Knisja Parrokkjali Parrocca Kristu Re

Ufficcju Parrokkjali • Dar Parrokkjali • Triq Lampuka • Paola PLA 06

Tel: (+356) 21695022 • Fax: (+356) 21805955

mailto:[email protected]?subject=Homepage tal-parrocca

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merhba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Ghaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avvizi

 

Holqa ma' ...

 

Nisimghu minghandek

 

Hajr

 

 

 

Gublew tal-fidda tas-Sacerdot Anthony Psaila

 

Fix-xahar  ta’  Settembru, grazzi ghall-Mulej li dejjem waqaf mieghi, se jkolli x-xorti li niccelebra l-25 anniversarju minn  meta  gejt  ordnat  Sacerdot.  Fl-1971 dhalt mad-Divine Word Missionaries li sirt naf dwarhom mill-magazine taghhom THE WORD.  Studjajt fl-Irlanda fejn gejt ordnat Djaknu.  Fl-4 ta’ Settembru 1977 kont ordnat  sacerdot mill-Arcisqof Guzeppi Mercieca f’din l-istess Parrocca.   Kien jum ta’ ferh li ma jintesa’ qatt mhux biss ghalija imma wkoll ghall-familjari tieghi.

 

Wara l-Odinazzjoni komplejt l-istudji tieghi f’Ruma minn fejn mort l-Afrika fejn ghamilt sitt snin bhala missjunarju.  Fl-1989 tlajt Londra u bdejt naqdi l-missjoni tieghi fid-Djocesi ta’ Westminster fejn wara xi zmien qlibt ghal Sacerdot Djocesan fl-istess Djocesi.

 

Il-Mulej ghandu l-modi tieghu kif isejjah lil dawk li jridhom jaqduh.  Lili sejjahli permezz ta’ magazine, iz-zmien li ghamilt bhala abbati u mas-Socjeta’ tal-MUSEUM.  Zgur li bhal issa f’Rahal Gdid, il-Mulej qed isejjah zghazagh ohra biex jaqduh bhala Sacerdoti jew Religjuzi.  Nappella li dawk li forsi qed ihossu xi xewqa ghas-Sacerdozju biex ma jinjorawx il-hsieb, ghax din tista’ tkun l-istedina ta’ Gesu’.   Lil dawn nissuggerilhom li jifthu qalbhom ma’ xi hadd li jista’ jghinhom u niggarantilhom li zgur ikunu kuntenti bil-ghazla li jaghmlu li jaqdu mill-vicin lil Mulej.

 

Filwaqt li nirringrazzja lil Mulej ghal dak kollu li ghamel mieghi, nixtieq li waqt li niccelebra dan il-Gublew tal-Fidda nirringrazzja b’mod specjali lill-genituri tieghi, Paul u Carmela, li ma ghadhomx aktar maghna, kif ukoll lill-familjari kollha li mhux biss ghinuni fil-vokazzjoni sacerdotali imma wkoll bhala missjunarju matul dawn is-snin.  Bhala sacerdot gejt ordnat ghas-servizz tal-poplu u ghaldaqstant f’din l-okkazzjoni zgur li ma nistax ninsa lil dawk il-lajci kollha li bil-fidi taghhom kienu ta’ ezempju ghalija fil-hajja spiritwali tieghi u fil-qadi tal-missjoni sacerdotali tieghi.   Grazzi wkoll lil huti fis-sacerdozju li ghenuni  biex nilhaq il-ghan tal-vokazzjoni  tieghi u naqdi l-missjoni afdata f’idi.

 

Fl-ahharnett nixtieq li flimkien mieghi titlob biex il-Mulej jaghti l-mistrieh ta’ dejjem lil dawk il-familjari, l-qassisin u l-lajci li kienu ta’ ghajnuna u ispirazzjoni ghalija u li llum m’ghadhomx maghna.

 

Il-Mulej  jibqa’ jberikna  ghal dejjem!

 

lura

 

 

 

 

 

 

 

1

Hosted by www.Geocities.ws

1