PARROCCA SAN GORG MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 
QORMI - MALTA

 

MEDJU EVU

Il-Bidu tal-parrocci ewlenin Maltin hu mitluf fil-bahh ta’ l-imghoddi u, ghalanqas s’issa, ma nafux sewwa sew meta twaqqfu l-ewwel centri pastorali parrokkjali. Fl-imghoddi nghataw xi dati izda dawn harighom xi hadd minn jeddu u kif deherlu hu, minghajr ebda sisien dokumentati. Li nafu fi zgur hu li l-ewwel ghaxar parrocci rurali raw il-bidu taghhom fiz-zminijiet tan-Nofs, il-Medju Evu. Fosthom kien hemm parrocca bazata f'Hal Qormi li llum tghodd ’il fuq minn 600 sena ta’ hajja attiva. Izda meta twaqqfet din il-parrocca? Dan hu tabilhaqq dak li ser nippruvaw insibu biex imbghad nisiltu l-istorja tag]ha.

Twaqqif tal-Parrocca
Il-parrocca ta’ San Gorg ta’ Hal Qormi hi wahda mill-eqdem li hawn fil-gzejjer Maltin izda, madankollu, mhix maghrufa s-sena meta twaqqfet bhala parrocca. Min-naha l-ohra, hu fatt maghruf u dokumentat li kienet zgur tezisti fl-1436. Dan johrog minn dawk li jissejjah Rollo ta’ l-Isqof Senatore de Mello (1) li hu lista twila ta’ ghadd mhux hazin ta’ benefizzji, animagji u prebendi li fl-1436 kienu jezistu f’Malta u mqassmin fost il-kleru ta’ dik is-sena. F’din il-lista jissemmew ghaxar cappelle, jew parrocci, u minhabba f’hekk diversi kittieba fl-imghoddi kkwotaw dan id-dokument u sahqu li fl-1436 twaqqfu ghaxar parrocci godda, fosthom wahda f’Hal Qormi.(2) Izda jekk wiehed jifli sew dan ir-Rollo, ma jsib xejn u xejn dwar twaqqif ta’ parrocci. Imkien ma nsibu li l-ghaxar cappelle waqqafhom l-Isqof de Mello, izda aktarx li x’uhud minnhom kienu ilhom imwaqqfin ghadd ta’ snin qabel mhux hazin.(3).

Wiehed ma jistax ihares lejn dan id-dokument minghajr ma jifli wkoll mieghu l-kuntest ta’ l-istorja ta’ Malta f’dik l-epoka. Dawk id-decennji partikolari (jigifieri s-snin 1420-1440) kienu zmien ta’ ghaks u niket minhabba taqlib politiku liema bhalu: il-qawmien nazzjonali Malti kontra t-tirannija tas-sid fewdali Gonsalvo de Monroy, (4) il-pesta li hakmet lill-gzejjer Maltin (5), l-attakk tal-Mori fl-1429 u ghaks kbir li mbghad gie fuq Malta.(7) Dawn kienu problemi kbar li kellhom ihabbtu wicchom maghhom il-Maltin kollha, fosthom il-Qormin, u certament ma kenitx tinhass il-htiega ta’ firxa, la fis-settur civili u lanqas f’dak ekklesjastiku. Fi kliem iehor, ma kienx zmien li jitwaqqfu parrocci godda u dan kollu jissokta jwettaq dak li diga’ ghidna dwar ir-Rollo.

Izda hemm hjiel li juri li Hal Qormi kien ilu ghadd ta’ snin li kien mgholli fi status ta’ parrocca. Fl-Arkivju tal-Vatikan instab document li jirreferi ghall-mewt tal-kappillan ta’ Birkirkara fl-1402, (8) jigifieri 34 sena qabel ir-Rollo ta’ l-Isqof de Mello. La kien hemm kappillan karkariz fl-1402, hi haga cara li l-parrocca ta’ Birkirkara kienet twaqqfet xi snin, ftit jew hafna, qabel. Izda Birkirkara dak iz-zmien kienet izghar minn Hal Qormi ghax, skond il-listi tad-Dejma, kellha inqas irgiel fid-Dejma kemm fl-1419 kif ukoll fl-1424. (9) Ghalhekk, wiehed jista’ jargumenta li, jekk Birkirkara kienet diga’ parrocca fl-1402, Hal Qormi kellu l-istess status ghax kien akbar. Ricerkatur modern sa wasal biex jikteb li l-parrocci Maltin setghu twaqqfu fi zmien l-Isqof Ilario (1356-70) u dan minzabba zewg ragunijiet: li dan l-isqof hu dokumentat li zar Malta fil-waqt li l-ohrajn qatt ma kienu jersqu lejn il-gzira, u li wera certu zelu fit-tmexxija tad-djocesi fdata lilu.(10) Dan kollu jaghti indikazzjoni qawwija li t-twaqqif ta’ Hal Qormi f’parrocca sehh fis-seklu erbatax, ghalkemm s-sena ezatta nibqghu ma nafuhiex.

