PARROCCA SAN GORG MARTRI - QORMI
 

50 SENA ARCIPRETALI

30 TA' MARZU 1953 - 2003

Arciprieti f'dan l-ahhar 50 sena:

Dun Anton Vella (Kappillan 1934, Arcipriet 1953 - 1955)

Dun Anton Vella twiled ir-Rabat u ha l-pussess ta' kappillan tal-parrocca fit-18 ta' Novembru 1934. Kien fil-Missjoni l-Kbira u hafna Qriema jiftakruh ghall-qalb hanina u karitattiva li kellu. Fi zmienu saru diversi opri, inkluzi l-pittura tal-koppla u l-paviment tal-irham tal­knisja. Kien hu li talab li l-parrocca taghna tigi mgholija ghad-dinjita' ta' Arcipretali. Dan kif fil-fatt sehh nhar it-30 ta' Marzu 1953. Fl-1955, lehaq kanonku tal-Katidral u miet fil-15 ta' Jannar 1960.

Dun Gerald Frendo (1955 - 1978)

Dun Gerald Frendo imwieled Hal Qormi, ha 1-pussess fis-27 ta' Novembru 1955 u baqa' jmexxi l-parrocca sakemm lehaq kanonku tal-Katidral fl-1978. Fi zmienu, fost hwejjeg ohra, sar tibdil strutturali fil-parti ta' wara tal-knisja fejn zdiedu xi mhazen, awla presbiterali u muzew flok parti mic-cimiterju l-antik, inzebghet il-knisja, inbena cimiterju gdid u kbir flok dak ta' l-Infetti u saru hafna zidiet fil-purcissioni tal-Gimgha l-Kbira li hadet ix-xehta kif nafuha illum. Miet lejlet il­Milled tas-sena 1994.

Dun Pawl Attard (1978 - 1981)

Dun Pawl Attard li huwa ukoll imwieled Hal Qormi ha l-pussess fil­5 ta' Frar 1978 u dam sal-1981 meta lahaq kanonku tal-Katidral. Fi zmienu, ta hajja gdida lill-hidma pastorali fir-rahal, infethet librerija parrokkjali ghas-self tal-kotba, inbidlu xi statwi tal-Gimgha l-Kbira u nbeda x-xoghol biex isir bankun artistiku gdid ghall-vara titular ta' San Gorg Martri.

Dun Edgar Attard (1981 - 1987)

Dun Edgar Attard imwieled Rahal Gdid. Ha l-pussess fis-27 ta' Settembru 1981. Huwa kompla x-xoghol mibdi mill-predecessur tieghu billi tkomplew jinbidlu xi vari tal-Gimgha l-Kbira; tlesta l­bankun u l-bradella tal-vara titulari ta' San Gorg Martri, saret iz­zokklatura tal-irham madwar il-knisja kollha. Dam Arcipriet sa 1987 meta lahaq kanonku tal-Katidral.

Dun Karm Aquilina (1987 - 1995)

Dun Karm Aquilina, twieled B'Kara u ha 1-pussess fl-1987. Matul il-parrokat tieghu inghata l-bidu tac-Centru Parrokkjali, inbniet il­Kappella tac-Cimiterju kif ukoll inxtara u twahhal generator ghall­knisja Parrokkjali. Dam Arcipriet sal-bidu ta' l-1995.

Dun Frans Abdilla (1995 - )

Dun Frans Abdilla li twieled Hal kirkop, ha 1-pussess nhar it-18 ta' Frar 1995. Kompla c-Centru Parrokkjali u ghamel Ufficcju Parrokkjali gdid; l-irfigh tal-vari kollha tal-parrocca inghataw f'idejn il-hames fratellanzi; infethet Kappella gdida fil-qasam ta' Farzina; Qanpiena gdida jisima 'Gorga'; restawr tal-pittura tal-koppla wara hsarat kbar, restawr tal-arzella li ukoll kellha hsarat konsiderevoli, kif ukoll nbeda u ghadu ghaddej ir-restawr tal-knisja kemm min barra kif ukoll min gewwa.

Ritratt kommemorattiv tal-Koncelebranti tal-quddiesa quddiem il-Wirja tal-Okkazzjoni

Ezattamnet il-Hadd 30 ta' Marzu, 2003 il-Parrocca taghna ccelebrat gheluq il-50 sena min mindu l-Arcisqof ta' Malta l-E.t. Mikiel Gonzi, ezattament fit-30 ta' Marzu 1953, hareg id-digriet li bih l-Knisja u Parrocca Matrici ta' San Gorg Martri gewwa Hal Qormi giet mghollija ghad-dinjieta ta ARCIPRETALI.

