Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

 Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

 

 

IS-SALTNA

 

Il-fuljett parrokkjali IS-SALTNA huwa ħolqa bejn il-Parroċċa u l-Parruċċani, biex jinħolqu idejat u biex jitkabbar is-sens ta’ kommunità.  Il-fuljett joħroġ kull xahrejn u jitqassam lil kull familja.  Fil-Festa toħroġ ħarġa speċjali ta’ l-okkażżjoni.

 

Editur

Mr Alfred J. Chetcuti

Distribuzzjoni

Mr John Deguara

 

 

FLIMKIEN

 

X’ħin tirċievu din ir-Rivista fid-djar tagħkom żgur li se tistaqsu  “DIN X’INHI?”  Din hi Rivista li l-ħtieġa tagħha ilha ħafna tinħass f’pajjiżna. Ilha x-xewqa ta’ ħafna nies li l-parroċċi f’Malta jaħdmu aktar flimkien u li d-diversi fuljetti parrokkjali li jiġu ppubblikati jkollhom aktar materjal ta’ formazzjoni għall-familji tagħna.

 

Kienet ukoll ix-xewqa ta’ ħafna Kappillani li jogħla l-livell tal-fuljetti parrokkjali tagħhom u dan ma kienx qed ikun possibbli minħabba l-ispejjeż meħtieġa għall-istampar.

 

Għaldaqstant il-Kulleġġ tal-Kappillani ddeċieda li għandu jsir esperiment biex jintlaħaq dan il-għan.   F’din l-inizjattiva ġdida qed jieħdu sehem numru kbir ta’ parroċċi u għalhekk intgħażel dan it-titlu FLIMKIEN.

 

Din ir-Rivista se tibda titqassam kull xahar.   Kull parroċċa  se jkollha spazju ddedikat għaliha.  Għalhekk fil-paġni tan-nofs se nippruvaw li jkollna materjal, kif dejjem ppruvajna  nagħmlu,  li  jkun  ta’  nteress  speċjali għall-parroċċa tagħna biss.   Għal dan l-iskop żammejna l-logo tal-fuljett Is-Saltna, li nistgħu ngħidu issa qed jilbes libsa ġdida.   Jiddispjaċina li xi rubriki regulari li tant kienu jintogħġbu mill-qarrejja issa se jkollhom jitħallew barra minħabba nuqqas ta’ spazju.

 

Nawgurawlkom li taqraw kemm jista’ jkun l-artikli nteressanti li, bħal ma taraw minn din l-ewwel ħarġa, huma miktuba minn persunalitajiet magħrufa u ntiżi sew fis-suġġett li jiktbu dwarhu.    Din il-kitba żgur li tgħinna nikbru fil-ħajja nisranija.

 

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li matul is-snin tant ħadmu u għadhom jaħdmu biex il-fuljett parrokkjali tagħna seta’ jkun ippublikat regularment u jitqassam fi djarkom.      

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1 1