|
Kull
żjara tista’ ssir hekk:
-
It-tislima
: Nadurawk, o Ġesu;
-
Il-qari
mill-Kotba Mqaddsa;
-
Ftit
mumenti ta’ riflessjoni;
-
5
Missierna, Sliema u Glorja.
Tajjeb
li jingħad ir-rużarju bejn żjara w oħra.
L-Ewwel
Viżta
Nadurawk,
O Ġesu, u nberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek
inti fdejtna.
Ġesu
hu l-ħobż tal-ħajja
F’dak
iż-żmien Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu:
“Tassew, tassew ngħidilkom, mhux Mose takom il-ħobż
mis-sema iżda Missieri jagħtikom il-ħobż
tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa
dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja
lid-dinja.” “Sinjur,” qalulu huma, “agħtina dejjem
minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesu: “Jiena
hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma
jieħdu qatt il-ġuħ u min jemmen fija ma jkun qatt
bil-għatx.” (Ġw. 6. 32-55)
Ħames
Missierna, Sliema, Glorja.
Skond
il-fehma tal-Papa.
Missierna,
Sliema, Glorja.
Kant:
Nadurawk,
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin;
Għalik
l-Anġli dlonk titnieħed,
Inti
l-hena tal-bnedmin.
Nadurawk
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin.
It-Tieni
Viżta
Nadurawk,
O Ġesu, u nberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek
inti fdejtna.
Ħasil
ir-riġlejn
Qabel
il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesu li waslet is-siegħa
tiegħu biex igħaddi minn din id-dinja għal għand
il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu
fid-dinja, u ħabbhom għal l-aħħar. Kienu qegħdin
għall-ikel. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar
minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad
ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn
id-dixxipli u jixxutahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.
Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u reġa’
qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom?
Intom issejħuli ‘l-Imgħallem’ u ‘il-Mulej’, u tgħidu
sewwa għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u
l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom
taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju,
biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom
ukoll. (Ġw. 13, 1, 4, 5, 12-15)
Ħames
Missierna, Sliema, Glorja.
Skond
il-fehma tal-Papa.
Missierna,
Sliema, Glorja.
Kant:
Nadurawk
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin;
Int
il-ħlewwa tal-qawwija,
Int
is-saħħa tal-fqajrin.
Nadurawk,
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin.
It-Tielet
Viżta
Nadurawk,
O Ġesu, u nberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek
inti fdejtna.
L-Ikla
Mqaddsa skond San Pawl
Kull
rneta tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi,
intom ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi. Mela kull mm
jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma
jixraqlu, ikun ħati tal-Ġisem u d-Demm tal-Muiej. Ħa
jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-ħobż
u jixrob il-kalċi. Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel
minn ikel ieħor il-Ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob
il-kundanna tiegħu stess. (l Kor. 11, 26-29)
Ħames
Missierna, Sliema, Glorja.
Skond
il-fehma tal-Papa.
Missierna,
Sliema, Glorja.
Kant:
Nadurawk
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin;
Int
il- qawwa ta’ min raqad.
Inti
l-għaxqa tal-ħajjin.
Nadurawk,
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin.
Ir-Raba’
Viżta
Nadurawk,
O Ġesu, u nberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek
inti fdejtna.
L-Ewkaristija
skond San Mattew
Huma
u jieklu, Ġesu ħa l-ħobż f’idejh, qal
il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal: “Ħudu, kulu, dan
hu Ġismi.” Imbagħad ħa l-kalċi f’idejh,
radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u qal: “Ixorbu
ikoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm tal-patt li
jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. Ngħidilkom,
li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja
sa dak inhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna
ta’ Missieri.” (Mt.
26, 26-29)
Ħames
Missierna, Sliema, Glorja.
Skond
il-fehma tal-Papa.
Missierna,
Sliema, Glorja.
Kant:
Nadurawk
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin;
Jalla
d-dinja tagħraf tħobbok:
Fik
il-qlub huma henjin.
Nadurawk,
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin.
Il-Ħames
Viżta
Nadurawk,
O Ġesu, u nberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek
inti fdejtna.
L-għaqda
ma’ Ġesu
“Jiena
d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx
frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott
jiżborha u jnaddafha biex tagħmel frott aktar. Intom
ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu
fija u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel
frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom
jekk ma tibqgħux fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi.
Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott;
għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. Jekk
wieħed ma jibqax fija, jintrema l-barra bħal fergħa,
u jinxef; Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi intom tibqgħu
fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’
Missieri u qiegħed f’imħabbtu. (Ġw. 15, 2-6, 10)
Ħames
Missierna, Sliema, Glorja.
Skond
il-fehma tal-Papa.
Missierna,
Sliema, Glorja.
Kant:
Nadurawk
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin;
Tnt
ii-ħlewwa tal-qawwmja,
Tnt
is-saħħa tal-fqajrin.
Nadurawk,
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin.
Is-Sitt
Viżta
Nadurawk,
O Ġesu, u nberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek
inti fdejtna.
L-għaqda
tagħna fl-Ewkaristija
Għeżież
tiegħi ... Lil nies għaqlin qiegħed inkellem...
Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka m’huwiex għaqda
mad-demrn ta’ Kristu? U l-ħobż li naqsmu m’huwiex għaqda
mal-Ġisem ta’ Kristu? Għax la l-ħobża hi waħda,
aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed;
ilkoll kemm alma nieħdu sehem minn ħobża waħda.
(1 Kor. 10, 14-17)
Ħames
Missierna, Sliema, Glorja.
Skond
il-fehma tal-Papa.
Missierna,
Sliema, Glorja.
Kant:
Nadurawk
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin;
Int
il- qawwa ta’ min raqad.
Inti
l-għaxqa tal-ħajjin.
Nadurawk,
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin.
Is-Seba’
Viżta
Nadurawk,
O Ġesu, u nberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek
inti fdejtna.
It-talba
ta’ Ġesu għad-dixxipli
Ġesu
talab u qal: “Jiena għarraft ismek lill-bnedmin li inti
tajtni mid-dinja. Kienu tiegħek, u inti tajthom lili, u huma
ħarsu kelmtek. Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja,
imma għal dawk li Inti tajtni, għaliex huma tiegħek,
u dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek
huwa tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom. U jien
ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom
fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom
f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda
bħalna. M’inix nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal
dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom;
nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija,
Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda
fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. (Ġw.
17, 6, 9-11, 20, 21)
Ħames
Missierna, Sliema, Glorja.
Skond
il-fehma tal-Papa.
Missierna,
Sliema, Glorja.
Kant:
Nadurawk
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin;
Tmselimulek
Aila moħbi.
Inti
biss ‘taħkem is-snin.
Nadurawk,
ja ħobż tas-sema
Frott
l-imħabba l-iżjed bnin.
Imprimatur
die 31 Iulii 1967 - † Em. Galea, Ep.
Seraphic
Press
|