Fi żmien il-Kavalieri
Bħalma
ġa semmejna, l-ewwel żviluppi f’Casal Paula seħħu
permezz tal-kavallieri. Antoine de
Paule, wara li bena villa għalih, irriżerva l-għoljiet ta’
Kordin biex fihom imur għall-kaċċa.
Il-Gran Mastru
Gregorio Caraffa bena wkoll villa f’Raħal Ġdid, li kienet
fin-naħa t’isfel ta’ tal-pjazza. Iżda din twaqqgħet fl-1907,
meta nbena bini ġdid.
Il-Gran Mastru
Ramon Perellos għamel bħal Caraffa. Bena palazz fit-tarf t’isfel ta’ Triq il-Loġġa. Fuq
in-naħa ta’ wara ta’ dan il-palazz kien hemm ġnien kbir.
Għal xi żmien din il-villa kienet inbidlet f’razzet, izda illum
hi maqsuma f’appartamenti.
Kavallier
ieħor li ta’ bidu għall-iżvilupp f’Raħal Ġdid kien
il-Balliju Franġisku Sousa,
neputi tal-Gran Mastru Manuel de Vilhena. Kien
bena dar tal-kampanja f’Għajn Dwieli bi ġnien sabiħ ta’
siġar. Wara mewtu, dan il-ġnien inbiegħ mill-Ordni lil
wieħed Malti, li reġa’ biegħu lill-patrijiet Giżwiti. Dawn wara bigħuh ukoll.
Il-popolazzjioni
ta’ Raħal Ġdid, baqgħet żgħira
għar-raġunijiet ġa msemmija. Fl-1646
kien fih 50 dar. Fl-1667 kien hemm 62 dar b’213-il ruħ. Fl-1770 kien
hemm 200 ruħ. Matul dan
iż-żmien, Casal Paula u l-Knisja ta’ Santa Ubaldeska kienu
jaqgħu taħt il-matriċi ta’ Ħal Tarxien.
Peress li Raħal Ġdid jaf il-bidu tiegħu lill-kavallieri
ta’ San Ġwann (huwa nfatti l-uniku raħal li huma waqqfu), l-arma
tiegħu fiha salib tal-kavallieri, nofsu aħmar u nofsu abjad fuq
sfond ta’ l-ilwien nazzjonali ta’ Malta. Anke l-motto tiegħu “Ordo
Condodti” (l-Ordni waqqafni) jagħti xiehda ta’ din ir-rabta.
Ikompli >>
|