Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

KUNGRESS  NAZZJONALI

XIRKA  TA’  L-ISEM  IMQADDES  T’ALLA

 Il-Ħadd 30 ta’ Mejju 2004

PARROĊĊA  KRISTU  RE - Paola

 

6.30pm

 

Niltaqgħu ħdejn il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.

6.45pm

Jibda miexi l-Korteo akkumpanjatmill-Kleru u l-istatwa tar-Ragħaj it-Tajjeb.

7.15pm

Kulħadd ikun bilqiegħda f’postu fil-Knisja Parrokkjali tà Kristu Re.

7.20pm

 

Jasal  l-E.T. Monsinjur  ArĊisqof  Ġużeppi  Mercieca mal-Kappillani  u  jiddikjara  miftuħ  is-17-il  Kungress Nazzjonali   tax-Xirka  ta’  l-Isem  Imqaddes  t’Alla.  Isir diskors ta’ merħba  mil-Kappillan  Dun  Noel  Vassallo; Kant; Mima   miż-żgżażagħ  taż-żewġ parroċċi; Messaġġ miċ-Chaplain Nazzjonali tax-Xirka,  Patri Joe Vassallo OP; Kelmtejn imqabbla mill-Għannej tal-Mulej, Ġorġ Agius; Kelmtejn mil-Provinċjal Patri Charles Fenech OP; Diskors  ta’  l-għeluq  minn Mons. Arċisqof;  Dħul  Solenni  ta’  Ġesù  Sagramentat; Kant ta’ Innu Ewkaristiku; Att ta’ tpattija għad-dagħa; Ċelebrazzjoni Ewkaristika; Barka Sagramentali; Innu Nazzjonali.

8.45pm

 

Il-manifestazzjoni tiġi fit-tmiem tagħha.

Ir-Residenti taż-żewġ parroċċi,  partikularment dawk li mit-triq tagħhom jgħaddi l-korteo, huma mitluba biex bħala sinjal ta’ festa lill-Isem Imqaddes t’Alla, itellgħu l-bnadar u jarmaw il-gallariji bid-dwal.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1