Emmnuni, ili nahseb minn fejn ser nibda fuq dan is-suggett iktar minn dawn l-angli !
Nibda, nieqaf, nerga nibda w inqatta w inhassar kollox; m'hemx li nibda w inkompli !
Imma issa forsi qed naqbad art u nixtieq nistaqsi minn kien dak l-gharef li hareg bil frazi SAN PAWL MISSIERNA !
San Pawl kiteb ittri kwazi lill KULHADD, bhall
nieghdu ahna lit Tessaloniki, lill Korintini, lil Rumani, lill Filistini
- insomma, kwazi lill kullhadd. U ahna, li jigi missierna mank batilna
bicca kartolina ? Xejn ? Kemm ahna bziezel jahasra !
ID-DIVORZJU
Jien NAQBEL, B'HAFNA RISERVI, li f'Malta ghandu jidhol id-divorzju w ghaliex le ?
Ghandi hafna reservi ghax il-Malti mis-seba jiehu mhux l-id imma kollox! Tista tidhol ukoll fostna il-mentalita divorzjonista li QABEL ma wiehed ikun anqas biss beda jinnamra jkun tiga ghandu f'rasu li ma fija xejn li tizzeweg ghax jigri x'jigri ma hemm l'ebda problema ghax hemm id-divorzju. Pajjiz li jhaddan is-sistema tad-divorzju GENERALMENT ghandu hafna problemi ta' familji imkissrin, piki, tfal iddisklati w hafna problemi ohra -- forsi ghax biex iggib id-divorzju hija procedura semplici ? Ma nafx !
Minkejja dan kollu, jien nemmen SINCIRAMENT li f'Malta ghandu jidhol id-divorzju izda BI PRUDENZA KBIRA u mhux kif jinqala l-icken intopp kulhadd jigri ghall ghand avukat biex jiehu divorzju !
Ghandu jkun hemm studju SERJU w legizislazjoni GUSTA izda qabel kollox ghandu jkun hemm EDUKAZZJONI W PREPARAZZJONI sewwa qabel iz-zwieg biex ma jinqalawx intoppi wara, ghax il-Malti jeghejd li WARA QOFFA HARA! Ikun inutili li, neighdu ahna koppja jizzewgu jekk dawn ghadhom kif bdew ikellmu lil xulxin u hsiebhom biss biex jiggerew ma dak u ma l-ohra -- dan inkwiet biss jista johloq, kemm qabel u aktar u aktar wara iz-zwieg. Izda mill banda l-ohra ma tistax thalli koppja speci ta' mizzewgin ghax ir-ragel (tista tkun il-mara) beda jiggerra l-hawn u l-hinn, abbanduna il-familja, issawwat il-mara w it-tfal U MA JRRIDX JIBDEL HAJTU ! DIN INGUSTIZZJA ! Ghandu jsir minn kollox biex l-affarijiet jitrangaw IZDA HEMM LIMITU kemm wiehed jista jissaporti u jaqla go fih u fuq kollox tinsewx li KRISTU DARBA BISS DAWWAR WICCU meta qala daqqa ta' harta !!
Nitlob u nispera li meta xi darba jkun hawn
id-divorzju f'Malta HADD MA JIEHDU !
ID-DAGHA
Jien,
bhall hafna nies ohra, jdejjaqni id-dagha. Ghallkemm qatt ma hemm ragun
ghad-dagha, jekk wiehed jigbed xi wahda wara xi daqqa ta martell,jew waqt li jkun qed jahdem jew ghall-gost iffahailu xi wiehed mit-tfal, ma tantx
naghti kaz izda l-iktar li jdejjaqni hu dak id-dagha bla sugu ta' xejn
waqt "konverzazzjoni".
Izda ghandu joqod attent hafna MINN IGIEL LILL-HADDIEHOR JIDGHI ghax dan ikun hati IKTAR minn dak li jidghi. Hawnhekk nixtieq nigbed l-attenzjoni b'mod partikulari lill membri KOLLHA tas-socjeta tal-M.U.S.E.U.M. -- dawn ghandhom jibdew JIPPRATTIKAW DAK LI JIPPRITKAW.
Perkazu, il-karita. Din ma tfissirx taghmel karita ma ninn hu inqas minnek BISS izda tfisser ukoll li meta jigu bill-mini van biex jigbru it-tfal biex johduhom id-dutrina ma jinfexxux idoqqu il-horn kemm jifilhu ghax ikun hemm minn hu marid jew irid jistrieh.
Tal-M.U.S.E.U.M. generalment issibilhom sticker fuq il-hgiega ta'
wara tal-karozza li tieghdlek biex MA TIDGHIX ! Dan ghax forsi jaghmlu
hafna zbali w igalu lill minn jidghi iswed ? Jew forsi jigu jitnejjku minn
haddiehor u jipparkjaw fejn gie gie ? Allura jien nixtieq nissugerrixi
lill minn hu ingarigat biex barra dawn li stickers "LA TIDGHIX" jistampaw
ukoll stickers ohra, li jitwahhlu QUDDIEM is-sewwieq bil-kliem:
IGGIJELX LILL MINN JIDGHI HABIB
!
jisokta .. mhux bit-tadam tafux, imma jigifieri
inkompli darba ohra !
