![]() |
|
| Charles Bezzina
twieled ir-Rabat fl-1961 u huwa membru ta’ l-Akkademja tal-Malti, delegat
ghal Ghawdex ta’ l-Ghaqda Poeti Maltin, u membru ta’ l-Ghaqda Letterarja
Maltija u l-Ghaqda tal-Malti (Universita’). Huwa wiehed mill-poeti kontemporanji
Ghawdxin li llum jghodd diga’ ma’ l-erba’ gabriet poetici (fost xoghlijiet
ta’ natura differenti) bl-isem ta’ Triqat bla tarf (1987), Meta karab il-bahar
(1993), Bahar Solitarju (1996) u Mewgiet il-hemda (ix-xoghol l-aktar
recenti li hareg dis-sena).
L-istudju tieghi se jiffoka fuq l-ahhar zewg gabriet poetici msemmija li bejniethom jghoddu mal-211 poezija. Fost it-temi u l-motivi li niltaqghu maghhom insibu fuq kollox il-bahar bhala l-element naturali dominanti, bit-tifsiriet differenti tieghu, il-vjagg lejn destinazzjoni bejn maghrufa u bejn incerta, in-nostalgija ghal zmien l-imghoddi, l-elegija u r-rabta bejn l-iben u l-missier, it-tiftixa ghall-Mulej, l-aktar f’ambjent solitarju, il-poetika, l-element primordjali u l-importanza tal-miti u l-leggendi, il-problemi li jahkmu d-dinja moderna, u l-hajja, ipprezentata permezz ta’ metafori varjati u interessanti. Johrog car il-fatt li bosta minn dawn it-temi jew motivi jissawbu wahda fl-ohra biex fl-ahhar mill-ahhar johrog fil-berah kwadru ta’ Charles Bezzina poeta, imma fuq kollox bniedem tad-demm u l-laham bhalna lkoll. Bniedem li jaghti widen lir-ritmi u lill-melodiji tal-bahar, josserva sa l-icken element madwaru u joghdos sa fil-qiegh nett ta’ ruhu u ruh il-bniedem biex jiskopri l-bizghat, il-mistoqsijiet, it-tamiet, ix-xewqat u l-incertezzi li hemm mohbija hemmhekk. L-element mitologiku-leggendarju Fost il-kelmiet li Charles Bezzina juza spiss fil-versi tieghu hemm “mit” u “leggendi”. Huma zewg kelmiet li jintrabtu direttament ma’ l-imghoddi imbieghed u ma’ sens qawwi ta’ primordjalitac fis-sens wiesa’, u ma’ zmien it-tfulija (“l-istagun li qatt ma jerga’”) fis-sens dejjaq. L-idea tohrog tajjeb f’Jekk darba fejn jikteb hekk: “Jekk darba
tersqu lejja biex nitkellmu. . .
Huma wkoll zewg kelmiet li jintrabtu ma’ l-ambjent tal-bahar. Illejla l-bahar tiftah b’dawn il-versi: “Illejla l-bahar abjad qieghed jonghos/ fil-holm remot tas-sekli”. Il-bahar isejjah lill-poeta biex joghdos u jfittex id-dija u s-safa. Hija l-istess safa li tintrabat ma’ zmien it-tfulija. Hekk jikteb f’Lit-tfal ta’ llum: “Ifirhu mal-mewgiet tal-fantasija
F’U tul ix-xtajta naraw lill-poeta “ghaddej mal-bahar tal-leggendi” f’dal-vjagg li mhux biss fiziku u spazjali, imma wkoll wiehed ta’ tiftix. Forsi qed ifittex it-tama li toffri farag kontra l-“vistu”, il-“luttu” u d-“dalma”. Anki Tama tittratta r-rabta bejn qiegh il-bahar u l-leggendi; anki hawn Bezzina jaghmel dan il-vjagg solitarju biex ifittex it-tama. Il-leggendi jergghu jissemmew f’Jien, fejn jintrabtu ma’ kliem bhal “oraklu”, “tempji mgarrfa”, “riti strambi”, “tnabar mghattna”, “priestorja” u “tribuc qadim”. L-istess isehh f’Mal-hemda ta’ l-imghoddi: did-darba l-leggendi jintrabtu ma’ “eremiti”, “gardjoli”, “gherien suwed”, “torrijiet wahxin u misterjuzi” u “katakombi”. Fil-leggendi hemm bhal donnu sens ta’ kenn mill-ghagha tal-prezent. Dan johrog ukoll f’Ejjew illejla mmorru fejn jikteb: “naharbu mill-prezent, nghixu fis-sikta,/ nixjiehu mal-leggendi li jgib dejjem/ il-mewg ta’ l-izmna, kwiet u solitarju”. Poeta, bahar u leggendi jintrabtu flimkien ukoll fil-poezija Fuq sies fejn l-eku, fejn jikteb: “Jirtira nkiss poeta solitarju,
