PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

FESTA 2009

PROGRAMM TAL-FESTA F'ĠIEH SAN ĠORĠ MARTRI

IL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

 

IT-TNEJN 22 ta' ĠUNJU:

Ħruġ ta' l-Istatwa ta' San Ġorġ Martri – Jum il-Familja

Fit-8.00 ta' fil-għodu u f'nofs in-nhar ħruq ta' murtaletti.
Fl-4.30 ta' fil-għaxija fil-Knisja Arċipretali ssir il-quddiesa.
Fis-6.00 ta' fil-għaxija: Quddiesa fil-Knisja Arċipretali li fiha nitolbu għall-familji kollha tagħna. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Mons. Louis Camilleri, ex-Direttur tal-Moviment ta’ Kana. Mistiedna speċjali huma dawk il-ġenituri li din is-sena kellhom tarbija. Wara l-quddiesa ssir presentazzjoni tat-trabi lil Alla taħt il-patronċinju ta' San Ġorġ MM. Tieħu ħsieb din il-Quddiesa l-Kummissjoni Familja. Wara l-quddiesa tingħad il-kurunella f'ġieħ il-Patrun tagħna San Ġorġ Martri.

Fit-8.00 ta' fil-għaxija: isir il-ħruġ ta' l-istatwa ta' San Ġorġ Martri minn niċċa. Iddoqq il-Banda San Ġorġ Martri u isir ħruq ta' salut, kaxxa Spanjola, murtaletti.

Wara l-ħruġ tal-vara, l-Banda San Ġorġ Martri tagħmel marċ ma dawn it-toroq: Triq San Ġorġ, Triq Dun Mario, Triq l-Iżbandola, Triq l-10 ta' Settembru għal Triq San Ġorġ, Triq Dun Mario għal Fuq tal-Blat, Tal-Blat Housing Estate fejn jinħaraq nar tal-art u jkompli l-marċ għal Triq il-Belt Valletta, Triq il-Mitħna, Triq San Franġisk, Triq It-Tensila, Triq il-Ħabbież, Triq il-Mejjilla, Triq il-Kbira sal-Każin Banda San Ġorg Martri.
Fid-9.30 ta' fil-għaxija isir ħruq tan-nar ta' l-art f'Tal-Blat Hse. Estate, ta' beraq, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

IT-TLIETA 23 ta' ĠUNJU:

Għall-Ħutna bi Bżonnijiet Speċjali u Ħutna Anzjani

Fl-4.30 ta' fil-għaxija quddiesa għal dawk bi bżonnijiet speċjali u ħutna anzjani. B'hekk fil-ġimgħa tal-festa tagħna nkunu nkludejna lil dawn ħutna li huma tant għal qalbna. Imexxi ċ-ċelebrazzoni Dun Ewkarist Zammit.

Għaż-Żgħażagħ  -  San Ġorġ sfida ta' ħajja nisranija.

7.00 pm: Quddiesa għaż-Żgħażagħ fil-knisja. Nistiednu liż-żgħażagħ fil-kummissjonijiet tal-każini tal-baned tal-parroċċa tagħna, "San Ġorġ Martri" u "Anici", fil-kummissjoni taż-żgħażagħ tal-Kumitat Festi Esterni u ż-żgħażagħ fl-Għaqda tan-Nar, kif ukoll iż-żgħażagħ fil-fratellanzi u fil-Grupp Żgħażagħ tal-Parroċċa, u liż-żgħażagħ li jħobbu lil San Ġorġ biex naraw kif il-Patrun tagħna joffrilna sfida u kuraġġ għal ħajjitna bħala nsara fid-dinja tal-lum. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Fr. Savio Vella SDB, Delegat tal-Arċisqof għaż-żgħażagħ.

Mill-Kummissjoni Festa u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali
Fis-7.45 ta' fil-għaxija: Membri tal-Kummissjoni Festa, jiġifieri, l-presidenti u segretarji tal-Kumitat Festi Esterni, tal-Għaqdiet Mużikali "San Ġorġ Martri" u "Anici" u tal-Għaqda tan-Nar "23 ta' April" flimkien mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, immorru nqiegħdu kuruni ta' ward quddiem l-istatwi ta' San Ġorġ u ta' San Sebastjan.

Fit-8.30 ta' fil-għaxija l-Banda Anici tagħmel li jibda minn: Triq Pietru Felici, Triq Anglu Borg, Triq Dun Ġwann Cilia, Triq il-Ħelsien, Triq id-Deheb Fin, Triq is-Sajf, Triq il-Għasel, Triq il-Ħarifa, Triq id-Dielja, Triq ix-Xitwa, Triq il-Bard, Triq il-Ħelsien, Triq ir-Riegni, Triq id-Dragun, Pjazza Ġuże’ Flores, Triq Pinto, Triq Cappadocia, Triq il-Vitorja sal-Każin Banda Anici.

