Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

IL-KELMA TAL-KAPPILlAN

Pentekoste 2004

Fr Noel Vassallo

 

Bdejna x-xahar ta’ Mejju, xahar sabieħ minnu nnifsu u sabieħ ukoll għaliex huwa ddedikat lill-Madonna.   Din is-sena Mejju se  jagħlaq  bis-Solennità  tal-Pentekoste, jiġifieri t-tifkira ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja.    Din is-sena fil-Pentekoste fil-parroċċa tagħna se jsir il-Kungress tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla li l-programm tiegħu jinsab hawn. Jiena nemmen li, bħali, lkoll tixtiequh l-Ispirtu s-Santu. Huwa ġa qiegħed fina u jeħtieġ li nkomplu niskopruh fina, madwarna u fl-istorja li ngħaddu minna.  

 

Ejjew nitolbu lil Alla l-Missier ħalli permezz ta’ l-Ispirtu Tiegħu nkomplu nagħrfu x’irid minna fil-ħajja tagħna, mhux is-sena d-dieħla jew ta’ warajha, iżda issa stess!   Ejjew ikollna xewqa u ħerqa kbira li ninterpretaw sewwa s-sinjali taż-żminijiet biex dak li Alla qed jitlob minna nkunu pronti li nagħtuhulu mingħajr tlaqlieq jew dewmien.   Ejjew nitolbu biex dan il-Kungress li se jsir fil-parroċċa tagħna, flimkien mal-parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, jgħin biex l-irġiel, in-nisa, iż-żgħażagħ u t-tfal jikkontrollaw ilsienhom qabel ma jżebilħu l-Isem  t’Alla.

 

Nappellalkom biex ngħinu lil xulxin ħalli jitnaqqas id-dagħa mill-parroċċa  tagħna.   Żgur  li  dan  ma  jgħin  xejn  biex inħossu lil Alla qrib tagħna.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1