istatwarju għawdxi Alfred Camilleri Cauchi. Ta’ min igħid li l-banda G.M. de Paule kif ukoll il-baned tal-Kottonera, l-iżjed ta’ l-Isla dejjem daqqew u ferrħu lin-nies f’dawn il-ġranet. F’dawn l-aħħar snin, grazzi għall-ħidma bla heda ta’ ħafna żgħażagħ flimkien mal-ħabrieki Dun Ġorġ Deguara, il-festa ħadet spinta ‘l-quddiem, l-iżjed permezz ta’ żieda fl-armar, fl-istatwi u l-marċ tal-Ħadd fil-għodu. Fl-1978, infatti, ħarġet l-istatwa ta’ Santa Ubaldeska maħduma minn Carlo Darmanin. Sena wara żżanżnu dawk ta’ San Franġisk de Paul, ta’ San Pietru u ta’ San Pawl maħduma minn Dun Ġorġ Deguara mgħejjun fir-reżin minn Andrew Caruana u fiż-żebgħa minn Ġużeppi Scerri. Fl-1980, iżżanżnet l-istatwa tal-G.M. Antoine de Paule maħduma mill-istess nies. Fl-1981, iżżanżnet imbagħad l-istatwa tas-Salvatur, maħduma wkoll minnhom.

Il-Ġimgħa l-Kbira

Il-purċissjoni fil-festa tal-Ġimgħa l-Kbira oriġinat fi żmien il-gwerra. Kienet toħroġ l-istatwa ta’ Marija Addolorata tas-sinjura Farrugia Bugeja. Wara li fl-1945 kien inġab ir-Redentur ta’ l-Isla minn Birkirkara għal hawn biex imbagħad saritlu purċissjoni għal l-Isla, in-nies tħajret għal statwa tar-Redentur li saret mill-istatwarju Antonio Farrugia. Bdiet toħroġ purċissjoni biha u ftit wara Emmanuel Buhaġar irregala statwa tad-Duluri maħduma mill-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri. Għall-ħabta tas-snin sittin u sebgħin, l-ewwel sar sett ta’ statwi minn Dun Amando Baluci u Biagio Galea li ħadu ħsieb jirranġaw statwi li akkwistaw minn band’ oħra u li minn dawn fadal biss Kristu mejjet u mbagħad sar is-sett li hemm illum mill-istatwarju Antonio Farrugia, permezz ta’ għotjiet minn diversi benefatturi. Din hi lista tal-vari u benefatturi u s-sena li matulha ngħataw:

Sena Vara Benefattur
  Id-Duluri  
1971 Kristu Mejjet Carmelo Falzon
1972 Kristu-fl-Ort Giuseppa Deguara
1972 Il-Bewsa ta’ Ġuda Carmel u Maria Borg
1973 Flaġellazzjoni William Fardell u Oħrajn
1973 Kristu u Pilatu Maddalena Galea
1973 Il-Vara l-Kbira Salvatore Bezzina
  Gesu u Marija

 France, Toni, Joseph, Grezzju u Ġorġ Cassar

 

Il-Veronika

Charles Mangion

Twaqqfet il-kummissjoni għall festa tal-Ġimgħa l-Kbira u bdiet issir festa regolari bil-parteċipazzjoni tal-Banda G.M. de Paule kif ukoll bil-parteċipazzjoni ta’ ħafna personaġġI li, għall-vestwarju tagħhom, ħaseb Dun Ġorġ Deguara. Ma’ Kull sana li għaddiet, il-kummissjoni Ġimgħa l-Kbira organizzat aħjar il-festa li tinvolvi ‘l fuq minn 300 ruħ biex il purċissjoni tkun serja, devota u organizzata b-dekor li jixraq. Mijiet ta’ turisti jżuru Raħal Ġdid f’din l-okkażjoni. Barra minn hekk mijiet ta’ nies jiġu f’Ħamis ix-Xirka jagħmlu viżti u adorazzjoni quddiem ir-repositorju li jitqiegħed fil-kappellun tan-naħa ta’ Triq Ġuże Damato. Sa l-1983 dan kien jitqiegħed fuq l-artal ta’ Marija Bambina. Lucy Chircop tat id-drapp meħtieġ għar-repositorju fl-1985.

Ġħall-ħabta ta’ l-1970, bdiet issir purċissjoni f’nhar il-Għid il-Kbir bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Celest Carabott kien ħallas għaliha.

 

Ikompli >>

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Escati Free Counter
You are Visitor No:

View Counter Stats
Hosted by www.Geocities.ws

1