ID-DIPARTIMENT TAS-SAHTA -- ikompli

Hemm hafna affarijiet ohra li ma nistax nifhem fl'isptar San Luqa. Ejja naraw ftit kif tkun bejn wiehed u iehor gurnata tipika MINGHAJR kumplikazzjonijiet jew hwejjeg ohra abnormali:

Fl' erba ta fil-ghodu xi kurnut iwaqqa patella w ikun ser jaqbdek attakk f'qalbek - wahda !

Kwarta wara jigi wiehed johodlok il-ftit demm imhassar li jkun baqalek u dal poxt ma jsibx il-vina w iddahallek il-qahbec labra SEBA’ darbiet -tnejn ! Ghaxar minuti wara jigi iehor u jipprova tlett darbiet johodlok il-pressjoni - tlieta, u mhux ser nibqa nghodd ghax ma jibqax numri ! Ftit wara jaslu il-pirmli u wara li tiblahhom terga tigi tigri in-nurse u tistaqsik x'ghamilt bihom ghax dawk kienu ta haddiehor ! (kien ikun hafna ahjar li kieku veru ghamilt li ghidtilha li ghamilt !) Ftit wara jigi wiehed minn ta qabel u itaqqablek subajk kollha biex jiehu qatra demm (jekk fadal) biex jiccekjaw iz-zokkor. Kif tigi mill loki issib wiehed jistenna bil-qahba flixkun f'idu biex tpixxi fih -- issa ?? Fl'ahhar, jahasra, wasal il-breakfast ! Jistaqsuk jekk tridx bela' te u titolbu kafe' imma bir-rieha tibqa ghax ma jkollux -- dak trid iggibu int izda daqxejn mishun itik ! Meta tara il-kulur tal-likwidu,qisu bewl tal-fniek morda bil-muzalz,  li jkun qed ifferra lill ta hdejk ma tiehu xejn u tiddecidi li tgerrem bicca gallettina mill-isgambella. Sfortunatament issib li 'l-cokroc u n-nemel ghamlu festa qablek u tiddeciedi li tobdi u taghmel id-dieta kief qallek it-tabib! Ghadu lanqas biss sebah u tibda tiskanta w tistageb kif l-ostra ghadek haj -- jew ?!

Issa beda jersaq il-hin li jindibel ix-xift u jinqala storbju u ghajjat shieh ! Dak jidghi u jahlef ghax ta qablu ma nehhewlux il-flixken tal-bewl, l-iehor jahlef aktar minnu ghax il-loki trid malja biex tidhol fih u nsomma wahda wara l-ohra, jew kollha f'daqqa biex il-brijju jizdied. Ta quddiemi, tas-sodda tlieta kien ilu kwarta jghajjat, jahlef, jidghij u jixgher biex forsi xi hadd igiblu patella ghax sa f'lahhar kien ser jahra fis-sodda. Xi kwarta wara fegget xi haga qisa gbara u qabel ma dahlet fil-kamra qalet "puff, hej, x'riha tinten hawn !" u staqsiet minn ried il-patella. Xandru, tas-sodda tlieta, malajr qallha x'ghanda taghmel biha il-patella w qallha wkoll biex iffitxu jigu jnaddfu s-sodda ghax il-froga kienet qed tinten wisq ! Veru li Xandru kellu ragun, ghax ma tistax tistaporti kwazi nofs siegha, izda ismu veru joqghodlu eh, ghax xandara ma l-isptar kollu bl'ghajjat li kellu bzonn patella !

Ghall-habta tat-tmienja beda il-hasil ta’ l-art u gew ukoll jirrangaw is-soddod ghax dalwaqt kien gej il-konsulent ma l-istudenti.