Hija referenza li twassal direttament ghal tema ohra li tispikka qatigh fil-versi ta’ Charles Bezzina, il-poetika. Charles Bezzina poeta dwar il-poezija Charles Bezzina huwa l-poeta tal-mewgiet u l-bahar. Ghalhekk il-kitba tal-poezija tmur id f’di ma’ dan l-element naturali li jirrapprezenta l-ghajn ewlieni li minnu jixrob il-poeta. Dan narawh f’Poeta tal-bahar fejn jikteb, “tinsewx li jiena raxx poeta mgarrab/ li ghereq mal-mewgiet ta’ elf tempesta”, u f’Awtur tal-bahar fejn jistqarr li “jien awtur ta’ dan il-bahar/ li jikber bla jixjieh u jghix ghal dejjem”. F’Poeta tal-mewgiet jinnarra l-istorja ta’ dal-poeta li twieled mill-bahar sakemm spicca biex twahhad mieghu. Dan it-twahhid bejn poeta u bahar jidher ukoll f’Id-dmugh ta’ hajti. Versi bhal dawn jitkellmu wahedhom: “U jum ghad nislet l-isbah
salm tal-bahar
Bezzina huwa s-sajjied li jahsad mill-bahar il-frott li jiehu s-sura ta’ versi mill-aktar lirici. Jemmen ukoll fil-kuncett tal-poeta nascitur: “jien poeta mnizzel fir-registri/ bit-timbru tal-Mulej qabel twelidi” (ara Pagni tal-pitazzi). Il-Poezija hija definizzjoni effettiva ta’ xi tfisser poezija ghall-poeta Ghawdxi: “Il-poezija ghajta ta’ gawwija
F’Illejla qabel jidlam jikteb dwar l-att kreattiv u dwar l-artist li johloq. Huwa att li jintrabat ma’ “wegghat”, “emozzjoni” u “sentimenti”. Anki Raisa tinsisti fuq il-fatt li t-triq tal-poezija hija mimlija wgigh u niket. Bezzina jwissi hekk: “. . . . . . .tiktibx il-poezija
Dwar il-poeta Bezzina jemmen li s-solitudni u l-imkejjen imwarrba huma ghazla volontarja. Hekk f’Imkejjen ta’ solitarju jistidinna biex ma nfittxuhx “fil-hamba qalb il-folla mghaggla”, imma fejn hemm l-imsagar u l-foresti, fuq il-muntanji jew mas-sisien jew “ghad-dell goff ta’ monasteru”. Huwa l-poeta tas-silenzju li jintrabat direttament ma’ mkejjen bhal dawn: “Fittxuni mar-rikordji ta’ kamarti/ inferra’ poezija ta’ silenzju”. Poeziji ohra li jikxfu aktar dwar Bezzina bhala poeta huma Lil ommi (“infittex f’buti l-versi/ rikordji, diq u sliem/. . .silenzju ta’ poeta/ li qabel kiber xjieh”); Poeta tal-harifa (“poeta solitarju tas-silenzju,/ poeta tal-mejtin ghalija biss”), Poeta (“Ilment mis-sentiment, l-ugigh ta’ qalbi/ li nhoss jirbombja fija kull filghaxija/ u jqattru qatra, qatra f’poezija”), u Il-linka tal-harifa (“nikteb nerga’ l-isbah poeziji/ bil-linka tal-harifa”). Bezzina kittieb impenjat Bhal bosta poeti Maltin ohra kontemporanji, Charles Bezzina mhuwiex biss il-halliem li jfittex rifugju fl-imghoddi u jibki t-tfulija. Huwa poeta li jaf sewwa x’inhu ghaddej fid-dinja ta’ madwaru tant li dan johrog b’sahhtu sahansitra fil-versi tieghu. Jidher li fiz-zewg antologiji, Bahar solitarju u Mewgiet tal-hemda, Bezzina ghandu ghal qalbu hafna s-sitwazzjoni socjo-politika nazzjonali. Spiss jikteb dwar il-firda politika li tahkem il-gzejjer taghna. Hekk f’Araw jikteb: “Araw dal-gens maqsum li
qatt ma tbiddel. . .