IL-KONTRACEZZJONI
Naf sewwa li dan huwa suggett jahraq hafna w ghall hekk domt xi ftit izzejed qabel ma ittratajt dan is-suggett.
Hemm hafna affarijiet li fuqhom ma nistax naqbel mal-knisja w dan huwa wiehed fost l-iktar importanti li dejjem hawwadli mohhi dwar it-taghlim tal-knisja. Hawwadli mohhi fis-sens li hemm hafna kontradizzjonijiet; minn naha il-knisja teghdlek li huwa ID-DMIR tal-kap li jipprovdi ghall-familja w ma jhallihiex nieqsa izda minn naha l-ohra tizloq u teghdlek li meta jkun hemm l-att sesswali bejn il-mizzewgin dan ghandhu jkollu skop wiehed, jigifieri li jkollok it-tfal. Dan forsi kien sewwa fi'zmien zemzem meta il-mara kien ikollha tarbija wara l-ohra w DEJJEM tqila. Koppja ta' xi erbejn sena ilu, f'ghoxrin sena zwieg kien ikollhom familja ta' xi hmistax il-ras -- MUR ARAK TLAHHAQ MAHHOM IL-LUM !!
Iz-zmieniet jinbidlu w il-knisja MA TISTAX tkompli twebbes rasa w tkompli tinsisti li l-att sesswali qieghed BISS biex iggib it-tfal fi-dinja. L-anqas il-qassisin bejnithom ma jaqblu fuq din il-haga ghax minn veru jifhem is-sitwazzjoni tal-lum jeghdlek mod u minn ghadu mohhu maghluq jeghdlek mod iehor, allura INT x'taqbad taghmel ? Froga ? Nahseb !
Sa issa kollox ward u zar ghax qedin nitkellmu fuq postijiet iccivalizzati w minn hawn jew minn hemm nahseb li hadd ma jmut bil-guh, izda f'miserja jkunu tafux ! Izda jekk wiehed jersaq daqxejn lejn il-pajjizi tat-tielet dinja hawn x'insibu ? DISASTRU SHIH !! Hekk trid il-knisja ELUF KBAR TA TFAL IMUTU BIL-GUH KULJUM ?
Il-lum hafna pajjizi sotto zvilupati, jew m'humiex, bhall l-Indja
w certu pajjizi fl-Afrika qed jaghmlu kampanji ta' edukazjoni biex inaqqsu
id-daqs tal-familja billi juzaw il-kontracettivi w sahansitra dawn jitqassmu
b'xejn. Allura f'Malta ser nibqaw daqsekk lura w il-knisja tibqa tinsisti
li l-uzu tal-kontracettivi huwa dnub, jew biex ma nuzawx dik il-kelma,
kontra it-taghlim tal-knisja ? Ejjew nistenbhu ftit, qedin fis-seklu ghoxrin
u fuq kollox minn ghandhu mohhu f'postu TIGA JUZA IL-KONTRACETTIVI. Hawnhekk
ma jrridx minn jifimni hazin u jeghed li allura bir-ragunament tieghi naccettaw
id-droga, ghax tiga qed tintuza. LE, xejn minn dan izda l-iswed ghandek
teghdlu iswed u l-abjad teghdlu abjad u mhux toqod tahrab is-suggett billi
teghid li hemm hafna kuluri bejn l-abjad u l-iswed.
Hemm affarijiet ohra importanti hafna li wiehed irid iqis ukoll.
Biex nibda nista insemmi mara jew ragel li ghandhom prezzjoni gholja hafna
w li huwa kwazi haga certa li din il-marda qerrida ser tintiret mit-tfal,
allura x'ser naghmlu hawn ? Mhux bizzejed hawn mard, ser inkomplu inziduh
billi nweldu tfal b'pressjoni gholja w titfahom f'infern kif jitwieldu,
jekk jitwieldu, ghax dawk l-ommijiet li jkollhom prezzjoni gholja generalment
jew iwweldu hafna qabel iz-zmien b'detriment ghas-sahha tat-tarbija jew
ikorru, jigifieri ma izzomhux it-tarbija. Barra minn hekk, mara bi-pressjoni
gholja minn ser jaghtija garanzija dwar hajjitha waqt it-tqala jew waqt il-hlas
? NIGGARANTILKHOM LI EBDA TABIB B'MOHHU F'POSTU MA JAGHMEL DAN !!
Hemm hafna mard iehor ereditarju li jekk tibda issemmi ma tieqafx
izda dan mhux is-suggett u allura nieqaf billi nappella SINCIRAMENT biex
il-knisja MA TKOMPLIX tbeghied nies mill-knisja w taccetta
KWALINKWA MOD ta' kontracezzjoni !
SUGGETTI OHRA LI SER NITKTEB FUQHOM HAWN
L-EWTANASJA
L-ABORT
IL-FESTI
IL-KNISJA U TAL-MISSJONI
IL-KNISJA W IL-KUMMERC
IL-KNISJA W IL-POLITKA
Jiddispjacini hafna izda ghal-lum ser ikolli
nieqaf hawn ghax qlajt qalbi izda inwedkhom li inkompli malajr kemm jista
ikun; sa dan it-tant SAHHA lill-kulhadd u jekk joghgobkom iffirmaw il ktieb tal-visitaturi hawn taht.