|
Daqqa t’ghajn hafifa
lejn kif qed nghixu tista’ tikxef hafna affarijiet, u min jaf jgharbel
is-sitwazzjoni zgur li jaghraf liema huma l-valuri li nhaddnu. Ghal bosta l-flus huma valur fihom
infushom u jahdmu bla mistrieh biex jaraw il-kont tal-bank jizdied. Ohrajn ghandhom il-pjacir bhala l-valur
ewlieni taghhom u jghixu biss ghall-weekend
minn gimgha ghal ohra biex aktar milli jistriehu jaraw kif se jlaqqtu
pjacir kemm jifilhu minn kull minuta li tghaddi.
Imma min Ihobb joqghod
fis-skiet u jirrifletti fuq x’tifsira ghandha l-hajja tieghu jaf li l-erbat
ijiem fuq din l-art iridu jghaddu u li l-mewt titfa’ lil kulhadd
fl-eternita’, fejn la jghodd kemm ghandek flus u lanqas kemm gawdejt, imma
jghodd biss kemm habbejt ’l Alla u lill-proxxmu. Il-hasra hi li hafna li jghidu li huma nsara u li jemmnu,
ghadhom lanqas biss ghamlu ghazla fundamentali li jhaddnu l-valuri li
haddan Kristu meta kien fostna fuq l-art u ghadhom jghixu bhallikieku se
jibqghu fid-dinja ghal dejjem.
It-Taghlim huwa tip ta’
kultura ghar-ruh li Dun Gorg dejjem xtaq li ahna jkollna. Min ifittex it-taghlim ifisser li
jemmen tassew li wara din il-hajja hemm hajja ohra. Hadd ma jista’ jhobb ‘l Alla
bis-serjeta’ minghajr it-taghlim ghax fejn m’hemmx taghlim hemm biss
rovina.
Nistaqsu lilna nfusna:
Jien kemm infittex li nitghallem fuq dak li nghid li nemmen fih? Naf kulma ghandi nemmen u kulma ghandi
naghmel skond ir-Religjon tieghi?
Meta jkun hemm okkazzjoni ta’ taghlim, niskartaha ghax imhabbat, jew
immur u nhajjar lil haddiehor jigi mieghi? Lil uliedi nfallilhom id-duttrina bl-addocc ghax mixja
sal-MUSEUM naraha zejda?
J’Alla nifhmu li
t-taghlim huwa c-cavetta li tista’ tifthilna l-bieb ta’ l-eternita’ u li
dak li bhal issa narawh prezzjuz m’huwa xejn fejn dak li hejjielna Alla
ghal wara din il-hajja.
lura
|