Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

Uffiċċju Parrokkjali • Dar Parrokkjali • Triq Lampuka • Paola PLA 06

Tel: (+356) 695022 • Fax: (+356) 805955

[email protected]

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu minn għandek

 

Ħajr

 

 

 

 

 

Ir-Rużarju Imqaddes

Lura għat-paġna tat-talb

 

Alla tagħna isma' t-talb tagħna, eħles (fittex) għinna u ieqaf magħna.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.

Marija Santissima, urina li inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna Ġesù li twieled għalina u li ried ikun ibnek bħalna.

O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern; ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħeK.

Naħsbu fl-ewwel misteru minn tal-ferħ (tbatija, jew glorja), meta …

 

Missierna

Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun dak li trid int, kif fis-sema hekda fl-art.

Ħobżna ta' kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħal ma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tigrib iżda eħlisna mid-deni. Amen.

Sliema (għal għaxar darbiet)

Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen. 

Glorja

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa għal dejjem ta' dejjem. Amen.  

Salve Regina

Sliema għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik, lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati, wlied Eva; lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f'dawn il-wied tad-dmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù, frott imbierek tal-guf tiegħek; o ħanina, o pija, o ħelwa Vergni Marija.

(Itlob għalina, qaddisa Omm Alla, biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu).            

Skond il-fehma tal-Papa (jew ta’ l-Arċisqof)

Missierna …    

Sliem għalik, Marija …

Glorja …

Għall-Erwieħ tal-Purgatorju

Missierna …    

Sliem għalik, Marija …

Glorja …

Il-Litanija tal-Madonna

Mulej, ħniena,

Kristu, ħniena

Mulej, ħniena,

Kristu, ismagħna,

Kristu ilqa' t-talb tagħna,

Missier Etern Alla,

Iben Alla li fdejt id-dinja,

Spirtu Mqaddes Alla,

Trinità Mqaddsa Alla wieħed,

Imqaddsa Marija,

Imqaddsa Omm Alla,

Imqaddsa xebba tax-xbejbiet,

Omm ta' Kristu,

Omm il-Knisja,

Omm tal-grazzja t'Alla,

Omm l-iżjed safja,

Omm l-iżjed nadifa,

Omm u xebba,

Omm bla tebgħa,

Omm li tistħoqq l-imħabba,

Omm ta' l-għageb,

Omm tal-parir it-tajjeb,

Omm ta' min ħalaqna,

Omm ta' min salvana,

Xebba kollok għaqal,

Xebba li tistħoqq kull qima,

Xebba li tistħoqq kull foħrija,

Xebba kollok setgħa,

Xebba kollok ħniena,

Xebba dejjem marbuta ma' Alla,

Mera tal-qdusija,

Tron ta' l-għerf,

Bidu tal-ferħ tagħna,

Għamara ta' l-Isprtu s-Santu,

Għamara ta' kull grazzja,

Għamara ta' kull tjieba,

Warda mistika,

Torri ta' David,

Torri ta' l-avorju,

Dar tad-deheb,

Arka tar-Rabta l-Gdida,

Bieb tas-sema,

Kewkba ta' filgħodu,

Saħħa tal-morda,

Kenn tal-midinbin,

Farag ta' l-imnikktin,

Għajnuna ta' l-insara,

Sultana ta' l-Angli,

Sultana tal-Patrijarki,

Sultana tal-Profeti,

Sultana ta' l-Appostli,

Sultana tal-Martri,

Sultana tal-Konfessuri,

Sultana tal-Verġni,

Sultana tal-Qaddidin kollha,

Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa,

Sultana mtellgħa s-sema,

Sultana tar-Rużarju Mqaddes,

Sultana tal-Familja,

Sultana tal-Paċi,

Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,

Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,

Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,

Mulej, ħniena.

Kristu, ħniena.

Mulej, ħniena.

Kristu, ismagħna.

Kristu ilqa' t-talb tagħna.

Ħenn għalina.

Ħenn għalina.

Ħenn għalina.

Ħenn għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Itlob għalina.

Aħfrilna, nitolbuk, Mulej

Ismagħna, nitolbuk, Mulej

Ħenn għalina.

 

Nitolbu

O Alla, int li ridt li mat-tħabbira ta' l-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjuna mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Amen.

(Tmiem tar-Rużarju Mqaddes)       

Il-Misteri tal-Ferħ

  1. Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla. (Lura).

  2. Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta. 

  3. Meta Sidna Ġesù Kristu twieled fil-Għar ta' Betlehem.

  4. Meta Sidtna Marija ppreżentat lil Binha Ġesù' fit-Tempju.

  5. Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Ġesù, u wara tlett ijiem sabitu jiddiskuti mad-dutturi.  

Il-Misteri tat-Tbatija

  1. Meta Sidna Ġesù Kristu talba fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm. (Lura)

  2. Meta Sidna Ġesù Kristu kien marbut ma kolonna u ġie msawwat.

  3. Meta Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.

  4. Meta Sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi s-salib minngħand Pilatu sal-Kalvarju.

  5. Meta Sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sigħat miet.  

Il-Misteri tal-Glorja

  1. Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet. (Lura)

  2. Meta Sidna Ġesù Kristu tela' s-sema.

  3. Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.

  4. Meta Sidtna Marija giet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.

  5. Meta Sidtna Marija giet inkurunata mit-Trinità Mqaddsa.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1