PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

'Domus Curialis'

Grazzi tal-għajnuna u l-qalb ġeneruza tagħkom, bħala benefatturi kbar tal-parroċċa, issa x-xogħol fuq id-dar tal-Arċipriet jew aġjar kif ser inkunu nsibuha 'Domus Curialis' li tinsab fi Triq il-Kbira jinsab fl-aħħar fażi tiegħu.

Tajjeb li niftakru li biex tabilħaqq iċċelebrajna l-50 sena tat-titlu Arċipretali lil Knisja tal-parroċċa tagħna, propju fit-30 ta' Marzu 2003, il-mibki u qatt minsi l-Kan. Dun Ġwakkin Schembri offra d-dar tiegħu lill-parroċċa biex tkun id-dar tal-Arċipriet. Fl-24 ta' April 2003 b'att pubbliku rregala d-dar tiegħu lill-parroċċa ta' San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi, biex qed tintuża bħala d-'Domus Curialis', dar fejn jgħix l-arċipriet meta jkun qed jaqdi dmirijietu fil-parroċċa tagħna. Wara tant snin bħala parroċċa issa għandna 'Domus Curialis', bi storja kbira li għexu fiha nies kbar li jibqgħu infakrin fl-istorja ta' Ħal Qormi u f’qalbna.

GRAZZI DUN ĠWAKKIN (1930-2006), qatt mhu ha ninsewk fit-talb tagħna.

Xogħol li sar fid-Domus Curialis:

Bħal ma’ kulħadd kien jaf, il-Ħadd 1 ta’ Ottubru 2006, d-dar tal-arċipriet kienet miftuħa għall-pubbliku biex wieħed ikun jista jara x’xogħol li sar u għad irid isir f’din id-dar hekk prezzjuża u għal qalb ħafna Qormin.
Tajjeb li wieħed jibda jsemmi minn fuq il-Bejt, fejn wara li tneħħa l-kontrabejt u ġew mibdula xi xorok, reġa’ tqiegħed t-terrepin, ingħatat sodda tal-konkos, ingħata l-membrane u f’aħħar ingħata l-kontrabejt. L-istess xogħol sar għat-turetta li tinsab fuq l-istess bejt. B’hekk ingħatat ħajja ġdida lis-saqaf kollu tat-tieni sular. Iċ-ċint tal-bejt, wara li nbidlu xi knatan li kienu perikolużi, tnaddaf sew u qabel tkaħħal kollu sew inbidlu l-balavostri kemm tat-turetta kif ukoll tal-appramorta. Saru xi vażi ġodda li kienu neqsin fuq l-istess disinn ta l-oħrajn tal-appramorta

Il-ħajt u t-taraġ li jagħti għall-bejt ġie mibrux u mkaħħal sew filwaqt li l-bieb tal-bejt wara li sar xi tiswija fuqu ġie ssudat. It-tieqa ġiet restawrata u miżbugħa mill-ġdid.
Dwar l-akbar kamra li hemm fit-tieni sular, dik li nsejħula s-sala, sar ħafna xogħol. F’din il-kamra kellu jsir saqaf tal-konkos ġdid. Saret sistemazzjoni ta’ dawl ġdid. Sar il-kisi bil-ġibs tas-saqaf li hu ġdid, ġie mkaħħal kullimkien sew, ġiet irranġata s-sodda tal-art fejn anki nbidlu xi xorok. Inxtara madum taċ-ċeramika ġdid u sar it-twaħħil tiegħu fejn wara inżebgħu l-ħitan. L-apperturi ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid. L-istess xogħol se jsir fil-gallarija.

Il-Kamra tax-Shower u oħra tal-Banju peress li s-saqaf hu ġdid sar il-kisi bil-ġibs. Saru travi tal-injam kollha ġodda. Wara li nqala’ dak kollu li kien hemm, fejn iż-żmien kien għamel tiegħu sew, saret sistema ta’ l-ilma u dawl ġodda. Inxtara sett komplut bil-madum għaż-żewġ kmamar u twaħħal dak bżonnjuż għal karma żgħira fejn waħda minnhom qegħda ma’ ġemb il-kamra tas-sodda.

