|
"X'jigi
l-ewwel? Il-bajda jew it-tigiega?"
Fil-kuntest ta' dak li qed nitkellmu dwaru, nistghu nistaqsu:
"X'jigi l-ewwel? Ir-religjon
jew il-bniedem? Il-bniedem li halaq
ir-religjon jew Alla li halaq kemm il-bniedem kif ukoll
ir-religjon?" Fi ftit kliem
nistghu nigbru dak li ghidna l-ahhar darba: Taghsar taghsar, id-differenza
principali bejn ir-religjon taghna (il-Kristjanezmu) u r-religjonijiet
l-ohra kollha hi li filwaqt li dawn
jigru wara Alla, biex ifittxuh u jiskopruh, fil-kaz taghna huwa Alla li
jigri warajna u jfittixna, u
jhallina nsibuh - izda qatt ma jimponi ruhu fuqna, ghax inkella ma jkun
hallielna l-ebda ghazla naccettawhx
jew le.
Dan tassew hu l-ikbar Rumanz li qatt
inkiteb - insibuh fil-pagni tal-Bibbja.
Fl-ewwel parti tieghu - li nafuha bhala t-Testment l-Antik -
jirrakkonta kif Alla ghazel ghalih poplu, bhal bidwi li jhawwel dielja wara
li jkun naddaf l-art, u jdemmilha u jsaqqiha biex id-dielja tikber
b'sahhitha, u nbaghad jistenna minnha frott tajjeb. Hekk Alla ha hsieb il-poplu tieghu:
ikkultivah permezz ta' nies generuzi, ghaddih minn diversi esperjenzi biex
jaghmlu poplu nadif u qaddis, u xtaq li l-poplu tieghu jaghmel
il-frott. Imma meta fittex sab biss
weraq jew gheneb qares!
Jekk
tfittex fil-Bibbja u ssib kapitlu 13 tal-Ktieb ta' l-Atti ta' l-Appostli,
fil-vrus 16 sa 41 issib migbur fil-qosor din il-parti tar-Rumanz, fi kliem
San Pawl Appostlu.
"X'se
jaghmel issa sid l-ghalqa?
Jehdilhom l-ghalqa u jqabbilha lil bdiewa ohra li jaghtuh il-frott
fi zmienu." Hekk qal Gesu' lil dawk il-Lhud li kienu jmaqdru kliemu u
jwarrbu l-istedina tieghu biex jikkonvertu u jbiddlu hajjithom. Dan il-poplu maghzul suppost kellu jkun
dawl ghad-dinja, biex permezz taghhom il-bnedmin kollha jaghrfu lil Alla
veru u jaghtuh qima (sib il-Ktieb tal-Profeta Zakkarija, kapitlu 8, vers
23). Imma mhux talli ma sarux dawl
ghall-ohrajn, talli l-anqas biss kienu kapaci jmexxu lilhom infushom. Kienu saru skjavi mill-gdid. Mhux ta' l-Egizzjani, bhal qabel, imma
skjavi tad-dizubbidjenza u r-ras iebsa taghhom.
U int u jien li qed naqraw dan nintebhu
li ma tantx ahna differenti minnhom.
M'ghandniex biex nitkazaw!
In-nuqqas tieghi hu l-istess bhal taghhom: Wara li Alla ha tant hsiebi, ma jmissnix jien ghandi fidi
ftit iktar qawwija fiH? Possibbli
li Alla ma jixbax jigri
warajja? Ma nafx kif ma
jiddejjaqx! U dan hu t-Testment il-Gdid:
ghadu qed jinkiteb. U meta bniedem,
hu x’inhu t-twemmin tieghu u kienet x’kienet hajtu, jiddeciedi li se jibda
jiehu lil Alla aktar bis-serjeta’, tkun inkitbet pagna ohra f’dan
ir-Rumanz.
lura
|