|
Kien fil-25 ta’ Frar 1858 li Marija qalet lil Bernardetta: “mur ixrob mix-xmara u inhasel hemm”.
Dan il-messagg inxtered ma’ kull parti tad-dinja u eluf ta’
pellegrini ghadhom imorru Lourdes biex jitolbu, jixorbu u jinhaslu b’dan
l-istess ilma. Hafna huma dawk li
jieqfu jixorbu mill-viti li hemm qabel ma tasal hdejn il-grotta ghax jemmnu
fil-kwalita’ specjali li ghandu.
Infatti hemm tara lil kulhadd jimla kull xorta u kwalita’ ta’
fliexken biex jehduhom lura maghhom id-dar biex l-esperjenza ta’ Lourdes
tibqa’ fihom f’waqtiet ta’ bzonn ta’ fejqan, kemm spiritwali kif ukoll
mill-mard.
Ftit
passi l-boghod hemm il-grotta fejn dehret il-Madonna, imbaghad issib
il-banjijiet. Sa minn kmieni
filghodu jingabru n-nies biex ikollhom ic-cans jinzlu f’ilma
tal-banjijiet. Waqt li jkunu
jistennew barra, jsir talb, meditazzjoni, kant, rectar tar-Ruzarju, etc. L-istess isir fuq gewwa fejn in-nies
jintalbu jnehhu hwejjighom waqt li jitghattew b’kappa blu. Kull persuna tidhol hdejn il-banju u
qabel ma tinzel fl-ilma tintalab tressaq it-talbiet taghha
lill-Madonna. Hawn membri tal-hospitality jdawwru lizar abjad
mal-persuna qabel ma din tinzel iz-zewg targiet li jaghtu ghall-banju.
Izda
mhux bilfors li jekk tmur Lourdes trid tinzel fil-banjijiet. Hafna huma dawk li ghal xi raguni jew
ohra jibzghu u jistaqsu fuq il-kundizzjoni igjenika ta’ l-ilma. Hija biss il-fidi qawwija lejn
il-Madonna li ggieghel tant miljuni ta’ nies ta’ kull twemmin u kulur,
anzjani, zghazagh u tfal, morda u dak b’sahhithom, persuni fil-wheelchairs u fuq stretchers, li jinzlu
fl-ilma ingazzat jitolbu, jibku u johorgu ferhana u tant immeraviljati
bil-bidla li jhossu go fihom kawza tal-qawwa mirakuluza ta’ dan l-ilma.
Bernardetta
mill-ewwel obdiet lill-Madonna, haslet wiccha (il-mera tar-ruh) u xorbot
ftit ilma. It-tifsira ta’ l-ilma
ta’ Lourdes qieghda miktuba fil-post fejn hemm il-viti: “Ahsel wiccek u itlob ’l Alla jnaddaflek
ruhek”.
lura
|