Fl-Uffiċċju privat tas-sular ta fuq kellu jinqala l-madum kollu tal-art. Saru travi tal-injam ġodda u sistemazzjoni ta’ dawl ġdid. Il-kisi tas-saqaf li hu ġdid sar bil-ġibs. Ġie mkaħħal kullimkien sew, ġiet irranġata s-sodda tal-art ta’ taħt il-madum, fejn wara reġa’ twaħħal il-madum l-antik. Inżebgħu l-ħitan u sar l-għorik tal-madum. L-apperturi ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid.

Fis-sular ta’ fuq insibu żewġ kmamar tas-sodda żgħar. Kellu jinqala’ l-madum kollu tal-art. It-travi saru kollha ġodda. Saret sistemazzjoni ta’ dawl ġdida, ġie mkaħħal kullimkien sew u ġiet irranġata s-sodda tal-art. Sar il-kisi bil-ġibs tas-saqaf li hu ġdid. Reġa’ twaħħal il-madum l-antik, inżebgħu l-ħitan u sar l-għorik tal-madum. L-apperturi ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid. L-għamara fiż-żewġ kmamar hija dik l-istess li kien hemm fid-Domus Curialis ta’ qabel.
Xogħol li sar fl-Intrata isfel: saret sistemazzjoni ta’ dawl ġdida. Sar il-kisi bil-ġibs tas-saqaf, ġie mkaħħal kullimkien sew u nżebgħu l-ħitan. Sar l-għorik tal-irħam tal-art. L-apperturi ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid.
Wara l-Intrata ukoll saret sistemazzjoni ta’ dawl ġdida. Bħal kullumkien sar il-kisi bil-ġibs tas-saqaf, ġie mkaħħal kullimkien sew u nżebgħu l-ħitan. Inqala’ l-madum li kien hawn f’din il-parti għax kien imkisser. Inxtara madum tal-irħam eżatt bħal tal-intrata, ġiet irranġata s-sodda tal-art u wara sar it-tqegħid tal-irħam. Sar l-għorik tal-irħam tal-art. Ġie mkaħħal l-ħitan tat-taraġ u miżbugħ kullimkien. Tnaddaf u inżebagħ mill-ġdid il-ħadid tat-taraġ. L-apperturi ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid.
Iż-żewġ kmamar li jmissu mal-faċċata jiġifieri kemm il-kamra tax-xellug kif ukoll tal-lemin ukoll kellu jinqala’ l-madum kollu tal-art. Saret sistemazzjoni ta’ dawl ġdida fejn fil-kamra tax-xellug ġiet imwaħħla l-‘consumer unit’ il-ġdida. Iż-żewġt ikmamar inbarxulhom il-ħnejjiet. Sar il-kisi bil-ġibs tas-saqaf, wara li ġie mkaħħal kullimkien sew. Sar it-twaħħil tal-folji tal-‘Gypsum’ mal-ħitan fejn wara sar it-tikħil bejniethom. Inxtara madum taċ-ċeramika ġdid u ġie mqiegħed f’postu. Wara nżebgħu l-ħitan. L-apperturi ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid.
Il-kmamar l-oħra t’isfel tista’ tgħid li sarilhom l-istess xogħol għajr li ma’ ġiex imwaħħal il-‘gypsum’ mal-ħitan.

Xogħol li sar fil-Kċina li hi ta’ daqs mhux ħazin: inqala’ l-madum kollu tal-art kif ukoll infetħu l-ħnejjiet tal-ġnubijiet li kienu twieqi. Saru t-travi tal-injam ġodda li jżommu x-xorok. Saret sistemazzjoni ta’ dawl u ilma ġdida. Sar il-kisi bil-ġibs tas-saqaf, wara li tnaddaf il-ħajt sew, ġie mkaħħal kullimkien. Inxtara madum taċ-ċeramika ġdid kemm għal-art kif ukoll għall-ġajt u ġie mwaħħal f’postu. Wara nżebgħu l-ħitan. L-apperturi ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid. Għal din il-kamra ġiet ordnata kċina ġdida.


