Knisja Parrokkjali Parrocca Kristu Re

Ufficcju Parrokkjali • Dar Parrokkjali • Triq Lampuka • Paola PLA 06

Tel: (+356) 21695022 • Fax: (+356) 21805955

mailto:[email protected]?subject=Homepage tal-parrocca

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merhba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Ghaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avvizi

 

Holqa ma' ...

 

Nisimghu minghandek

 

Hajr

 

 

 

L-Ambjent: Responsabbilta’ li taqa’ kollha fuq spallejn kull wiehed minna.

 

AJC

Kienet propju f’waqtha l-Ittra Pastorali ta’ l-Isqfijiet fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija fejn sahqu fuq ir-responsabbilta’ li ghandna biex inharsu l-wirt u l-ambjent naturali ta’ madwarna b’kull mod possibli.  Kif qalu l-Isqfijiet l-indafa m’ghandhiex tkun  ghad-djar privati taghna biss, imma wkoll fit-toroq, fil-pjazez, fil-gonna, fil-kampanja u fix-xtut kollha ta’ pajjizna.

Hija tassew tal-misthija tara kif certi postijiet qed jispiccaw fi stat ta’ mizbliet.   Anki fil-lokal taghna, meta l-Kunsill Lokali kien ha hsieb biex ghall-kumdita’ tar-residenti jipprovdi diversi skips, ma damx wisq biex kellu jnehhihom minhabba l-egoizmu ta' xi whud li bidlu l-postijiet ta’ fejn kienu dawn l-skips f’mizbliet b’detriment kbir ghal sahhet  ir-residenti ta’ l-inhawi.

 

Jekk bhal daz-zminijiet immorru fuq ix-xtut naraw xi jhallu warajhom hafna minn dawk li juzawhom, partikularment wara xi barbeque.    L-istess jekk ifettillek iddur dawra fil-kampanja ma nafx ma’ xhiex ma tiltaqax: saqqijiet, fridges, cookers, televisions, bicciet ta’ l-ghamara, etc., u dan meta tista’ tghid li f’kull lokalita’ hemm servizz provdut b’xejn ghall-gbir ta’ bulky refuse.   Sfortunatament ghal hafna Maltin donnu li x-xtut u l-kampanja m’humiex parti minn darna wkoll!

 

Il-lokal taghna, minhabba li hu wiehed centrali, jbati wkoll minn tniggis perikoluz ta’ l-arja mill-kwantita’ kbira ta’ traffiku li jghaddi minnu, kif ukoll minn dhahen u mill-famuz trab iswed li ta’ xi kultant jigi fuqna mill-Power Station tal-Marsa u minn xi industriji ohra li jinsabu fil-vicin  madwarna.   Dawn huma suggetti ghal pieni horox u hemm bzonn li l-awtoritajiet jibdew jinfurzawhom ghall-gid taghna.

 

Fl-Ittra Pastorali l-Isqfijiet appellaw biex kull familja tkun fuq quddiem nett biex b’eghmilha tassigura l-harsien tal-wirt u l-ambjent naturali ta’ pajjizna.    Sahqu kemm hija mportanti l-edukazzjoni kontinwa tat-tfal, mhux biss bil-kliem imma aktar u aktar bl-ezempju li jinghata biex jitkattar fihom sens civiku u l-htiega naturali li t-toroq, il-pjazez, ix-xtut u l-kampanja li jzejjnu pajjizna  ghandhom dejjem jinzammu fi stat ta’ ndafa li mhux biss taghmel unur lilna bhala Maltin imma li titgawda u tigi apprezzata minn dawk kollha li jzuruna.

 

lura

 

 

 

 

 

 

 

1

Hosted by www.Geocities.ws

1