|
GESU’ issa li
tinsab gewwa fija, bil-qima kollha nbaxxi rasi nadurak bhala Alla u bhala
Bniedem. Gesu’, jiena ma jien xejn
quddiemek! Kif nista’ naghtik
il-qima li tixraqlek jekk jiena dudu ta’ l-art waqt li Inti Alla tas-Sema u
ta’ l-Art?
Imma, Oh Gesu’,
il-migja tieghek ghamlitni tant qawwija.
Inhoss, bil-kunfidenza kollha, li ghandi nadurak u
nirringrazzjak. Biex ma jkollix
dubbju li taccetta din il-qima li qed naghmillek, Oh Gesu’, mill-gdid
nerga’ nindem minn dnubieti u nistmerrhom kollha. Naf zgur li meta ngedded din l-indiema naghtik glorja ghaliex
naghraf ix-xejn tieghi u fl-istess hin il-kobor tieghek. Oh Gesu’, issa li jiena rcevejt dan it-tezor li Inti tigi gewwa fija,
nhoss li ghandi noffrilek qalbi bhala rigal. Iva Lilek biss nobdi; zommha, rossha ma’ sidrek u sahhanha
fin-nar ta’ l-imhabba tieghek biex zgur qatt ma tinfired minnek. U qabel ma nispicca mir-ringrazzjament
tieghi irrid naghmillek talba ckejkna: Oh Gesu’, zomm idejk fuqi, harisni
mill-kumbattimenti li jkolli ma’ l-ghadu sa ma nirbah.
U inti, Oh
Marija, li minghajrek ma jinqalghux grazzi, offri lil Ibnek Gesu’ t-talb
tieghi. Barra dan nitolbok li
thares lil dawk li jien ghandi obbligu lejhom: lil gheziez ommi u missieri,
lil huti, lil mahbub zewgi/marti, lil uliedi u lil hbiebi. Nitolbok specjalment thares
lill-ghedewwa tieghi li jiena nahfrilhom kif Missierna li huwa fis-smewwiet
jahfer lili. Amen.
lura
|