|
Żmien Preistoriku
L-ewwel nies li
kienu jgħixu f’dan ir-Raħal kienu nies preistorici, li kienu jirgħu
l-annimali taġħhom fil post li kien jissejjaħ “tal-għerien”;
il-lum insibuh bl-isem ta’ Ħal Saflieni. Huma kienu jgħixu f’dawn għerien.
F’dan il-perjodu ta’ madwar 4500 sena ilu kien tħaffer it-tempju ta’ Ħal
Safleni. It-tempju hu madwar 13-il metru fond, imqassam fi tliet livelli u
għandu ħafna kmamar. Dan it-tempju jixbaħ ħafna lil
dawk ta’ Ħal Tarxien u Ħaġar Qim. Il-forma ta’ dawn
it-tempji hija ta’ 8 jew forma ta’ mara ħoxna, li kienet
tirrapreżenta l-alla tal-Fertilita. Dawn in-nies kienu jemmnu li din l-alla kellha poteri
fuq it-twelid ta’ l-annimali u l-bnedmin, kif ukoll fuq affarijiet ta’ ħxejjex
u frott. Is-sular ta’ fuq kien jintuża bħala ċimiterju u s-
sulari ta’ taħt kienu jintużaw għal ċerimonji
mill-qassisin tagħhom. Kamra
partikolari hija dik ta’ l-oraklu li
fiha nsibu ħofra fil-ħajt min-fejn il-qassis kien jagħti pariri lil
dawn in-nies. Ħaġa li hija
tassew interessanti dwar din it- toqba hi li leħen ta’ ragel, u mhux
dak ta’ mara, jinstema’ madwar
il-maqdes kollu. Żgur li ċertu nies jitkexkxu jekk ma jkunux jafu
b’dan l-effett.
Dan it-tempju nstab minn xi bennejja fl-1902, meta kienu qed iħaffru
ġħall-bir ta’ dar ġdida.
Il-bennejja avżaw lill-gvern u dan ħalla x-xogħol
f’idejn Patri Manwel Magri li, iżda, miet wara xi ftit taż-żmien.
Għalhekk ix-xogħol mar f’idejn l-arkeoloġista il-Professur
Temistokle Zammit li għamel il-parti l-kbira ta’ l-eskavazzjoni.
Tempju ieħor li ma tantx nisimgħu bih huwa dak “ta’ Kordin”, li jinstab fir-reċint
ta’ l-iskola sekondarja ta’ Kordin.
Dan it-tempju mhuwiex miftuħ għall-pubbliku.
Dan it-tempju
nkixef fl-1910 minn Dr. T. Ashby u Mr.T.E. Peet. Huwa għandu l-istess
għamla ta’ tempji oħra: dik ta’ 8 jew forma ta’ mara ħoxna. Dan it-tempju kien inbena madwar 4000
sena ilu. Jistħoqqlu aktar
attenzzjoni għax fih affarijiet li ma jinstabux f’ tempji Neolitiċi
oħra.
Dawn it-tempji u
bosta oqbra oħrajn li nstabu f’dawn
l-inħawi huma kollha taż-żmien preistoriku. L-oġġetti
li nstabu f’dawn l-oqbra juru li
n-nies li kienu jużawhom kienu
nies għaqlin u kapaċi f’diversi snajja, speċjalment
f’dawk ta’ bini u skultura.
Ikompli >>
|