Ghalhekk is-Sibt 29 ta' Marzu, fis-6.00 ta' fil-ghaxija nghata bidu ghal-Koncelebrazzjoni Ewkaristika mexxija mill-Arcipriet prezenti Dun Frans Abdilla flimkien ma' zewg ex-arciprieti Mons. Dun Edgar Attard u l-Kan. Dun Karm Aquilina flimkien mal-Kleru Qormi, Dun Chris Galea (Vici-Arcipriet), Kan. Dun Felic Tabone, Kan. Dun Gwakkin Schembri, Dun Karm Grech u Dun Pawl Genovese. L-ex arcipriet Kan. Dun Paul Attard ma' setax jattendi minhabba raguni ta' sahha. Dan is-sagrifficju tal-quddiesa gie offrut ghaz-zewg ex-arciprieti li llum ma ghadhomx maghna, jigifieri ghal Mons. Dun Anton Vella u ghal Mons. Dun Gerald Frendo.

Fil-bidu ta' din ic-celebrazzjoni Kan. Dun Felic Tabone qara d-digrieti kollha, li jinsabu aktar l-isfel.

Qabel spiccat il-koncelebrazzjoni Patri Gorg Aquilina ghamel introduzzjoni zghira tal-ktieb gdid miktub minnu "San Gorg - Martri ta' Kristu" fejn kull minn ikkoncelebra gie prezentat wiehed bhala tifkira.

Wara nfethet wirja zghira fil-mahzen tal-vari sabiex tigi kommerizzata din l-okkazzjoni.

DAR GHALL-ARCIPRIET - GRAZZI DUN GWAKKIN:

Biex tabilhaqq nissuktaw niccelebraw il-50 sena Arcipretali, propju illum Dun Gwakkin Schembri offra d-dar tieghu lill-parrocca biex tkun id-dar tal-Arcipriet. Kif se nirringrazjawh lil Dun Gwakkin? Issa nistghu nghidu li mohhna mistrieh. Din kienet xi haga nieqsa fil-parrocca taghna. U issa dan il-vojt intela. Il-parrocca ser ikollha 'Domus Curialis'.

TALBA MILL-KAPPILLAN DUN ANTON VELLA

LILL E.T. Mons MIKIEL GONZI

Lill-E.T. Illus. u Revd. Mons Mikele Gonzi K B.E.,D.D., B.Lit., J C.D. Arciskof Metropolita u Astistent ghat-Tron tal-Qdusija Tieghu.

Umli Petizzjoni tar-Rev Dun Anton Vella,

Kappillan ta' S. Gorg tal-Belt Pinto.

 

Jesponi bil-qima kollha,

Li l-Knisja Parrokkjali tal-Belt Pinto hi wahda mill-eqdem tal-Gzira ta' Malta: il-bidu taghha jintilef il-boghod fiz-zminijiet imbeghda, izda hu maghruf li fil-medju Evu kien hemm ga knisja Hal Qormi f'gieh S. Gorg u r-rettur taghha kien jaghmilha ta' Vici-Kappillan tal-Kappillan Maggur tal-Knisja Katidrali.

Fis-sena 1436 l-Isqof Senatore DeMello ghamel il-Vista Pastorali u ra l-htiega li jahtar parrocci godda fil-hafna nhawi tal-Gzira. Fl-istess sena waqqaf ghaxar parrocci godda u fost dawn insibu li dik tal-Qasam ta' Hal Qormi hi t-tielet wahda u taht il-harsien ta' S. Gorg M.

Qrib nofs l-istess seklu u sew sew fl-10 ta' Settembru 1456 inbeda l-bini ta' knisja gdida, akbar u isbah, u din il-grajja hi mfakkrha minn lapida qadima ta' siwi arkeologiku li ghandha sallum fil-Knisja.

Dik il-habta t-trufijiet tal-Parrocca ta' San Gorg kienu jinfirxu sal-lvant tal-Gzira, u kienu jhaddni l-art kollha fejn illum jinsabu l-Belt Valletta, u s-Subborgi tal-Furjana, Pieta', Hamrun, u Marsa: ghalhekk il-Parrocca ta' S. Gorg hi l-OMM tal-knejjes parrokkjali kollha tal-Belt Valletta, u tas-Subborgi fuq imsemmija, u minn dawn il-parrocci hemm min igawdi t-titlu ta' Arcipretali.

Waqt l-Assedju l-Kbir ta' Malta, Hal Qormi bata tabilhaqq u aktarx li dak iz-zmien gie meqrud l-arkivju tal-Parrocca, billi l-kamp ewlieni tat-Torok kien il-Mirsa fuq in-naha ta' Hal Qormi.

Il-Granmastri ukoll, bhal Slaten Suvrani tal-Gzira wrew interess wahdini ghal Hal Qormi: tant hu hekk li l-Granmastru Antoine De Paule ried izur l-Knisja Parrokkjali ta' S. Gorg qabel id-dahla trijonfali tieghu l-Imdina fit-23 ta' April 1623. Skond l-istorja, l-Granmastru gie milqugh b'ferh kbir mill-Kappillan, kleru u l-poplu ta' Hal Qormi. Kien Granmastru iehor Emanuel Pinto li hatar, l-ewwel rahal, Hal Qormi ghad-dinjita' ta' Belt bl-isem ta' Belt Pinto, fil-25 ta' Mejju 1743 u hekk il-Knisja Parrokkjali hadet dinjieta beltija.