Ghall-habta tad-disa’ gie wiehed fuqi w qalli biex inlesti ghax kienu ser inizzluni biex jehduli ritratt tal-qalb. (Forsi hasibni il-qalb ta' Gesu jew ?). Meta gie lura biex igezwirni go ma nafx xi tkun (qisa libsa ta mara, mini, tilbisa ta wara quddiem) dan beda jgerger ghax qal li ma kienux qaxxruni w telaq sparat bhall-flegga… qisni kelli l-gdiem! Rega fegg wara zewg minuti, ressaq il-purtieri, u b'heffa liema bhala beda jqaxxarni. KRITSTU ! Bil-qahba genn tieghu ghall ftit ma qatalix il-bajt barra ! Qtajnija, flok jaqtaghhomli, li inkompli nitqaxxar jien stess u x'hin kont lest tlaqna sparati ghall go l-lift.

Ma nistax nifhem ghall fejn kien hemm dak il-genn kollhu, domt kwazi siegha nistenna qabel ma dhalt ghall angiogram -- rittatt tal-qalb ta' ommu !

X'hin wasalt lura fis-sala kienu ser jibdew iservu l-ikel. Jien ma stajtx niekol ghax riedt noqghod mindud u m'n Alla ! L-ikla, bejn wiehed u iehor bhal-granet ohra, kientet tikkonsisti f'xi haga li jsejjhula soppa. Dan kien daqxejn ilma kulur il-bewl tal-moghoz morda bid-deni irqieq u bictejn haxxixiet daqs tikka, li trid lenti daqsiex biex tarhom, iduru go fih. It-tieni platt kien fih xi haga qisa koxxa ta’ tigiega, bajda iktar mis-silg, bicca kobocca kwazi mghollija u zunnarija daqs pesisa ta' tarbija u ftit patata maxx. Kien hemm ukoll bicca hobz niexfa u anke dezerta -- laringa imnawra ! U kieku stajt niekol, jahasra, jien kont ser niekol dak l-imbarazz biex ingib sahti l-quddiem !! Sur ministru, jekk joghgbok ittawwal ftit minghajr ma tavza lil hadd qabel u ara inhix nigdeb.

X'hin spicca id-distorbju kollu ippruvajt nistrieh ftit u kif kienet sejra ghajni bija raga gie jiehu il-qahbec demm -- ostra ser jisvinawni, dawn bil-fors qed imantnu xi dracula jew tnejn.

Regaw gew ukoll jiehdu il-pressjoni, demm ghaz-zokkor u d-deni u fl'ahhar hallewni bi kwieti biex forsi nistrieh ftit. Minn hawn u minn hemm nahseb li irqadt, izda qomt mahsud ghax hsibt li dhalt il-genna jew l-infern -- ma nafx ezatt. Storbju shih, iktar minn festa jew fuq il-monti; heqq, gew il-visitaturi jaraw lil qrabathom u x'jitnejjku minn hadd iehor ! L-ewwel jien imbad Alla sidek.

Dak il-qahbec storbju kollu kien ta’ l-ewwel xift biss tafux -- ghad jonqos jigu izda sa dan it-tant rega gie l-imbierek ikel -- jew ma nafx x'taqbad issejahlu ! Kwazi kollox bhall ta' nofs in-nhar, biex jekk ma joqtlokx wiehed, joqtlok l-iehor ! Flok soppa kien hemm brodu --ma nafx ta’ xiex, forsi ta’ l-erwieh, ghax kull ma kien hemm kien daqxejn ilma abjad u werqa karfusa iddur f'nofsu. It-tieni platt kien fih bicca fillet stejk li anqas ir-Ritz ta’ Londra jew il-Waldorf ta’ l-America ma issib bhala! Kif irnexxielu il-kok iqattaha irqieqa hekk ghadni ma nafx, tant kienet irqiqa li b'gurament kienet trasparenti ! Kienet imsajjra kif ghandu jkun il-laham, medium rare -- tant kienet mahruqa li kont tahsiba daqqa ta’ pinzell biz-zeba zewda fuq il-platt. Kien hemm ukoll dawra irqieqa ta’ bicca tadama, ftit spinaci u daqxejn patata maxx. Sintendi kien hemm ukoll dik in-nitfa hobz niexfa izda il-lejla penitenza ghax deserta ma kienx hemm! Tlaqt kollox hemm u bi kwieti qadd nistenna il-mara iggibli xi haga li issostnini flok toqtolni.