L-istess suggett jigi ttrattat f’F’dil-gzira fejn jikteb, “F’dil-gzira tat-twemmin, f’din l-art marida”. Hu juri x-xewqa li xi darba l-poplu Malti u Ghawdxi jibda “jistmerr il-fanatizmu,/ isir nadif u jahseb bla kuluri/. . .jinghaqad u jsir wiehed”. L-istess xewqa jesprimiha f’F’dil-gzira tal-ftahir. Hija “art maqsuma” b’poplu li ghad irid “jaghraf id-daqs tieghu/ u jlbes uniformi li tixraqlu”. Anki Malta - Fi zmien il-krizi politika - Gunju 1998 hija mizghuda b’versi li jghidu bosta dwar is-sitwazzjoni msemmija: “Storduta din il-gzira bix-xemx tahraq,/ bil-longa tal-politika”; “ta’ kuljum inxommu r-riha, l-loppju,/ l-incens tal-parlament”; “Ahna c-corma/ f’vapur bejn ftit kapitani lkoll perversi”; “hawn il-blu u l-ahmar kollha piki”; “Malta f’rih ta’ kriizi”. Suggett iehor li jintrabat ma’ Malta huwa l-ipokrisija. Anki hawnhekk Bezzina ma juzax nofs kliem u ma jistahbiex wara subghajh. Hekk f’F’pajjiz makkjat jikteb: “F’pajjiz makkjat b’ghemil ucuh faccola/ nirtira mrieghex”. F’Mulej jorbot l-ipokrisija ma’ l-indifferenza f’versi bhal dawn: “Ghalxejn xewqana nqaddsu
kull jum tieghek
Versi aktar b’sahhithom insibuhom f’Malta kattolika: il-poeta jikteb dwar “l-imhuh vulgari ta’ dal-poplu mgewwef”, “l-gholliq u x-xewk selvagg li nibet fostna” u “htijiet u hmieg dal-poplu falz u midghi”. Messagg iehor li Bezzina jwassal permezz tal-versi tieghu huwa dak li l-Maltin tal-lum tant inhakmu mill-hekk imsejjah progress li warrbu kull rispett lejn dak kollu li huwa marbut ma’ l-imghoddi u lejn in-natura. Is-sigra tiehu s-sura ta’ djalogu immaginarju bejn il-poeta u sigra li tirrakkonta l-biza’ taghha “mill-gaffa mqita/ li gejja minn xi mkien teqridha hesrem”. Il-konkluzjoni hija wahda mahkuma minn cinizmu u rassenjazzjoni: “Illum is-sigra xiha kollha
frieghi
Anki Il-karba tal-holqien timxi fuq l-istess passi. Il-poeta jsir il-portavoce tal-hlejjaq naturali li huma mhedda min-natura u jikteb hekk: “”Xi gralu sew pajjizna?
Hemm zokk ta’ sigra mqaxxar.
Poeziji ambjentalistici ohrajn huma Fejn darba (il-progress honoq is-sabih li m’ghandux prezz, l-aktar issa li ntilef darba ghal dejjem), Modernizmu (fejn il-poeta jhossu skomdu fiz-zmien modern u jixtieq jahrab u jsib kenn fl-imghoddi), Niftahru b’Malta taghna! (“F’dil-gzira tal-helsien, f’din l-art newtrali. . ./ inwahhdu ghira w semm mal-fidi mqaddsa/ u naghzlu lewn minn iehor skond id-drawwa/ U naghmlu festi kbar ghax gens ferriehi/ li fl-ahhar sab progress u ntilef mieghu”) u Progress (dik moderna hija “dinja mhawda bla biss riflessjoni,/ hajja mtebbgha bi gmied il-progress”). Fl-ahharnett Bezzina f’Wild tribuc jintrabat ma’ l-gheruq u jirrifjuta li jsir parti minn poplu li warrab il-valuri mghoddijin mill-antenati tieghu: “Se nitlaq mit-tribu' li
tbiddel hesrem
Charles Bezzina bhala kittieb impenjat johrog ukoll mil-limiti nazzjonali u jikteb dwar problemi li jolqtu lill-umanitac in generali. Hekk f’Martri tas-silenzju jittratta l-abort (“jitniehdu l-martri/ li ma twildux u mietu minghajr isem/ fil-guf li qatt ma henn ghall-innocenti”), f’Oxford Street - Londra jikteb dwar il-faqar li jinsab ukoll fi bliet “zviluppati” u kbar (“hemm xwejjah f’kantuniera fuq bankina/ maghlub, mirzuh u b’xaghru kbir imqanfed”), u f’Dachau jikteb dwar il-kampijiet tal-koncentrament, “fejn l-innocenti/ flok fl-arena sfaw martri t’elegija/ u mietu ghalxejn mahqura u mahruqa/ fil-fran ta’ l-odju”. Poeziji ta’ din is-sura huma wkoll Jekk lura ghad nerga’, Se nibni (“Se nibni sptar fl-Etjopja u fi Rwanda/ ghal min bla tort mirfus mill-ingustizzji”), Gwerra (“Jien herba ta’ kull gens, kedda ta’ popli,/ il-ghadu ta’ l-imhabba w biki t’Alla”) u Lill-haddiem (li jitqabbel ma’ magna, pupazz, numru u “hmar marbut mas-sienja”, minhabba s-sidien “vampiri kbar li jerdghu bla ma jixbghu”). Konkluzjoni Naghlaq bi kliem l-istess Charles Bezzina fid-dahla ghall-ktieb Bahar Solitarju: “Il-poezija m’hix moghdija taz-zmien jew xi haga li tista’ tigi ordnata ghal xi okkazjoni. . .Il-kitba tal-poezija hi difficli u poeta tabilhaqq irid ikun jaf it-teknika sew, ihoss xehha fl-uzu tal-kliem, jaghzel fost il-kliem u jqieghdu fil-post proprju, johloq muzikalitac ritmika u jsawwar metafori friski li jaghtu hajja eterna lill-vera poezija”. Inhoss li Bezzina rnexxielu f’dan kollu u ghalhekk jista’ jigi kkunsidrat bhala wiehed mill-poeti ewlenin fil-kamp letterarju kontemporanju. Patrick Sammut
|