Il-Knisja Parrokkjali
Il-knisja parrokkjali tal-lum x’aktax hi t-tielet wahda li nafu li nbniet fuq l-istess post. Ta’ qabilha ttelghet fl-1456, izda ma nafu xejn dwar il-knisja aktar bikrija li kien hemm, bhalma jirrizulta minn kitba mnaqqxa f’cangatura li llum hi ngastata fil-hajt hdejn il-battisteru tal-knisja prezenti. Il-kitba, maqluba ghall-Malti, tghid hekk: 1456. L-10 Jum tax-xhar ta’ Settembru. Dan il-hajt (twaqqaf) fi zmien Don Giglio Lombardo, Kappillan ta’ din il-Knisja. Il-prokuraturi tal-bini kienu Matteo Cassar u Pietro Camillieri. (11) Dan ifisser li, fi zmien il-kappillan Lombardo, imbniet knisja parrokkjali gdida jew tkabbret li kien hemm.

Izda x’kien l-istil arkitettoniku ta’ din il-knisja? Kif kienet mibnija? Ma jezistu ebda pjanti jew pitturi taghha, izda jidher li fiz-zmien medjevali ma tantx kien hemm differenzi arkitettonici bejn il-knejjes parrokkjali u kappelli ohrajn. Ghal kull ghamla ta’ maqdes kienu juzaw il-gebla tal-franka, kemm ghall-hitan kif ukoll ghas-soqfa li, parti importanti minnhom, kienu l-arkati. Bhala regola, kienu jibnu zewg hitan mirfudin flimkien u jimlew il-vojt ta’ bejniethom bit-terrapien. Il-hajt ta’ gewwa kien ikun maghmul minn gebel zghir m’hux minqux izda mkahhal u mbajjad, fil-waqt li ta’ barra kienu jtellghuh b’gebel zmarrat (ashlar bl-Ingliz) maqtugh kwadru. Ghas-saqaf kienu jaghmlu arkati paralleli li kienu jispiccaw kemmxejn ghall-ponta u fuqhom kienu jqieghdu x-xorok. Dawn ix-xorok ma setghux ikunu akbar minn qasba - bejn sitta u seba’ piedi - ghax dan kien l-itqal piz li kienu jifilhu. Ghaldaqstant, id-distanza ta’ bejn arkata u ohra kienet tkun ta’ madwar sitt piedi. (12) M’ghandniex nahsbu li l-knisja ta’ Hal Qormi kienet differenti minn din id-deskrizzjoni, anzi nafu zgur li kienet imsaqqfa fuq l-arkati kif ser naraw aktar ’il quddiem. Nafu wkoll li l-orjentazzjoni ta’ l-artal maggur kien il-kuntrarju minn dak li hu llum fil-knisja prezenti. (13)
Izda nergghu lura ghall-gebla tal-1456; minn din, studjuz jislet idea ragunata ta’ kif jahseb li kien il-bieb tal-knisja tal-1456. F’kitba ppubblikata fl-1984, insibu din id-deskrizzjoni ta’ din Ic-cangatura antika: ta’ ghamla kemmxejn tawwalija li tispicca f’srk ftit jew wisq bil-ponta. Madwarha hemm lavur semplici u, fuq l-ark, bhal qaws Gotiku msebbah b’tinqix ta’ weraq tal-hannewija. Donnu min hadem il-plakka kellu f’mohhu bieb ta’ knisja tas-seklu hmistax bhal dak li ghadna naraw fil-faccata tal-kappella tan-Nativita’ li tmiss mal-knisja ta’ Bir Miftuh. Tghid l-artist m’hux maghruf hallielna tifkira ta’ kif kien il-bieb tal-knisja tal-1456? Il-weraq tal-hannewija kien element ta’ dekorazzjoni mfittex hafna fl-arkitettura medjevali-tardiva ta’ Malta. (14)

