|
|
| Anton Buttigieg huwa wiehed
mill-poeti Ghawdxin l-aktar maghrufa. Twieled il-Qala fi-19 ta' Frar 1912
u miet fil-5 ta' Mejju 1983. Ghalkemm hu l-aktar maghruf bhala l-poeta
tan-natura, Buttigieg kien bniedem li hadem qatigh matul hajtu, u dan jixhduh
il-bosta dmirijiet u responsabbiltajiet li refa' matul is-snin: avukat,
Spettur tal-Pulizija, relatur tar-Rapporti Legali mat-Times of Malta, agent
magistrat fil-Qorti tal-Pulizija Gudizzjarja, Membru tal-Parlament, Ministru
tal-Gustizzja u Affarijiet Parlamentari, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista
u Deputat Prim Ministru, biex fl-ahhar lahaq l-oghla kariga ta' President
ta' Malta, fl-1976.
Fuq livell ta' impenn letterarju Anton Buttigieg kien wiehed mill-membri fundaturi ta' l-Ghaqda tal-Malti (Universitac) fl-1931, flimkien ma' Ruzar Briffa u Guzec Bonnici. Kien ukoll Membru Akkademiku fl-Ghaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Fost il-gabriet poeticI li ppubblika nsibu Mill-gallerija ta' zghoziti (1945), Fanali bil-lejl (1949), Qasba mar-rih (1967), Il-muza bil-kimono (1968), Arena (1970) u L-ghanja tas-sittin (1974). Il-poeziji f'Arena nkitbu waqt il-perijodu li fih Malta tqabdet ghall-kisba ta' l-Indipendenza u li fih il-poplu Malti hadem biex, fi kliem Buttigieg, "jehles mill-qaghad, l-emigrazzjoni sfurzata jew kif konna nsejhulha l-ezilju, u l-faqar zejjed". Buttigieg kien fost l-ewwel li haddem stili ta' poezija Gappuniza bhat-tanka u l-hajku, u ppubblika wkoll zewg gabriet ta' poeziji satirici u cajtiera bl-isem ta' Ejjew nidhku ftit (1962) u Ejjew nidhku ftit iehor (1965). Hawn Buttigieg ittratta t-tilwima politiko-religjuza bil-pinna ta' l-umorizmu u xi drabi tas-sarkazmu. Hawnhekk nixtieq niffoka fuq xi poeziji maghzula mill-Professur Oliver Friggieri fl-antologija Il-Poezija Maltija. Huwa veru li Buttigieg hu l-poeta tan-natura, imma kif se naraw kiteb ukoll dwar bosta temi ohra bhall-poetika, ir-religjon, l-awtobijografija u s-socjetac. Bhala lessiku u xbihat silet principalment mid-dinja naturali u haddem lessiku semplici. Stilistikament haddem hafna l-metrika u l-prosodija tradizzjonali permezz ta' kwartini u s-saffika, imma esperimenta wkoll bil-vers hieles u bl-alternanza ta' versi bhall-kwaternarju, l-ottonarju u d-doppju ottonarju. Forsi bhala twegiba lil xi membri tal-Moviment Qawmien Letterarju kiteb hekk fid-dahla ghall-ktieb tieghu Il-ghanja tas-sittin: "Il-poeziji ta' dan il-ktieb huma miktuba bi stil modern, jigifieri mhux fl-istil klassiku ta' strofi marbutin bir-rima. Dan biex neqred il-fellus li dahhlu f'rashom x'uhud mill-poeti zghazagh li huma biss jirrapprezentaw il-letteratura Maltija tal-lum. Jien ghadni haj u nghanni bhalhom u m'inix xi spettru li qieghed hawn bi plegg. Il-letteratura hi wahda u indivizibbli, u dan ghandhom jifhmuh jekk ma jridux li ta' warajna jiddiehku bihom u jinsewhom. U hija letteratura vera dik li hija semplici u li tinftiehem minghajr ghajnuna, u mhux dik li thawwad l-imhuh u li tinftiehem jekk l-awtur ikun hanin