Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

Uffiċċju Parrokkjali • Dar Parrokkjali • Triq Lampuka • Paola PLA 06

Tel: (+356) 695022 • Fax: (+356) 805955

[email protected]

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu minn għandek

 

Ħajr

 

 

 

 

 

Storja tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

 

It-Twaqqif Tal-Parroċċa Ta’ Raħal Ġdid

Il-Knisja ta’ Santa Ubaldeska tkabbret bil-ħsieb li ssir Parroċċa. Bir-raġun kollu, il-Pawlisti talbu u stennew dan permezz tal-Kapillan ta’ Ħal Tarxien stess Dr. Dun Franġisk F. Attard li bagħat ittra lill-isqof Pietru Pace fis-7 ta’ Marzu 1905. Dan għax Raħal Ġdid kien qabeż lil Ħal Tarxien fil-popolazzjoni u l-Pawlisti kienu qed jitqarrsu jmorru bil-mixi sa Ħal Tarxien għal kull Sagrament jew ħtieġa spiritwali. Għall-ewwel, l-isqof ma tax tweġiba pożittiva, iżda wara petizzjoni, iffirmata minn 278 ruħ, inklużi Anġlu Cutajar, Prokuratur, u Dun Karm Bologna Rettur, l-Isqof talab lill-kappillan ta’ Ħal Tarxien isib qassis li jkun jista’ jagħmel minn floku f’Raħal Ġdid. Naturalment l-għażla waqgħet fuq Dun Salv stess. F’dikjarazzjoni ta’ l-Isqof fis-27 t’Awissu 1905, huwa amar lir-rettur ta Sant Ubaldeska, Dun Karm Bologna idawwar il-benefizzju tiegħu lejn l-altar li kellu jitwaqqaf f’kappellun li kellu jinbena taħt l-isem u titlu ta’ Santa Ubaldeska, skond il-ftehim ta’ l-1900 mal-Gvern. Jumejn wara, l-Isqof Pace ħareġ digriet li bih Raħal Gdid sar viċi parroċċa.

Il-Knisja kellha d-drittijiet u d-dmirijiret kollha li jmissu viċi parroċċi bħalha, mingħajr dannu għad-drittijiet ta’ Ħal Tarxien bħala parroċċa, Il-Viċi Kappillan kellu d-dmir li jieħu ħsieb spiritwali tal-kommunita Nisranija ta’ Raħal Ġdid, li kien jinkludi li joqgħod f’Raħal Ġdid, u li fil-Ħdud kollha u fil-festi tal-preċett għandu jqaddes fil-għodu u jagħti tagħlim tad-duttrina nisranija wara nofs in-nhar. Għal dan ix-xogħol tħallewlu 20 Lira fis-sena mid-dħul tal-viċi parroċċa. Sadattant inbena l-kappellun ġdid għall-altar ta’ Santa Ubaldeska bil-benefizzju tar-rettur. L-altar maġġur waqqfuh għall-isem tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu li tiegħu għamlu inkwadru sabiħ.

Fi żmien erba’ snin, fl-1909 iżda, il-għadd tan-nies f’Raħal Ġdid kiber għad-doppju ta’ dak ta’ Ħal Tarxien. Kien jidher ċar għalhekk li Casal Paola kellha tkun, bi dritt, Parroċċa għaliha. Wara talbiet li saru min-nies ta’ Raħal Ġdid l-Isqof Pietru Pace bi qbil mal-Kappillan Attard ta’ Ħal-Tarxien iddelimita t-truf tal-parroċċa l-ġdida ta’ Casal Paola fis-26 ta’ Ottubru 1909. Saru l-preparamenti meħtieġa u fit-12 ta’ Lulju 1910 l-Isqof Pietru Pace ħareġ id-digriet li bih Casal Paola, Raħal Ġdid, ħa l-istat tiegħu bħala parroċċa. Fid-digriet iffirmat mill-kanonku Lwiġi M. Camilleri, l-Isqof Pace spjega li Raħal Gdid kien ‘il bogħod wisq minn Ħal -Tarxien, li l-għadd ta’ nies kien kiber ġmielu u ġa kienu rranġaw il-knisja Viċi Parroċċa ta’ Santa Ubaldeska li kienu issa ddedikaw lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu. Għalhekk ħuwa, bis-setgħa mogħtija lilu bħala delegat Appostoliku, fired lil Raħal Ġdid u waqqfu bħala parroċċa taħt l-isem tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, b’kull dmir u dritt li jmissu lil Knisja Parrokkjali. Dun Salv Busuttil kien imlaħħaq Vigarju Kurat sakemm ikun maħtur l-ewwel kappillan. L-isqof, f’edittorjal maħruġ mad-digriet, ħeġġeġ lin-nies tal-parroċċa l-ġdida biex jaqdu dmirijiethom ta’ parruċċani tajba. Fl-aħħar Raħal Ġdid kien indipendenti minn Ħal Tarxien.

Ikompli >>

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Escati Free Counter
You are Visitor No:

View Counter Stats
Hosted by www.Geocities.ws

1