Il-Bini tal-Knisja Parrokkjali l-Ġdida
Meta l-Knisja ta’ Santa Ubaldesk tkabbret bil-ħsieb li ssir
parroċċa fl-1900, l-għadd ta’ nies f’Raħal Ġdid
kien ta’ 2800 ruħ, Fl-1920, il popolazzjoni ta’ Raħal Ġdid
kienet ta’ 5400 ruħ, u peress li kien hawn ħafna egħlieqi
mogħtijin għall-bini lejn tal-Borġ, kulħadd kien jobsor
li dan il-għadd kien se jiżdied ferm iżjed.
Għalhekk, il Kappillan Dr. Dun Nerik Bonniċi ġieh
ħsieb, li bħalma kien ġara l-Mosta bosta snin qabel, tinbena
knija akbar fl-istess post ta’ Sant’ Ubaldeska, u beda jiġbor il-flus,
filwaqt li qabbad lill-perit Edwin Vassallo jħożż pjani
għaliha. Barra minn hekk ħa parir mingħand persuni
prominenti li kienu joqogħdu hawn. Fosthom kien hemm il-ħabrieki Sur
Guże D’Amato, li kien imħarreġ sew fil-bini ta’ knejjes. Dan kien tal-fehma li aħjar tinbena knisja ġdida u kbira
fl-art tal-Borġ fuq in-naħa tal Lvant tal-Pjazza l-ġdida ta’
Casal Paola.
Għalkemm Dun Nerik telaq minn Raħal Ġdid fl-1921 u mar
ir-Rabat, Dun Salv Chircop, li reġa ġie Kappillan hawnhekk
ħa r-riedni f’idejh. Ħatar kumitat ta’ tnax min-nies u fl-1
t’Awissu 1922 saret l-ewwel laqgħa li fiħa l-membri ħatru
lill-Kappillan President u Kaxxier u lis-Sur D’Amato Segretarju,
bl-approvazzjoni tal-Knisja.
Fis-7 t’April 1923 l-Isqof Dun Mauru Caruana talab lill-Gvern l-art ta’
bejn Triq Loġġa (illum Guże D’Amato), Triq Lampuka, Pjazza
Paola u Vjal il-Knisja. Il-Gvern wettaq it-talba ta’ l-Isqof fl-24 ta’
Diċembru ta’ l-istess sena. Is-Sur D’Amato ċeda biċċa
art li kien ħa quddiem il-knisja b’ċans perpetwu mingħand
il-gvern, għall-bini tal-knisja.
Sadattant il-kumitat beda jaħdem bla heda. Xtaqu li l-knisja ma
tkunx mibnija bl-istil neo-barrok, bħall-biċċa l-kbira
tal-knejjes Maltin, iżda fuq stil ġdid. Kellhom f’moħħhom
l-istil neo-klassiku mħallat bil-barokk kif kienet għadha kif
inbniet tal-Marsa. Għalhekk qatgħuha li jaddottaw dak l-istil, u
ntgħażlet waħda minnhom. L-Isqof
Caruana approva d-disinn b’tibdila żgħira. Xtaq li l-istil
tal-knisja skond l-ordni joniku-modern, mhux doriku, kif kien pinġa
D’Amato. Dan għal aktar tiżjin u
sbuħija. Dawn il-pjanti ntwerew lin-nies u ntgħoġbu.
F’Ħadd il-Għid, l-1 t’April 1923, sar it-tqegħid
tas-salib fuq pedistall, 12-il pied wara marċ mill-banda “de Paula”. Peress
li Guże D’Amato ma kellux “warrant” ta’ perit, is-Sur Filippu Tortell
iffirma l-pjanta, fit-30 ta’ Gunju ta’ wara tqiegħdet l-ewwel
ġebla tal-pedamenti li kienet taħt il-kampnar tal-lemin inti u
tħares lejn il- knisja mill-pjazza. Il-pedamenti damu xi seba’ xhur
jinbnew; fihom bejn ħmistax u tletin filata taħt il-livell
tal-qatran.
Festa kbira kienet se ssir għall-okkażjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla. Dan kien nhar il Ħadd
24 ta’ Frar 1924, fit 3.30 ta’ wara nofs-in-nhar. Gie l-vigarju ta’ l-Isqof,
Mons Anġlu Portelli li bierek u qiegħed il-ġebla, filwaqt
li, tliet baned; St. George ta’ Bormla, King’s Own Tal-Belt u De Paula ta’
Raħal Ġdid kienu se jdoqqu marċi. It-tqegħid sar, izda
l-festa tħasret minħabba l-maltemp u minħabba li mar
id-dawl.