L-ERBGĦA 24 ta' ĠUNJU:

L-Ewwel Jum tat-Tridu

Fit-8.00 ta' fil-għodu u f'nofs in-nhar ħruq ta' murtaletti.
Fl-4.30 ta' fil-għaxija fil-Knisja Arċipretali ssir il-quddiesa.
Fis-6.00 ta' fil-għaxija fil-Knisja Arċipretali ssir il-quddiesa li fiha jitkanta l-għasar votiv ta' San Ġorġ Martri. Nirringrazjaw lill-Mulej tal-qlub ġenerużi li semgħu is-sejħa tiegħu u offrewlu ħajjithom fis-saċerdozju jew fil-ħajja reliġjuża. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni l-Kan Dun Mikiel Zammit.

Wara l-quddiesa ssir il-priedka tat-Tridu. Din is-sena l-priedki tat-Tridu se jagħmillhom il-Kan Dun Ġwann Sultana, Rettur tal-Kappella ta’ Sant’Antnin, Xagħra, Għawdex. Wara l-priedka tat-Tridu, Kurunella lil San Ġorġ Martri, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Mal-Barka isir ħruq ta' murtaletti.
Kif tispiċċa ċ-ċelebrazzjoni fil-Knisja, il-Banda "Anici", tibda marċ u dimostrazzjoni bl­-istatwa ta' San Ġorg Rebbieħ li jibda minn quddiem iz-zuntier tal-Knisja għal Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina, Triq il-Barrakki, Triq Stagno, Triq il-Ħelsien, Triq ix-Xitwa, Triq in-Naħal, Triq il-Bħajra, Triq is-Sajf għal Triq ir-Rebbiegħa fejn fid-9.30 ta' fil-għaxija jinħaraq in-nar ta' l-art u jkompli l-marċ minn Triq il-Ħelsien, Triq il-Plejju, Triq id-Dragun, Pjazza Ġuże’ Flores, Triq Pinto għal quddiem il-Każin Banda Anici, Triq il-Vitorja sal-Pjazza tal-Vitorja fejn tittella l-istatwa ta' San Ġorġ Rebbieħ.

Fl-9.40 ta' fil-għaxija. ssir ħruq ta' beraq, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur.

IL-ĦAMIS 25 ta' ĠUNJU:

It-Tieni Jum tat-Tridu

Fit-8.00 ta' fil-għodu u f'nofs in-nhar ħruq ta' murtaletti.
Fl-4.30 ta' fil-għaxija fil-Knisja Arċipretali ssir il-quddiesa.
Fis-6.00 ta' fil-għaxija fil-Knisja Arċipretali tibda quddiesa bl-għasar. Iqaddes Dun Karm Grech.
Wara ssir il-priedka tat-Tridu, Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Mal-Barka, ħruq ta' murtaletti.
Fit-8.30 ta' fil-għaxija il-Banda San Ġorġ Martri tagħmel marċ u dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ fuq iż-Żiemel madwar dawn it-toroq: minn quddiem il-knisja għall-Triq il-Kbira, Triq Santa Katerina, Triq l-Isqof Scicluna, Triq Pinto, Pjazza Ġuże’ Flores, Triq id-Dragun, Triq il-Vitorja, Triq Anici, Triq il-Kbira sal-pjazza San Franġisk fejn tittella l-istatwa ta' San Ġorġ fuq iż-Żiemel.
Fid-9.30 ta' fil-għaxija. ħruq ta' beraq ikkulurit, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa tal­kulur.

IL-ĠIMGĦA 26 ta' ĠUNJU:

It-Tielet Jum tat-Tridu

Fit-8.00 ta' fil-għodu u f'nofs in-nhar ħruq ta' murtaletti.
Fl-4.30 ta' fil-għaxija fil-Knisja Arċipretali ssir il-quddiesa.
Fis-6.00 ta' fil-għaxija fil-knisja jsir kollox bħal jiem ta' qabel. Quddiesa bl-Għasar iċċelebrata min Dun Pawl Genovese.
Wara, bħal jiem ta' qabel, issir il-priedka tat-Tridu, Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Mal-Barka, ħruq ta' murtaletti.
Fit-8.15 ta' fil-għaxija. marċ mill-Banda San Ġorġ Martri li jibda minn Pjazza Fredrick Maempel, Triq Kardinal Sciberras, Triq il-Kbira, Triq San Pietru, Triq Santa Katerina, Triq il-Vitorja (in-naħa ta' fuq).
Fit-8.15 ta' fil-għaxija. program mużikali fuq il-planċier mill-Banda Anici fil-pjazza ta' quddiem il-Kazin Banda Anici. Wara marċ li jibda minn Triq Pinto għal Pjazza tal-Vitorja, Triq il-Vitorja sal-­Każin Banda Anici.
Fl-10.00 ta' fil-għaxija ħruq ta' beraq tal-kulur, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa tal­-kulur.
Fil-11.30 ħruq tal-logħob tan-nar ta' l-art fi Triq il-Vitorja.