Din il-knisja parrokkjali medjevali kellha zewg kappelli jew imissu maghha jew fic-cimiterju ta’ madwarha. Fl-1575, Monsinjur Pietru Dusina ghamel Vista Appostolika - kif g]ad naraw aktar fit-tul ’il quddiem - u rrefera ghalihom. Kienu ddedikati lil-Lunzjata u lil San Mikiel, u x’aktarx kienu jinfdu ma’ xulxin permezz ta’ bieb. (15) Izda referenza ferm eqdem tmur lura g]as-sena 1500 ghax, fl-atti notarili tan-Nutar Consalvo canchur, insibu li certu Nucju Cassar ta dar f’Hal Qormi lil Pawlu Cassar, gar tieghu u aktarx qaribu wkoll, bil-patt li sakemm idum haj jixghel lampa kull nhar ta’ Sibt u fil-vgili tal-festa ta’ Santa Marija fil-knisja zghira tal-Lunzjata li kien hemm fic-cimiterju tal-knisja ta’ San Gorg tal-parrocca u jhalli li wara mewtu, titqaddes quddiesa f’giehu nhar il-festa tal-Lunzjata fl-istess knisja.(16)

Mela jidher li din il-knisja parrokkjali kellha cimiterju madwarha bhalma kellhom hafna knejjes Maltin ohrajn ta’ dak iz-zmien. Izda d-dfin ma kienx isir fic-cimiterju biss izda wkoll fil-knejjes - direttament fl-art, x’aktarx fuq xulxin - fejn kien hemm ukoll oqbra privati. (17) Dan jghodd ukoll ghal Hal Qormi, anzi hemm x’juri sewwa li fil-knisja kien hemm oqbra privati. Fl-1534, il-kappillan il-gdid Dun Guljanu Borg laqqa’ l-parruccani biex jaraw kif setghet tissewwa d-dar tal-kappillan li kienet imharbta. Certu Bartilmew Schembri offra uqija flus ghal dan il-ghan bil-patt li jinghata qabar fil-knisja parrokkjali fit-tieni arkata quddiem l-artal ta’ Santa Marija. (18) Fl-ewwel registru parrokkjali, li nbeda fl-1563 meta kienu ghadhom juzaw l-istess knisja medjevali u dik prezenti kienet ghadha ma nbnietx, il-kappillan kien inizzel regolarment li sar id-dfin fil-knisja. (19)

Minn dak li nafu x’gara fl-1534 jissokta jwasslilna aktar taghrif dwar il-knisja medjevali Qormija. Jinghad car u tond li kienet imsaqqfa bil-hnejjiet u x-xorok, li kien hemm mill-anqas artal wiehed, minbarra dak magguri u li f’Hal Qormi kien hemm devozzjoni lejn Santa Marija. Anzi xhud ta’ din id-devozzjoni sahansitra tmur lura lejn is-sena 1502 meta tissemma Fratellanza ta’ Santa Marija: confratie sanctae Mariae sancti Georgi parocchia Casalis Curmi huius insole.(20) Ma nafux x’sar minnha din il-fratellanza izda hi haga zgura li ma baqghetx tezisti tant li lanqas issemmiet fil-Vista Appostolika ta’ Monsinjur Dusina fl-1575. (21)

Meta nigu ghall-qaddis titulari tal-parrocca, jigifieri San Gorg Martri, insibu l-ewwel referenza miktuba fl-1522 fl-Arkivju tal-Katidral ta’ l-Imdina, refernza li jtennuha diversi drabi fis-snin ta’ wara: Sancti Georgii di casali Curmi (1522); sancti Georgii Casalis curmi, parocchia (1532); sancti Georgii casalis Curmi (1536). (22) Izda dan ma jfissirx li l-parrocca kienet iddedikata lil xi qaddis iehor. Bizzejjed nghidu li ghadu jezisti l-kwadru titulari li bejn wiehed u iehor tpitter lejn nofs is-seklu hmistax u fih hemm ix-xbiha ta’ San Gorg Martri.


Parruccani
U wehidha tigi l-mistoqsija, “Kemm kienet kbira l-parrocca qormija?” Biex wiehed iwiegeb, irid ihares lejn it-territorju u lejn in-numru ta’ parruccani. Bhala territorju, Hal Qormi kien jasal sa u jinkludi fejn illum hemm il-Belt, u hekk baqa’ sakemm inbniet Valletta.