Fil-Bitħa tan-nofs, interna, ukoll kellu bżonn jinqala’ l-madum kollu tal-art fejn anki hawn kellha ssir sistema ta’ dawl, ilma u katusi ġodda. Wara li tnaddaf il-ħajt sew, ġie mkaħħal kullimkien. Il-ħitan tal-bitħa baqgħu fuq il-ġebla bħal ma’ kienet qabel. Inxtara madum taċ-ċeramika ġdid għal-art u tqiegħed f’postu. Il-bir ġie mbattal, mnaddaf u miksi mill-ġdid għax kien maqsum. L-aperturi li jagħtu għall-bitħa ġew restawrati kollha u miżbugħin mill-ġdid.


Fil-Bitħa u l-ġnien li jmissu mad-dar inqala’ l-madum kollu tal-art tal-bitħa kif ukoll tat-taraġ li jagħti għall-ġnien. Fejn kien hemm il-ħamrija fuq naħa tal-passaġġ sar kollu madum ġdid u ġie parti mill-bitħa. Saret sistemazzjoni ta’ dawl u ilma ġdida. Sar restawr tan-niċċa li hemm f’din il-bitħa. Wara li tnaddaf il-ħajt sew, ġie mkaħħal kullimkien kif suppost. Inxtara madum taċ-ċeramika ġdid u sar it-tqegħid tiegħu. Iċ-ċint u l-ballavostri saru kollha ġodda. Fil-parti tal-ġnien inżabru s-siġar u tnaddaf il-passaġġ għat-tieni parti tal-ġnien. Hawn ser jiġi mwaħħal kanċell ġdid bħala sigurta’.
Fit-tieni parti tal-ġnien: Sar restawr tal-ħajt kemm tax-xellug kif ukoll tal-lemin li ġarrab ħsarat kemm fl-għargħar kif ukoll meta kien qed jiżviluppa l-madwar. Wara li tnaddfu il-ħitan sew, ġie mkaħħal kullimkien kif suppost. F’din il-parti tal-ġnien ukoll inżabru s-siġar, sar restawr u tnaddaf il-passaġġ għall-ġnien ta’ wara l-garaxx. F’din il-parti hemm spira li għadha qed tintuża sew. L-arkata li tagħti għall-ġnien t’isfel inħattet u reġgħet inbniet mill-ġdid.
Xogħol li sar fil-ġnien ta wara l-garaxx: Sar restawr u nbena parti mill-ħajt tas-sejjieħ tax-xellug. Nbena mill-ġdid il-ħajt tal-lemin li wkoll ġarrab ħsarat kemm fl-għargħar kif ukoll meta kien qed jiżviluppa l-madwar. Sar tindif tal-ħitan sew, ġie mkaħħal kullimkien. Parti mill-ġnien li hemm ħdejn il-kamra biswit il-garaxx ġiet mogħtija l-konkos. F’din il-parti tal-ġnien ukoll inżabru s-siġar, sar restawr u tnaddaf il-passaġġ li jgħati kemm għal-garaxx kif ukoll għall-kamra biswit il-garaxx.
Il-Garaxx: Inqala’ s-saqaf u ġew mibdula xi xorok li kienu miksura. Sar il-membrane taħt il-kontrabejt kemm tal-garaxx kif ukoll tal-kamra biswit il-garaxx. Saru t-travi tal-injam ġodda li jżommu x-xorok. Sar restawr u nbena parti mill-ħajt tax-xellug tal-garaxx. Inksew iż-żewġ soqfa. Wara li tnaddaf il-ħajt sew, ġie mkaħħal kullimkien kemm tal-garaxx kif ukoll tal-kamra biswit il-garaxx. Ingħatat sodda sew tal-konkos l-art kif ukoll tar-rampa tal-garaxx. Għad irid jiġi mibdul il-bieb tal-garaxx.

Grazzi lil Benefatturi Kollha li dejjem sibnihom ta' għajnuna liema bħala.
Any other donation help can be send or contact to:

Archpriest / Arċipriet:
Kan. Dun Anton Cassar
St. George Parish Church
Qormi

Tel:  (+356) 21 492997
Fax: (+356) 21 488393



 

Il-Faċċata tad-DOMUS CURIALIS
(c) Photo by George Borg -2004

 


E-mail:   gorgborgqormi@gmail.com



LAST UPDATED 02-
02-2009

Hosted by www.Geocities.ws

1