|
Fil-gimghat li ghaddew, mill-24 ta Awissu sa’ l-4 ta’ Settembru,
fil-belt ta’ Johannesberg, fis-South
Africa, inzammet is-Summit organizzata min-Nazzjonijiet Uniti dwar
l-iZvilupp Sostenibbli Ambjentali.
Eluf ta’
partecipanti, bhal Kapijiet ta’ Stat, delegazzjonijiet governattivi
(fosthom dik Maltija) u dawk minn organizzazjonijiet mhux governattivi (NGOs),
mexxejja ta’ Kumpaniji kbar, u gruppi influwenti ohra, ddiskutew x’ghandu
jsir rigward diffikultajiet internazzjonali. Fost dawn l-aktar li kien hemm diskussjonijiet shan kienu
dwar:
(1) kif il-gvernijiet se jtejbu
l-kundizzjonijiet ta’ kif jghixu n-nies; u
(2) x’azzjonijiet
se jittiehdu biex jigu ikkonservati ir-rizorsi naturali tad-dinja fejn,
peress li l-popolazzjoni qieghda dejjem tikber, qed ikun hemm domanda ferm
akbar ghall-ikel, ilma, sanita’, energija u sigurta’ nazzjonali.
Mid-diskussjonijiet li saru hareg taghrif u figuri fattwali li
jwahhxuk :
·
Nofs ix-xmajjar tad-dinja ghaddejin minn
nixfa serja u huma mniggsa;
·
Hawn 1.1 billjun ruh li m’ghandhomx
access ghal ilma ta’ kwalita’ tajba u li l-ilma mahmug qed ikun kawza ta’
hafna mard ikreh;
·
Sas-sena 2025 nofs in-nies f’25 pajjiz
madwar id-dezert Sahara se jisfaw bla ilma adegwat;
·
Biljuni ohra ta’ nies, l-aktar fl-Afrika,
qed ibatu minn nuqqas ta’ ikel, medicini u akkomodazzjoni dicenti;
·
Illum hawn 1.6 billjun ruh minghajr
energija eletrika, u sa l-2032 ikun ghad hawn 1.4 billjun;
·
Kull gurnata jmutu madwar 30,000 tfal
taht il-hames snin minhabba l-guh u n-nuqqas ta’ ilma, kura medika u
igjene.
Saru diskorsi dwar
l-izvilupp ta’ l-energija sostenibbli bhal dik Solari u mir-Rih biex
titnaqqas il-hsara li qed issir lill-ambjent (global warming). Issemmiet wkoll il-problema ambjentali
kkawzata mill-qirda jew tnaqqis drastiku ta’ diversi speci ta’
annimali. Fid-dikjarazzjoni finali
gie emfasizzat il-bzonn li ssir glieda lill-korruzzjoni u biex il-pajjizi
jimxu aktar ’il quddiem ghal demokrazija aktar shiha.
lura
|