mieghek u jigi jghidlek x'ried jghid". L-aspett awtobijografiku jidher l-aktar fl-elegiji tieghu bhal Niftakar, Il-mewt tas-siehba, Il-bejta u L-ghasfur fil-gagga. Il-mewt tas-siehba nkitbet f'Katanja ghall-ewwel mara tieghu, Carmen Bezzina, li aktar tard mietet qasir il-ghomor. Buttigieg iqabbel lilu nnifsu ma' melvizz li safa wahdu ma' tlitt ifrieh wara li l-mewt hatfitlu lil martu. Wara trawma bhal din ma kien fadallu xejn hlief it-toqol tas-solitudni u ta' missier bi tlitt itfal: "U qagh'd jibki sa nixfu l-kanali
Il-bejta hi elegija ohra li tixxiebah hafna, din id-darba miktuba ghat-tieni mara tieghu, Connie Scicluna, li wkoll mietet qasir il-ghomor fl-1956. Anki hawn Buttigieg ihaddem il-metafora ornitologika billi jqabbel lilu u lil martu ma' ghammiel u ghammiela, b'din ta' l-ahhar li tinhataf mill-kopp ta' tifel. Bhalma l-gagga zzomm liz-zewg ghasafar mifrudin minn xulxin, hekk ukoll il-qabar fired lill-poeta mill-mahbuba tieghu. Is-solitudni li hass Buttigieg f'waqtiet kiefra bhal dawn tohrog ukoll f’Il-ghasfur fil-gagga. L-unika haga li kien fadallu biex issabbru kienet il-poezija: “Minn daqshekk gid u ferh, helsien u mhabba,
Spiss il-poeta jhobb jikteb dwaru nnifsu bhala poeta, jew dwar l-istess poezija. Huwa hawn fejn tidhol it-tema tal-poetika, u dik tidher l-aktar f’poeziji bhal Il-kebbies tal-fanali, Bomblu ghana u Bhall-farfett. Hekk bhalma Majsi tal-fanali kull filghaxija jixghel il-lampi tal-gass biex idawwal it-toroq tar-rahal, f’waqtiet ta’ dlam u qtigh il-qalb il-poezija ddawwal il-hajja tal-poeta. Versi bhal dawn ma jintesew qatt: “Alla hares ma kienx Majsi
Ir-ritmu f’Bomblu ghana huwa wiehed mexxej proprju ghaliex Buttigieg ihaddem ukoll l-ottonarju. Jahkem sens qawwi ta’ eskejpizmu: il-poeta jehtieg li jahrab mill-folla, mill-belt, biex isib kenn “gewwa l-wied ta’ sliem u hdura” flimkien mal-mahbuba tieghu, il-Poezija. F’Bhall-farfett il-poeta jqabbel lilu nnifsu ma’ dil-kreatura ckejkna li xi drabi titbieghed mill-ghalqa taghha biex tfittex fjuri ohra, imma fl-ahhar terga’ lura ghal dak li hu parti minnha. Hekk ukoll Buttigieg: xi drabi jipprova jitbieghed xi ftit mill-ghejun ewlenija ta’ l-ispirazzjoni, imma dlonk jinduna li l-muza tieghu tintrabat fuq kollox mat-tema tan-natura: “Ghanjieti bhall-farfett kull tant titbieghed
Anton Buttigieg huwa dak il-poeta li kien jaf sewwa x’taf toffri d-dinja tal-bniedem, fosthom l-ingustizzja u t-tbatija. Ghalhekk kiteb poeziji b’tema socjali bhal Il-huta u Il-baghal tas-sienja. F’din ta’ l-ahhar il-baghal jissimbolizza lil dawk kollha li matul hajjithom sfaw sfruttati u mmanipulati mis-sidien taghhom. Hekk jikteb Buttigieg dwar il-baghal: “. . . . . . . . . . . .hajtu sfat merdugha
U bhalek, ja baghal gwejjed, kemm miljuni
