|
Ghadda s-sajf u nittama li hafna qed
ihossuhom tajjeb u rnexxielhom jistriehu xi ftit mir-rutina normali
tal-hajja taghhom. Jenhtieg imma li
niftakru f’dawk li ma striehu xejn jew striehu ftit wisq; niftakru f’dawk
li spiccaw morda; dawk li kellhom ihassru xi safra; dawk li ghaddew is-sajf
jistudjaw minhabba xi ezamijiet; dawk li ma nghatawx leave, etc.
Imma issa hu mportanti nippjanaw tajjeb
dak li gej. Ix-xahar t’Ottubru huwa
mportanti hafna biex il-kumplament tas-sena jiehu ritmu kif inkunu
nixtiequh. Jenhtieg li jkollna
prijoritajiet tajbin u dawn il-principji ma jigux wahedhom mis-sema, izda
mit-taghlim. Jahasra ghandna hafna
mezzi ta’ taghlim ghall-hajja nisranija u t-taghlim qed jinhela.
Bhala nisrani nixtieq li nigbed
l-attenzjoni dwar it-talb; zgur li
l-bniedem li ghandu rasu fuq ghonqu jhoss il-bzonn li jersaq lejn Alla u
lejn il-Madonna bhala l-Omm mimlija bil-grazzja. Issa huwa z-zmien li wiehed jerga’ jibda r-ritmu li jitlob
jekk jippjana sewwa. Dan iz-zmien
li ninsabu fih huwa zmien opportun biex impoggu l-affarijiet f’posthom u
naghtu mportanza kbira lil Dak li hajjitna qieghda f’idejH. Inhoss li ahna l-bnedmin sirna wisq
pruzuntuzi bl-impressjoni li bil-kapacitajiet taghna se nsewwu hafna
affarijiet u nivvintaw hafna ohrajn li jimlewlna hajjitna b’imhabba
totali. Ahjar kieku nghixu saqajna
fl-art il-hin kollu u naghrfu li hajjitna tiddependi l-hin kollu fuq Alla. Nawguralkom!
lura
|