Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

Uffiċċju Parrokkjali • Dar Parrokkjali • Triq Lampuka • Paola PLA 06

Tel: (+356) 695022 • Fax: (+356) 805955

[email protected]

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu minn għandek

 

Ħajr

 

 

 

 

 

Storja tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

 

Żmien il-Qedem u l-Medjuevu sal-1530

Peress li Malta hi art ċkejkna f’nofs il-baħar Mediterran, hija kienet maħkuma u kkolonizzata mill-popli l-kbar u l-aqwa nies li baħħru f’dan il-baħar. L-istorja ta’ Malta, għalhekk, sa minn 1000 sena Qabel Kristu, meta l -Feniċi ġew hawn mill-art illum imsejħa Libanu, sa llum, kienet maqsuma f’ħakmiet ta’ popli differenti li jifformaw kapitli, kultant tul ta’mijiet ta’ snin, fil-ġrajja ta’ Pajjiżna.

Il-Feniċi kienu l-ewwel nies ċivilizzati (li kienu jafu jiktbu) li ġew Malta. Warajhom Malta kellha ħakmiet twal ta’ popli: Kartaġiniżi, Rumani, Biżantini, u Għarab.

Ta’ min jinnota li, wara li San Pawl laqqam lil Malta bil-Kristjaneżmu fis-sena 60 W.K., Malta ftit ftit saret art nisranija. L-iżjed li seħħ dan kien wara t-tielet seklu wara Kristu, fi żmien il Biżantini bejn l-450 u s-sena 870 wara Kristu. Sa dak iż-żmien kien hawn belt waħda f’Malta; Melita, illum l-lmdina. Il-bqija tal-gżira kienet kollha raba’ u rħula żgħar, u l-għadd ta’ nies kien ċkejken.

Bejn is-sena 870 u s-sena 1250 wara Kristu , il parti l-kbira tal-poplu li kien igħix hawn kienet mislem u kien biss wara l-1250 li ordnijiet reliġjużi bdew jgħallmu lill-Maltin it-tagħlim Nisrani u l-Fidi f’Gesu Kristu reġgħet qamet.

Sa l-1436 nafu li f’Malta kien hawn tnax-il parroċċa. Dawn kienu l-lmdina, il-Birgu, il-Mellieħa, in-Naxxar, Birkirkara, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siggiewi, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, Ħal-Tartarni (bejn Ħad-Dingli u l-Buskett), u Birmiftuħ (bejn Ħal-Luqa u l-Gudja). L-artijiet li llum jifformaw Raħal Gdid u Ħal Tarxien kienu jagħmlu ma’ Birmiftuħ.

Il-Kappella ta’ Birmiftuh, li tinsab qrib “l-apron” il-ġdida ta’ l-ajruport ta’ Ħal Luqa, kienet iddedikata lil Santa Marija Din baqgħet isservi sa l-1655 meta n-nies tal-Gudja bnew knisja ġdida u ikbar li ġħadha parroċċa sa llum. Il-Kappella ta’ Birmiftuħ fil-medjuevu kienet ikbar milli hi llum. Kienet knisja bi pjanta forma ta’ salib latin b’kappelluni u presbiterju. Minn din il-knisja ħarġu parroċċi oħra fosthom ta’ Ħal-Farruġ (fejn illum hemm ir-runway ta’ l-ajruport), il-Gudja, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, L-Imqabba, u kif għad naraw fid-dettal, Ħal Tarxien.

F’dawn iż-żminijiet kollha ta’ l-istorja ta Malta, in-naħat ta’ Raħal Ġdid kienu miżgħuda bl-egħlieqi u rziezet. 666 L-istudjużi jgħidu li qabel il-miġja tal-kavallieri ta’ San Ġwann fl-1530, il-Maltin kienu jgħixu ħajja ta’ qima lejn Alla u ta’ ħidma fir-raba’, ikabbru l-qoton u l-annimali għall-għajxien tagħhom.

 

Ikompli >>

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1