Hija evidenti d-distinzjoni bejn il-klassijiet socjali u ghalhekk poezija bhal din tibqa’ attwali f’kull zmien ghaliex pjagi bhal dawn bhal donnhom qed jizdiedu aktar milli jonqsu, minkejja l-hekk imsejhin progress, drittijiet tal-bniedem u demokrazija. Ghalkemm poezija konciza, Il-huta tittratta tema ohra attwali: il-kilba tal-bniedem biex johnoq il-helsien ta’ min hu iktar dghajjef minnu. Personalment il-habs li jikteb dwaru Buttigieg hawn ifakkarni fil-habs li qed nghixu ahna fih jum wara jum bla ma nafu. Id-“disinni ta’ sbuhija” biex il-bniedem jilludi ruhu u jahrab mir-realtacm’huma xejn hlief simbolu tal-mass media, tar-riklami, tal-programmi rhas u medjokri, li kollha f’daqqa jghinu biex izommuna aljenati, kuntenti, bla ebda hsieb ta’ ribelljoni jew reazzjoni, bierda quddiem l-ingustizzji tad-dinja. Tema ohra li tohrog b’sahhitha f’Buttigieg hija dik religjuza. Alla jidher f’poeziji bhal Il-holma t’Alla, Il-warda tax-xemx u Lilia agri. Alla hu mifhum bhala artist, mela hallieq, f’Il-holma t’Alla. Hawnhekk Buttigieg jistedinna nirrispettaw l-ambjent naturali ghaliex m’hu xejn hlief holqien t’Alla. Poezija bhal din ghandha titqieghed f’kull post fejn fadal ftit hdura naturali biex niftakru nhobbu l-art li minnha bla ma nafu niksbu l-ghixien taghna: “Habib, kun af li qabel Alla sawwar
Nistaqsi kemm minna l-Maltin naghmlu dan nhar ta’ Hadd meta ninvadu bil-gzuz il-kampanja Maltija u kemm qed nghallmu lil uliedna biex jirrispettaw lin-natura ta’ madwarhom? F’Lilia agri l-poeta jara l-ikbar sbuhija fil-gilju tar-raba’, minkejja s-semplicitac tieghu u jikteb li “Salamun fil-glorja tieghu/ ma kienx liebes sabih daqs wahda minnhom”. F’Lill-kampanella Buttigieg jittratta indirettament il-waqgha tal-bniedem fl-istat tad-dnub fil-gnien ta’ l-Eden, izda l-isbah poezija marbuta mar-religjon hija s-saffika Gesucu l-haruf. Hawnhekk jorbot flimkien zewg rakkonti differenti, jigifieri dak ta’ l-Ghid tal-Lhud biex ifakkru l-helsien taghhom mill-jasar ta’ l-Egittu, u dak ta’ l-Ghid Nisrani li jfakkar il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu biex jehlisna mill-jasar tad-dnub. Antik u Gdid Testment huma mqeghdin paralleli ma’ xulxin u ghalhekk naraw lil Gesuc l-Haruf aktar bhala bniedem li bata (“ghajnejh kbar u sewdiena/ imtlew bid-dmugh”), milli bhala Alla. L-aspett naturali f’Buttigieg jispikka f’kull poezija li kiteb, anki jekk it-tema ewlenija ma tkunx in-natura. Anton Buttigieg jitwahhad ma’ l-ambjent naturali l-aktar fil-poezija qasira bl-isem ta’ Fid-dlam tal-lejl, meta jikteb, “U qalbi
Wiehed jistaqsi, imma kif jista’ jkun li bniedem impenjat bhal Anton Buttigieg isib il-hin ukoll ghall-kitba tal-poezija? Hu veru li x-xoghol u d-dmirijiet l-ohra johdulek bosta hin mill-gurnata, imma l-poeta hu dak li minkejja kollox dejjem isib il-hin biex jirrifletti dwar dak li ghadda minnu u dak li sehh madwaru matul il-jum. U l-poeta tan-natura huwa prova hajja ta’ dan il-kompromess jew sagrificcju kwotidjan. Tajjeb li nispicca b’dan il-kumment ta’ Buttigieg stess dwar l-aspett uman fih: “Nittama li l-poplu jifhem li ministru huwa bniedem bhal haddiehor, bniedem li jhoss, bniedem li jwegga’ u jghejja, u li ghandu l-jedd jghix bhal kull bniedem iehor u mhux ta’ lsir jew ta’ tapit tan-nies”. Patrick Sammut
|
Anton Buttigieg (1912-1983) |