PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

ĠIMGĦA L-KBIRA ĠEWWA ĦAL QORMI

Din hija paġna li ser titratta dwar l-akbar avveliment li seħħ fil-kalendarju Liturġiku. Qed nitkellem dwar il-Passjoni u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesu’cKristu li niċċellebraw ġewwa l-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri Ħal Qormi li dejjem ġew iċċelebrati bil-kbir. Kull sena il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tibda ħierġa fil-5.30 ta' fil-għaxija filwaqt dik tal-Għid il-Kbir tibda fid-9.00 ta' fil-għodu. Ġewwa l-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi l-irfiegħ tal-vari jsir mil-Fratelli tal-ħames Fratellanzi rispettivi. Dan issir wara li f'kull Fratellanza hemm numru sabih ta' servizzi li kull Fratell għandu jattendi. Kull servizz jintużaw il-punti. Illum il-ġurnata l-pruċissjoni jiehdu sehem madwar 650 persuna filwaqt li fosthom insibu madwar 120 Fratell bħal ma ġa semmejna li jieħdu sehem fl-irfiegħ.

L-istatwi kollha huma magħmula mil-karta pesta. L-ewwel dokumenti miktubin li nsibu juru l-ewwel purċissjoni li ħarġet mill-Parroċċa ta' San Ġorġ M. tmur lura għal 15 ta' April 1764. Din kienet ta' Kristu Irxoxt u ħarġet fl-Għid il-Kbir. Dik ta' Ġimgħa l-Kbira ħarġet fl-1788.
Informazzjoni mill-ktieb 'Erba' sekli ta' Storja' ta' Dr. Joe Grima.

Fis-sena 2002, fid-29 ta' Marzu l-purċissjonijiet kollha li jiġu organizzati ġewwa Malta u Għawdex ma' ħarġux minħabba x-xita.

(c) Photo by Borg George


IS-SEPULKRU

 

Iċ-Ċena (Unika f'Malta)
Magħmula minn Salvatore Bruno ġewwa Bari fl-1961.

L-Ort
Magħmula fl-1878 mill-bravu Karlu Darmanin (1825-1909).

Ġuda
Magħmula fl-1908 mill-bravu Karlu Darmanin (1825-1909).

Il-Marbut
Magħmul fl-1981 minn Alfred Camilleri Cauchi.

Ecce Homo jew Pilatu
Magħmula fl-1982 minn Alfred Camilleri Cauchi.

Redentur
Magħmula minn Karlu Darmanin fl-1887.

Ġesu' jiltaqa' ma' Ommu Marija
 
Magħmula fl-1980 minn Alfred Camilleri Cauchi.

Vera Icon
Magħmula fl-1981 minn Alfred Camilleri Cauchi. L-istatwa tal-Veronika bix-xbieha tal-wiċċ ta' Kristu hija xogħol antik ta' Karlu Darmanin.

Ġesu' Msallab fuq is-salib
Tmur lura għas-seklu 18. Il-Madonna u San Ġwann huma xogħol ta' Karlu Darmanin.

 Id-Deposizzjoni
Magħmula minn Salvatore Bruno f'Bari, Italja fl-1965.

Monument
Tmur lura għas-seklu 18. Wara alterazzjonijiet fis-sodda tal-Monument ġie inawgurat fil-Purċissjoni tal-2007.

Id-Duluri
Tmur lura għas-seklu 18.

L-Irxoxt


E-mail:   gorgborgqormi@gmail.com


Ikteb il-kummenti tieghek

 

Irrangata l-aħħar nhar 10-02-2009

 

Hosted by www.Geocities.ws

1