Fi zmien il-Hakma Franciza tal-Gzira, aktarx li l-Knisja Parrokkjali ta' Hal Qormi inqdew biha ufficjalment ghall-funzjonijiet religjuzi, billi fir-registri tal-parrocca hemm imnizzel id-dfin fil-knisja ta' S. Gorg ta dawk li gew iggustizzjati mill-Kapijiet Maltin.

Il-Kleru tal-Belt Pinto kien dejjem maghzul ghall-qdusija w l-gherf tieghu u hafna minnu ghamlu gieh mhux biss lil Belthom izda wkoll lil Malta, bhalma kienu Mons. Carmelo Scicluna, Arcisqof ta' Rodi u ta' Malta u l-W.R. Dun Pietru Pawl Psaila, Rettur ta' l-Universita', moralista toelogu, u kittieb ta' xogholijiet fuq il-morali. Ohrajn gew mahturin kappillani ta' hafna parrocci; uhud Surmastijiet is-Seminarju w l-bqija jiehdu hsieb l-erwieh bil-predikazzjoni u d-direzzjoni spiritwali.

Ghaldaqstant, dan li qieghed iressaq din il-petizzjoni, jitlob bil-qima kollha lil E.T. Illust. Revd. biex tqis din id-daqsxejn ta' storja tal-Parrocca ta' S. Gorg li sawwret tul hames sekoli, u jekk jista' jkun tinqala' il-fakolta' mis-Santa Sede biex din il-Parrocca tigi mghollija ghad-dinjita' ta' Knisja Arcipretali kif jixtieq il-Kleru u l-Poplu ghall-Glorja ta' Alla u tal-Knisja Mqaddsa.

 

Bil-Qima Kollha

(ft.) il-Kappillan Dun Anton Vella

Skond kif deher fil-Programm tal-Okkazzjoni 303-1953

DIGRIET MILL- E.T. Mons MIKIEL GONZI

LILL SANTA SEDE, IL-VATIKAN

DIGRIET MIS- SANTA SEDE, IL-VATIKAN

LILL E.T. Mons MIKIEL GONZI

DIGRIET MILL- E.T. Mons MIKIEL GONZI

LILL KAPPILLAN DUN ANTON VELLA

BIL-LATIN

DIGRIET MILL- E.T. Mons MIKIEL GONZI

LILL KAPPILLAN DUN ANTON VELLA

BIL-MALTI

MIKIEL GONZI
Bis-setgha moghtija minn Alla u mis-Sede Appostolika,
Arcisqof ta’ Malta


F’Isem Gesu’.
Fost kemm Parrocci twaqqfu fi Gziritna sa mis-sena 1436, mill-Predecessur Taghna l-Eccellentissimu Isqof Senatore De Mello, ghandna l-Knisja ta’ Hal Qormi iddedikata lil Alla u lil San Gorg Martri. It-Territorju, moghti zmien ilu lil din il-Parrocca, inqassam matul iz-zmien f’diversi Parrocci skond il-htigijiet ta’ l-erwieh, hekk li sa mis-sena 1568 din il-Knisja sthoqqilha tikseb it-Titlu ta’ Matrici. B’hekk, il-Kleru u l-Poplu ta’ din il-Parrocca wera x-xewqa li l-Knisja taghhom, bhal fil-kaz tal-Knejjes li huma fost l-eqdem fiz-zmien u fost l-eghzez fil-gieh, tibda tissejjah Arcipretali, waqt li l-Kappillan jinghata t-Titlu ta’ Arcipriet. Ghalhekk, permezz tal-Kappillan taghhom Dun Anton Vella, ressqulna din it-talba, biex fuq ir-rakkomandazzjoni Taghna is-Santa Sede taccetta l-proposta. Meta lis-Sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju ressaqnielha minn qalbna id-dokument ta’ din it-talba, l-istess Sagra Kongregazzjoni harget ir-Reskritt fejn laqghet it-talba tal-Kleru u l-Poplu. Ghaldaqstant, b’din l-Ittra iffirmata minna u moghnija bis-Sigill Taghna u bis-setgha ga msemmija, qed niddeciedu li din il-Knisja ta’ San Gorg Martri go Hal Qormi ghandha minn issa ’l quddiem tibda tissejjah Arcipretali u li kull Kappillan taghha jgib it-Titlu ta’ Arcipriet.

Dan id-digriet hareg mill-Palazz Taghna Arciveskovili, nhar it-30 ta’ Marzu, 1953.


(+) Michael
Arcisqof ta’ Malta

Mons. Giovanni Mifsud
Kancillier

E-mail:   [email protected]


Please email for support

Irrangata 12-07-2005

Hosted by www.Geocities.ws

1