Il-kumitat baqa’ jaħdem biex jigbor il-flus għall-knisja. Bosta
kienu l-bennejja li taw xogħolhom b’xejn. Sa I-1925 kienu tlestew
il-kapitelli, izda bejn l-1926 u l-1928 inqala’ xi nkwiet. Dan għaliex inqalgħu problemi ta’ struttura. Il-Knisja kienet
se tinbena fuq kolonni. Dawn kellhom ikunu ta’ saħħa
speċjali biex iżommu l-istruttura. Beda jintqal li aħjar
jinbnew pilastri ħoxnin, izda b’hekk il-kongrgazzjoni kienet se jitlef
mill-vista ta’ ġewwa. Sar ħafna studju u kummissjoni ta’
żewġ periti, maħtura mill-Isqof, stqarret li ma setax
jitkompla x-xogħol kif kien tiela’. B’xorti ħażina wkoll,
il-kappillan miet fil-25 ta’ Jannar 1928, iżda l-affarijiet marru
għall-aħjar fl-1928.
F’Ġunju 1928, is-Sur D’Amato reġa’ ħa x-xogħol
f’idejh, u l-problemi solvew ruħhom billi saru tibdiliet
żgħar fil-pjanta u billi ddeċidew li jintuża l-konkrit,
materjal ġdid għal dak iż-żmien, għall-kolonni,
pilastri u fejn hemm bżonn is-saħħa. L-ewwel
kolonna tal-konkrit tbierket mill-Vigarju Generali Mons. Lwiġi Camilleri fit-2 ta’ Diċembru 1928. Sa tmien xhur wara,
il-kolonni u l-pilastri kienu lesti Sadattant l-Amminisratur tal-Knisja,
Mons. Enrico Bonnici, qaddes l-ewwel quddiesa f’din il-knisja fil-15 ta’
Lulju 1928.
Sal-1928, il-knisja ssaqqfet bl-injam minn wara nett sal-pilastri
l-kbar. Bejn l-1932 u l-1933 bdew isiru fiha quddisiet fl-10.00 u fl-11.00
fuq artal ta’ l-injam li llum jinsab fis-sagristija ta’ l-istess Knisja. Din
kienet issir fejn illum hemm l-artal ta’ Marija Bambina. Meta ssaqqfet
il-knisja, fl-1936, tqiegħed l-artal ta’ l-injam li llum jinsab
fil-Kappella ta’ San Lawrenz u l-Knisja tbierket minn Mons. Arċisqof
M. Caruana u f’Ħadd il-Palm ta’ l-1936 ġie trasferit is-sagrament
minn Sta Ubaldeska. B’hekk il-Knisja l-ġdida bdiet tiffunzjona
bħala Parroċċa. Fl-1938 ingħata bidu
għall-Portiku, iżda dan ix-xogħol waqaf minħabba
l-gwerra.
Wara l-gwerra, fl-1946 tkomplew il-gwarniċi tal-knisja w issaqfet
biż-żingu. Wara dan inbnew il-koppletti ta’ wara, ittellgħet
il-luna u sar is-saqaf, u l-knisja tlestiet billi tlestew il-koppletti,
il-portiku u l-koppla. Il-bini tal-knisja kien lest f’Novembru 1959 meta
tqiegħed is-salib fuq il-lanterna. Il-Perit J. Xuereb ħa
ħsieb il-bini wara s-Sur Guże D-Amato. Fost il-bennejja li
ħadmu fil-knisja kien hemm l-imgħallmin Pawlu Cachia u neputih
Karmnu minn Ħall Safi, kif ukoll il-bennej Ganni Grima, wara l-gwerra.
Dan kollu sar fost ħidma kbira u taqtigħ il-qalb għal
dawk responsabbli. Il-bini tal-knisja tħalla bosta drabi, l-iżjed
minħabba raġunijiet finanzjarji. Jistħoqqilhom kull
foħrija, il-kappillani li kienu responsabbli u mexxew ix-xogħol,
speċjalment Mons. Francesco Xuereb li kien ħa piż
finanżjarju personali biex tkompla s-saqaf. Jistħoqqilhom kull
foħrija wkoll il-benefatturi u I-Pawlisti ħabrieka li għal
snin twal organizzaw attivitajiet bħal lotteriji, fieri u ġbir
ieħor għall-fond tal-knisja. Oħrajn kienu jgħinu
sempliċiment billi jagħtu daqqa t’id meta jkollhom ħin
ħieles, avolja ma kienux nies tas-sengħa. Sa
l-1925 kienu ntefqu £5,334. Bejn l-1946 u l-1960 kienu
ntefqu £100,000.00.
Ikompli >>
|