 

IS-SIBT 27 ta' ĠUNJU:

Lejlet il-Festa

Fis-6.00 u fis-6.45 ta' fil-għodu fil-Knisja Arċipretali ssir il-quddiesa.
Fit-7.45 ta' fil-għodu quddiesa ta' ringrazjament li fiha jitkanta l-Innu ta' Radd il-Ħajr lil Alla -Te Deum. Iqaddes il-Kan. Dun Feliċ Tabone.
Fit-8.15 ta' fil-għodu. mat-Te Deum, ħruq ta' murtaletti u kaxxa spanjola.
F'11.45 ta' fil-għodu ħruq ta' murtaletti.
Fil-5.00 u fis-6.00 ta' fil-għaxija fil-Knisja Arcipretali ssir il-quddiesa.

TRANSLAZZJONI SOLENNI TAR-RELIKWIJA TA' SAN ĠORĠ MARTRI

Fis-7.15 ta' fil-għaxija Transalzzjoni Solenni tar-Relikwija ta' San Ġorġ Martri. L-ewwel isir Għasar u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Mons. Edgar Attard ex-Arċipriet f’għeluq il-50 anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu.
Mat-Translazzjoni isir ħruq ta' salut,
kaxxa spanjola u varjazzjoni ta' settijiet ta' murtaletti u murtali bil-logħob.

Fis-7.30 ta' fil-għaxija marċ mill-Banda Anici li jibda minn Triq tal-Ħlas, Triq il-Vitorja, Triq Alexandra, Triq il-Proża, Misraħ il-Kittieba, Triq San Dwardu, Triq Ġuże Muscat Azzopardi, Triq il-Vitorja sa quddiem il-Każin Banda Anici, Triq Pinto, Triq 23 ta’ April, Triq l-Isqof Scicluna, Triq Santa Katerina, Triq il-Kbira sa quddiem il-Knisja Arċipretali.

Fis-7.30 ta' fil-għaxija. jibda marċ mill-Banda San Ġorġ Martri minn ħdejn l-abatija fi Triq il-Kbira sa quddiem il-Knisja ta' San Franġisk fejn isir program mużikali fuq il-planċier. Fl-10.30 ta' fil-għaxija. ikompli l-marċ tul Triq il-Kbira sal-wied.

Fl-09.45 ta' fil-għaxija wirja ta' logħob tan-nar ta' l-ajru. Jinħarqu lampjuni, sfejjer, blalen u baraxxi, beraq ikkulurit, murtali tal-beraq bil-logħob u murtali tal-kulur. Wara kaxxa tal-kulur b'varjeta kbira ta' kuluri.
Fil-11.30 ta' fil-għaxija logħob tan-nar ta' l-art fil-misrah tal-wied.

IL-ĦADD 28 ta' ĠUNJU:

JUM IL-FESTA

Fis-6.00 ta' fil-għodu quddiesa.
Fis-7.00 ta'
fil-għodu quddiesa.
Fit-8.00 ta' fil-għodu quddiesa. Mat-tokki tat-tmienja isir ħruq ta' murtaletti.
Fid-9.15 ta' fil-għodu Quddiesa Solenni Konċelebrata u mmexxija minn Dun Frans Abdilla ex-Arċipriet f’għeluq il-25 anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Jinseġ il-paniġierku il-Kan. Dun Ġużepp Sultana, Viċi-Arċipriet tal-Kattidral, Għawdex.
Mas-Sanctus isir il-ħruq ta' murtaletti.
Fid-9.30 ta' fil-għodu isir l-marċijiet popolari mill-Banda Anici u fl-10.00 mill-Banda San Ġorġ Martri. Fin-nofs siegħa ħruq ta' murtaletti u kaxxa nfernali.
Fil-5.00 ta' fil-għaxija issir Quddiesa letta u fis-6.00 ta' fil-għaxija ikollna it-Tieni Għasar.
Fis-7.00 ta' fil-għaxija Purċissjoni bl-Istatwa Titutali tal-Patrun Tagħna San Ġorġ Martri. Imexxi l-Għasar u l-Purċissjoni Mons Alex Cordina, viċi-Rettur fis-Seminarju.

Mal-ħruġ ta' l-istatwa isir salut, kaxxa spanjola u diversi settijiet ta' murtaletti li jakkumpanjaw il-purċissjoni. Meta l­-purċissjoni tasal ħdejn il-Vitorja tinħaraq kaxxa nfernali. Qabel u waqt il-purċissjoni jieħdu sehem dawn il-baned mistiedna: "La Stella" tal-Gudja, "Maria Mater Gratiae" ta' Ħaż­-Żabbar u "12th May" ta' Ħaż-Żebbuġ.

Fid-9.30 ta' fil-għaxija isir ħruq ta' settijiet ta' beraq ikkulurit, sfejjer, blalen u murtali tal­kulur. Tagħlaq il-purċissjoni kaxxa tal-kulur u waqt il-Barka tinħaraq kaxxa tal-bomba.

Mad-dħul tal-Istatwa fil-knisja, titkanta l-Antifona u ssir il-Barka Sagramentali. Wara l-Barka nistennew lill-sħabna tan-nar, fejn isir il-bews tar-Relikwa, talba ta' ringrazzjament lil Alla, tislima lil San Ġorġ Martri u isir il-marċ ta' l­-aħħar mill-Banda San Ġorġ Martri.


E-mail:   [email protected]


Please email for support

06-06-2009

Hosted by www.Geocities.ws

1