Twaqqif
ta’Casal
Paola
Wara li Ħal Tarxien sar
parroċċa, l-għadd ta’ nies li kienu joqogħdu fih
żdied tassew. Ħafna Gran Mastri xtaqu li isimhom jibqa’ mfakkar
permezz ta’ xi monument kbir li huma
kienu jħeġġu biex jinbena. Hekk per eżempju, il-Gran Mastru La
Sengle bena s-swar ta’
l-Isla, u l-Gran Mastru La Valletta wara
l-1566 ta bidu għal belt imsemmiha għalih.
Fl-1623 laħaq
Gran Mastru Antoine de Paule. Il-Gran Mastru de Paule xtaq illi ismu jkun
imfakkar fil-posterita billi jibni
raħal ġdid imsemmi għalih. Għalhekk fl-1626 , huwa ppubblika kostituzzjonijiet li bihom huwa
ħa artijiet għalih li fihom jibni dar għalih fuq l-għolja tal-għerien u ried li hemm tinbena
l-knisja ta’ Santa Ubaldesca, il
qaddisa patruna ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Xi Kavallieri taw ukoll
bidu ta’ bini għalihom sabiex ikollhom vilel hawnhekk, fosthom
il-balliju Lampodas. Din id-dar baqgħet
tissejjaħ Palazzo Lampuka.
Tfarrket fil-gwerra ta’ l-1940-43 u minflokha, illum hemm il-“Palace
Theatre”.
Wara nkwiet li kellu l-Gran Mastru, l-iżjed minħabba l-pesta li ħakmet ‘il
Malta propju f’dak iż-żmien, il-Gran Mastru de Paule iddeċieda
illi jibda s-sisien tal-bini fuq “tal-Għerien”, li l-art tiegħu
kienet ta’ l-Ordni ta’ San
Gwann. Għalhekk il- Kunsill ta’
l-Ordni ta l-fakulta illi jagħtu l-postijiet lill-persuni
benvisti lejn il-gvern ta’ Ordni b’cens perpetwu taħt ċerti
kundizzjonijiet.
Il-Gran Mastru
ried li dan ir-raħal ikun ippopolat malajr. Għalhekk qatagħha
li l-abitanti ta’ hawn ikollhom il-privileġġ t’eżenzjoni ta’
frankiġi tal-midjunin. Għalhekk, fl-1630 ta’ bandu illi kull min
imur igħammar hemm, ħadd ma jista’ għalih fuq djun.
Ġara
iżda, li dan l-inkoraġġiment ma sewiex. Huwa veru li n-nies
ma setgħetx tkompli tmur toqgħod biss fl-ibliet tal-Kottonera, li
kienu mimlijin ġmielhom.
Iżda fuq ir-riħ tal-“Fewda tal-Marsa”, illum imsejjaħ
il-“Marsa tal-Logħob”, kien hemm għadajjar kbar li kienu
jżommu n-nemus li joħolqu l-malarja. Għalhekk ġara li
ftit kienu n-nies li tħajru jieħdu l-opportunitajiet offruti
mill-bandu ta’ l-1630 u Raħal Ġdid baqa’ ma mteliex bin-nies,
almenu sas-seklu li għadda.
Għafsa ta’
qalb oħra għall-Gran Mastru Antoine de Paule kellha tkun tmiem
l-isem li huwa ta’ llir-raħal il-gdid.
Huwa kien amar li dan ir-raħal jissemma Casal Paula, izda
l-Maltin ma tantx daqqilhom dan għax
sa llum għadna nsejħulu Pawla : Raħal Gdid, kif ġa
kienu jsejħulu fl-1626.
De Paule ried
illi l-knisja ta’ Santa Ubaldeska tinbena spejjeż tiegħu u għamilha
ġuspadronat maġisterjali għalih u għal ta’ warajh, u għall-Kappillan
ta’ l-Ordni skond l-Ittri Appostoliċi
tat-12 ta’ Novembru 1629. Dan ifisser li l-knisja kienet propjeta ta’
l-Ordni ta’ San Ġwann. Il-Kappillan ta’ l-Ordni kellu d-dmir li jkanta
l-vespri fit-28 ta’ Mejju, il-jum tal-festa. Kellu
wkoll dritt jiġbor għoxrin skud fis-sena għall-Ordni.
Għalkemm ebda prova ta’ dan ma teżisti, Achille Ferris igħid
li l-pjani ta’ din il- knisja pinġihom Vittorio Cassar, bin Girolamo.
Bnieha żgħira apposta għax kien hemm il-ħsieb li titkabbar
meta l-popolazzjoni tar-Raħal il-Ġdid tikber.
Ikompli >>
|