|
L-Għadd
ta’ Nies f’Raħal Ġdid
It-Tmexxija tad-distretti baqgħet l-istess bħal fi żmien
l-imblokk sa l-1815, meta Sir Thomas Maitland, l-ewwel
Gvernatur ta’ Malta reġa’ qasam lil Malta u Għawdex f’seba’
distretti. Il-Kmandi
ħalliehom l-istess, iżda kull kmand kellu jaqa‘ taħt
Lwokotenent. Id-deputat jew kmand Ġużeppi Montebello
ta’ Ħal Tarxien, b’Rahal Ġdid
waqa’ taħt il-Lwokotenent
taż-Żejtun,
il-baruni Paskal Sciberras, li kien jikkmanda wkoll Ħaz-Żabbar,
Ħal-Għaxaq, il-Gudja u Ħal-Luqa. Bejn l-1833 u l-1837,
id-deputat lwokotenent kien
Anton Castagna. Warajh,
Ġuże Cauchi. Fl-1839
Malta reġgħet inqasmet f’seba distretti ġodda taħt
Sindki. Raħal Ġdid u
Ħal Tarxien kienu
jagħmlu parti
mill-Ħames Distrett flimkien
ma’ Ħal-Luqa, u Ħal-Qormi.
Dawn id-distretti
tneħħew fl-1896.
Wara dan, permezz tat-taqlib politku liberali u demokratiku, Malta
bdiet tinqasam f’distretti għall-finijiet elettorali.
Is-seklu mperjali kien dak li fih il-ħakma Ngliża
ssaħħet f’Malta bħal f’kull rokna tad-dinja. Ma’ l-iżvilupp u t-tkabbir ta’
l-lmperu Ngliż fi żmien ir-Reġina Vittorja u anke fi
żmien binha Dwardu VII u ibnu Ġorġ V, inxtered
it-tbaħħir, u kiber il- kummerċ u l-infiq militari, u
żviluppaw ruħhom il-portijiet ta’ Malta u l-irħula ta’
madwarhom. Irħula, li mix-xejn
kibru mmensament l-iżjed bejn 1850 u l-1950, kienu tas-Sliema,
il-Hamrun u Raħal Ġdid.
Il-kobor ta’ xi raħal jew pajjiż jitkejjel mill-għadd
ta’ nies li joqogħdu fih.
Naraw kif żviluppa ruħu Raħal Ġdid u wara nipprovaw
naraw għalfejn kien hawn dan l-iżvilupp.
Minn dawn il-fatti nitgħallmu ħafna. Raħal Ġdid
kiber bħala arja ġdida mogħtija għall-bini residenzjali
l-iżjed fl-ewwel nofs ta’ dan is-seklu bejn l-1891 u l-1950. Kien
Madwar l-1900 li l-popolazzjoni ta’ Raħal Ġdid qabżet lil
dik ta’ Ħal-Tarxien. Madwar
l-1925 kienet id-doppju ta’ dik tal-matriċi tiegħu. Bejn l-1934 u l-1939 kien hawn rata ta’
twelid ta’ iżjed minn 300 fis-sena.
Fejn fl-1891 in-nies ta’ Raħal Ġdid kienu biss 8 kull elf. Fl-1948 kienu 48%o (tmienja u erbgħin kull
elf Malti), jiġifieri fl-1948 wieħed minn kull 21 Malti kien
joqgħod f’Raħal Ġdid. Din ir-rata niżlet għal 38%o minħabba li
ħafna nies reġgħu marru fil-Kottonera wara l-gwerra u anke
għaliex ħafna nies marru joqogħdu l-Fgura u Sta.
Luċija. Nitgħallmu wkoll
illi peres li l-popolazzjoni tal-Kottonera baqgħet stabbli għal
seklu sħiħ, in-nies ma
żdidetx hemm għax iż-żejda ġew joqogħdu
Raħal Gdid. Għalhekk insibu li l-biċċa l-kbira tan-nies ta’
Raħal Ġdid huma ta’ nisel tal-Kottonera. Dan ma jfissirx iżda li ma
ġewx xi nies mill-kampanja, l-iżjed, imħajrin li joqogħdu
ħdejn il-post tax-xogħol ġdid li sabu wara t-tkabbir tat-
tarzna. Iżda l-fatt li n-nies
ta’ Raħal Ġdid titkellem b’aċċent ta’ l-ibliet u l-fatt
li l-qima lejn San Lawrenz, Marija Bambina u l-Kunċizzjoni minn dejjem baqgħet ferventi, juri
li l-akbar għadd ta’ nies ġew mill-Kottonera. Għadd kbir ta’ adulti
jippronunżjaw ‘għu’ “u”, mhux “ow” kif suppost; kif ukoll
‘għi’
igħidulha “i”,
mhux “ej”. Din hi l-pronunzjoni tan-nies tat-tlett ibliet. Fi kliem ieħor,
il-popolazzjoni tal-Kottonera ma
żdidetx bl-istess rata ta’ Malta
għax in-nies t’hemm bnew
f’Raħal Ġdid.
Aktar raġunijiet għaliex il-popolazzjoni ta’ Raħal
Ġdid kibret daqshekk kienu l-attiviajiet ġodda li kien hawn fi tmiem is-seklu l-ieħor u
fil-bidu ta’ dan is-seklu f’dawn l-inħawi.
Ikompli >>
|