Rigward il-parruccani, irridu naraw kemm zdiedu matul is-snin. L-ewwel taghrif li ghadna dwar figuri ta’ Qormin insibuh fil-lista tad-Dejma tal-1419. Dak iz-zmien, kull ragel ta’ bejn is-16 u l-65 sena, sakemm ma kienx marid, kien obligat jaghti sehmu fid-Dejma, ir-rigment Malti li kien jghasses ix-xtut, permezz ta’ roster, kontra l-ghadu Mislem. Biex naslu ghal numru li jqarreb ta’ abitanti, niehdu n-numru ta’ l-irgiel fid-Dejma u nimmoltiplikawh b’hamsa. Fl-1419, kien hemm 102 irgiel u 108 fl-1424. Fl-1483 kien hemm 130 qormi fil-lista ta’ l-angara, jigifieri dawk li kellhom jahdmu b’xejn ghal xi jiem fuq tiswijiet ta’ toroq u swar. (23) B’hekk nafu li n-numru ta’ parruccani qormin, bejn wiehed u iehor, kien 510 fl-1419, 540 fl-1424 u 650 fl-1482. Dawn il-figuri juru li r-rahal kien qed jikber aktar u aktar, u kien kbir mhux hazin ghal dawk iz-zminijiet.

Jidher li bosta Qormin tal-Medju Evu kienu jahdmu fir-raba’. Uhud kellhom l-art taghhom, izda kien hemm ohrajn li ma kellhomx. (24) Il-Parrocca qormija kienet bhal bqija ta’ Malta: tigbor fiha haddiema fil-qasam agrikolu. Anke fil-prodotti ma tantx kien hemm x’wiehed jaghzel bejn post u iehor. Fl-art saqwija kienu jkabbru l-qoton u c-cereali: qamh u xghir fix-xitwa u qoton fis-sajf. Maghhom inzidu frott u hxejjex li minnhom kien hemm varjeta’ mhux hazin, madwar mija, fosthom il-bettieh, tuffieh, hawh, langas, laring u mill-anqas erba’ varjetajiet ta’ gheneb. Fuq art baghlija kienu jkabbru l-qamh u x-xghir. (25) Il-prezz ta’ l-art f’Hal Qormi ghola hafna fl-ahhar erbghin sena tas-seklu hmistax tant li certu Beneditt Galdes mill-Imdina fl-1499 stqarr li bicca art li kienet tiswa 11 -il uqija kienet ghadha kemm inbieghet ghal 23 uqija. (26)

Bhal fil-bqija ta’ Malta, iz-zmien kien jitqies skond il-perjodi meta jsir ix-xog]ol: meta thallas id-diecmi, meta taghsar l-inbid, meta tizra, meta taqta’ l-ucuh tar-raba’, ecc. U dawn kienu jikkalkulawhom skond xi festi religjuzi partikolari: Ras ir-Randan (Frar/Marzu); San Gwann il-Battista (Gunju); Santa Marija (Awissu); San Martin (Novembru); il-Milied (Dicembru; u maghhom inzidu l-Pentekoste u Corpus Christi (Mejju/Gunju). Dawn il-festi kienu ccelebrati sew, anzi maghhom inzidu l-Karnival u l-Imnarja. F’diversi festi kienu jqassmu xi ikel u xorb lil xi foqra u f’Hal Qormi wkoll, kif tixhed x’kien isir nhar Santa Marija. Mal-kappelli ta’ Santa Marija tal-Blat, ta’ Qrejqca u kappella ohra bl-istess isem, li m’ghadhiex tezisti, kien hemm dhul ta’ flus marbut mat-tqassim ta’ karita’ lil ghadd ta’ foqra f’jum il-festa. (27)

1 LNM 721, item 2, mhux impagnat.

2 Fost l-ahhar awturi f’dan l-izball insibu lil S.M. Haslam u J. Borg, The River Valleys of the Maltese Islands - Environment and Human Impact, Malta 1998.
3 L-interpretazzjoni korretta tar-Rollo ilha li rat id-dawl mill-anqas mis-sena 1965. Ara V. Borg “Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg f’Hal Qormi Tinbena u tithejja ghall-Jum il-Konsagrazzjoni Taghha”, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg Hal Qormi - Erba’ Sekli ta’ Storja, editur J.F. Grima, Malta 1984, 9, nota 1. Dak iz-zmien l-editur kien student universitarju u niftakar tajjeb din l-interpretazzjoni ta’ Monsinjur Professur Vincenz Borg.
4 G. Wettinger, “The Pawning of Malta to Monroy”, Melita Historica, Vol. VIII No. 3, Malta 1978, 265-83; A.P. Vella, Storja ta’ Malta, Vol. I, Malta 1974, 130-2; C. Dalli, Iz-zmien Nofsani Malti, Malta 2002, 152-9.
5 T. Zammit, Malta - The Maltese Islands and their History, Malta 1973, 93; C. Dalli (2002), 175.
6 J.F. Grima, “The 1429 Moorish Attack on Malta,” Kultura, Vol. I No. 7, Ottubru 1993, 39-41; Idem, “Il-Pittura tal-Koppla: L-attakk tal-Mori f’Settembru 1429 - L-Isfond Storiku”, Bejnietna, G]add 65, 1994, 7-14; E.R. Leopardi, Malta’s Heritage, Malta 1969, 34; C. Dalli (2002), 175.
7 G. Wettinger, ”Il-Grajja Bikrija tal-Knisja Matrici f’Ghawdex”, 350 Sena Kolleggjata 1523-1973, edituri C. Scicluna u G.B. Gauci, Malta 1974, 19.