Rega beda il-genn ghax wasal biex jinbidel ix-xift, kilt u ma kiltx kollox josfor minn quddiemek qisu tal-magija! Storbju sfrenat, iktar iwaddbu affarijiet fl'art milli f'posthom. Il-vizitaturi reghu bdew gejjin u hawn trid tara 'l veru ikel li jafu jieklu il-Maltin ! Tas-sodda wiehed kien hemm madwaru bejn seba’ u disa’ minn nies li firxulu dvalja fuq is-sodda w ghamlu piknik ! Veru kien hemm xi disa’ minn nies imma l-ikel li beda hiereg kien jifdal minnhu wara li jiekol regiment suldati mejtin bil-guh. Timpana ikbar mis-sodda, fenek, chips, zewg hobziet, flixkun imbid u luminata kemm trid. Gabulu wkoll torta tal-haxu u xeba frott halli jekk jaqbdu il-guh bil-lejl ikollu biex jitrejjaq!! Guh bil-lejl ? dak indigistjoni ta’ l-ostra ser jaqbdu mhux guh ! Xandru ma kellux inqas wisq tafux u ir-rieha li bdiet iddur mal-kamra kienet taqsamlek qalbek. Jien kelli bicca stejk li trid tletin lira biex iservughilek f'xi resturant tajjeb -- eh, hijja, marti taf issajjar. Mal-laham kien hemm daqxejn insalata friska sura ta’ nies.

Wara dik il-festa ta' ikel u glied ma’ tas-sigurta biex johrog kullhadd il-barra ghax kien sar il-hin, beda bil-mod il-mod gej kollox ghan normal. Regghu gew bil-pirmli, jiehdu il-qahbec demm u nsomma, ir-rutina tas-soltu. Iktar ma beda jimxi il-hin aktar beda jikkwita ix-xoghol u bdejna nghidu xi zewg cajtiet biex nghaddu il-hin. Wiehed wara l-iehor kolla spiccajna reqdin bhall trabi. KONT ILI NOFS SIEGHA RIEQED META GIE POXT IWERWIRNI W QAJJIMNI BIEX NIEHU IL-QAHBA PILLOLA TA’ L-IRQAD !! JITTWEMNU DAWN L-AFFARIJIET JEW ??

Hemm hafna w hafna iktar x'wiehed jista jghid imma nahseb li jkun ahjar hafna ghall kullhadd jekk nieqfu hawn fuq dan is-suggett. Nawguralkhom li QATT ma ikollkhom bzonn tersqu lejn l-isptar hbieb !

B'ringrazzjament lis-Sinjura MB tal-korrezzjoni li ghamlet f'din il-pagna -- 20 ta' Ottubru 2001.













Il-musika li qedin tisemghu hija "Johnny be Good" u nahseb li din addatta hafna ghall din il-faccatta, ibda mill pazjenti kif ukoll ghall-haddiema ta l-isptar !!




F'DAWN IL-PAGNI QED JINTUZA "REAL AUDIO" -- BIEX TISMA IL-MUZIKA WAQQAF IL-MIDI U GHAFAS HAWN. JEKK MA GHANDEKX DAN IL-PROGRAMM GHAFAS L-STAMPA BIEX IGGIB KOPJA B'XEJN !














IKTBU XI HAGA FIL KTIEB TAL-VISITATURI                ARA X'KITBU QABLEK


JEKK INTLIFT U QED TAGHAFAS "LURA" FUQ IL-BROWZER GHALL-XEJN, GHAFAS HAWN BIEX TMUR LURA FEJN KONT -- PAGNA 2



GHAZEL FEJN TRID TMUR:






 





Hosted by www.Geocities.ws

1