8 A.T. Luttrell, ”The Cappella of Birkirkara1402”, Melita Historica, Vol. VIII No. 2, Malta 1981, 156-60.
9 Wettinger, ”The Militia List of 1419-20”, Medieval Malta: Studies of Malta before the Knights, ed. A.T. Luttrell, Londra 1975, 186. Fl-1419 u fl-1424 f’Birkirkara kien hemm 89 ragel fil-waqt li f’Hal Qormi kien hemm 102 u 108 rispettivament.
10 S. Fiorini, “The Clergy of Malta 1244 to 1460”, Melita Historica, Vol. XIII No. 2, Malta 2001, 167.
11 L-iskrizzjoni, miktuba b’Latin korrett, fiha dan: MCCCCLVI. X die Mensis Septembris. Hoc maramma ... tempore mei Donni Gilio Lombardi eiusdem Ecclesiae Cappellani, Procuratores vero super Marammate praedicto fuerunt Matteus Cassar, et Petrus Camilleri.
12 M. Buhagiar, “Medieval Churches in Malta”, Medieval Malta: Studies on Malta before the Knights, ed. A.J. Luttrell, Londra 1975, 171-2; Idem, “MedievelMaltese Churches Architecture”, Hal Millieri - A Maltese Casale, its Churches and Paintings, ed. A.T. Luttrell, Malta 1976, 81-9; L. Mahoney, A History of Maltese Architecture from Ancient Times up to 1800, Malta 1988, Kapitlu 2; Idem, 5000 Years of Architecture in Malta, Malta 1996, 33-44.
1 3 V. Borg (1984), 10, nota 4.
14 M. Buhagiar, “Xog]olijiet ta’ Arti w Artigjanat fil-Knisja ta’ San Gorg, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Gorg, Hal Qormi - Erba’ Sekli ta’ Storja, ed. J.F. Grima, Malta 1984, 87.
15 J.F. Grima, “Il-Kappelli Qormin fl-1575”, Ghadd 39, Randan 1988, 11; G. Aquilina u S. Fiorini, Documentary Sources of Maltese History, Part IV - Documents at the Vatican - No 1. Congregatione Vescovi e Regolari -Malta: Vista Apostolica no. 51 Mgr Pietro Dusina 1575, Malta 2001, 99 u 100.
16 G. Wettinger (1984), 5.
1 7 G. Wettinger, “Burials in Maltese Churches 1419-1530”, Hyphen, Vol, IV No. 2, Malta 1984a, 39-45; A.T. Luttrell, “Churches Patronage and Burial Practice in Malta”, Excavations at Hal Millieri Malta, ed. T.F.C. Blagg, A. Bonanno u A. T. Luttrell, Malta 1990, 107-114.
18 G. Wettinger (1984), 6.
19 Arkivju Parrokkjali San Gorg, Hal Qormi (APGQ). Liber I (1563-1584), Baptizatorum, Defunctorum, Confirmatorum, passim.
20 G. Wettinger (1984), 4-5.
21 Arkivju Arciveskovili Malta (AAM), Vista Pastorali (VP) Dusina C, ff. 70-3.
22 G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800, Malta 2000, 494.
23 G. Wettinger (1984), 3; Idem (1975), 186.
24 Ghal diversi dettalji ara J.F. Grima, Mill-Istorja ta’ Hal Qormi, Vol I, Malta 2001, 35-8.
25 L-ahjar xoghol dwar il-biedja Maltija fil-Medju Evu hu ta’ G. Wettinger, “Agriculture in Malta in the Late Middle Ages”, Proceedings of History Week 1981, ed. M. Buhagiar, Malta 1982, 1-48; ara wkoll S. Fiorini. “Malta in 1530”, Hospitaller Malta 1530-1798, ed. V. Mallia-Milanes, Malta 1993, 11-99 passim.
26 G. Wettinger, “Donna Simona Caruana alias Baldes: Twice Married and Twice Widowed”, Melita Historica, Vol. XIII No. 2, Malta 2001, 1661.
27 J.F. Grima (2001), 45-7.

Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 2003


Please email for support

E-mail: [email protected]

LAST UPDATED 12-07-2005

aboutmalta.com


Hosted by www.Geocities.ws

1