Knisja Parrokkjali Parrocca Kristu Re

Ufficcju Parrokkjali • Dar Parrokkjali • Triq Lampuka • Paola PLA 06

Tel: (+356) 21695022 • Fax: (+356) 21805955

mailto:[email protected]?subject=Homepage tal-parrocca

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merhba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Ghaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avvizi

 

Holqa ma' ...

 

Nisimghu minghandek

 

Hajr

 

 

 

RAHAL GDID 60 SENA ILU...

Hidmet l-A.R.P. ta’ Rahal Gdid fl-ahhar gwerra dinjija

Alfred Ellul Galea

Fi zmien l-ahhar gwerra dinjija, u din is-sena qed infakkru s-Sittin Anniversarju mill-ghoti  tal-George Cross u l-konvoj ta’ Santa Marija, is-Supretendent ta’ l-Air Raid Precautions (ARP) f’Rahal Gdid u  Hal Tarxien kien is-Sur ANTHONY P. BILOCCA.  Xieraq li ghas-sens ta’ responsabbilta’ u l-efficjenza li wera f’din il-kariga  b’sogru  ghall-istess hajtu, naghtu taghrif dwar hidmietu f’dawk iz-zminijiet  tant imwieghra.

Ic-Centru ta’ l-ARP ta’ Rahal Gdid kellu ghad-dispozizzjoni tieghu zewg skejjel.   F’dik ta’ Triq San Alwigi, (illum Triq Manwel Buhagiar, fil-blokk ta’ bini fejn illum hemm l-Istitut tas-Sorijiet Orsolini u l-Kunvent u l-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani) kienet tinghata l-ewwel ghajnuna lil midrubin, filwaqt  li fl-ohra, dik ta’ Triq l-Iskola, li kienet isservi ta’ kwartieri, kienu jsiru operazzjonijiet zghar u biex persuni jitnehhielhom it-tniggis minn gass velenuz uzat mill-ghadu.   Is-Sur Bilocca kellu mieghu 50 persuna li kienu jinkludu zewg tobba u 10 Air Raid Wardens nisa.

Sa mill-ewwel jiem tal-gwerra, n-nies fic-¬entru ta’ l-ARP ta’ Rahal Gdid meddew ghonqhom ghall-hidma peress li hawnhekk intlaqat hafna bini u sfaw korruti u mietu n-nies ukoll.   Fil-fatt fis-26 ta’ Gunju 1940, il-voluntiera ta’ dan ic-Centru kienu fuq il- post hdejn il-Salib tal-Marsa fejn bomba waqghet qrib karozza tal-linja li hadet in-nar.   L-unika persuna li salvat f’dan l-incident ittiehdet ic-Centru b’feriti gravi.

Skond is-Sur Bilocca l-aghar jumejn ghan-nies ta’ Rahal Gdid kienu t-12 u t-13 ta’ Frar 1942 meta bl-attakki mill-ajru ’l fuq minn mitt dar garrbu hsarat kbar u l-bomba li waqghet fuq xelter fil-Pjazza kienet esperjenza gdida ghax ghalkemm ma nfaqax, bil-blast mietu hamsa minn nies li kienu jistkennu fih.   Kien propju f’dan iz-zmien li Dun Bert garr is-Sagrament mill-Parrocca ta’ Kristu Re, Rahal Gdid ghall-Kappella fic-Centru ta’ l-ARP.

Grajja ohra li jiftakar tajjeb is-Sur Bilocca hi d-dahla ta’ l-H.M.S. Illustrious fit-Tarzna f’Jannar 1941 li maghha gabet attakki horox u hsara fuq il-bliet tal-Kottonera.   In-nies tac-Centru ta’ Rahal Gdid taht it-tmexxija tas-Supretendent Bilocca kienu sahansitra jmorru jaghtu daqqa t’id fis-salvatagg lin-nies ta’ l-ARP tat-tlitt ibliet.   Izda meta bomba faqghet il-gibjun fil-Pjazza ta’ Rahal Gdid, in-nies tas-salvatagg tas-Sur Bilocca, li hadmu lejl u nhar, kellhom isejhu l-ghajnuna ta’ l-iskwadra ta’ emergenza mill-headquarters ta’ l-ARP tal-Hamrun.

In-nies ta’ l-ARP ta’ Rahal Gdid wettqu l-hidma taghhom b’sogru kbir ghall-istess hajjithom.   Huma wettqu dmirhom waqt attakki horox.   Aktar minn hekk huma zammew il-moral gholi tan-nies li baqghu fil-lokal taghna u sahansitra kienu jghinuhom fil-bzonnijiet kollha taghhom.   Fil-fatt ic-Centru qeda wkoll il-htigijiet spiritwali (qrar u quddies fil-Hdud)  u fih kienu jsiru wkoll rapprezentazzjonijiet fuq il-palk.

Ta’ min isemmi wkoll li c-Centru ARP Paola/Tarxien li s-Sur Bilocca kien Superintendent Passive Defence tieghu, kien responsabbli wkoll ghall-ibliet u l-irhula fil-qrib bhal ma huma: Hal Luqa, il-Gudja, Hal Ghaxaq, Hal Safi, il-Qrendi,  l-Imqabba, iz-Zurrieq, Kalafrana u Birzebbuga.   Is-Sur Bilocca jiftakar sew il-vjaggi mimlija periklu li ghamel spiss lejn Hal Luqa, specjalment meta darba minnhom gie mitfugh bil-karozza b’kollox f’genb ta’ triq bl-ispluzzjoni ta’ bomba.  

Bhala gharfien ta’ hidmitu f’din il-kariga matul l-ahhar gwerra dinjija s-Sur Anthony P. Bilocca rcieva ittra ta’ radd il-hajr ghas-servizz li ta minghand it-Tabib Pawlu Boffa li kien il-Kummissarju Distrettwali ta’ dawn l-inhawi.   Fl-1944 il-Gvernatur irringrazzjah permezz ta’ ittra u gharrfu li ismu ser jitnizzel fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta  bhala gharfien ghal hidmietu.

(Riferenzi:  Intervista lis-Sur A. P. Bilocca, minn National War Museum Association, 13 ta’ Ottubru 1975;  The Besieged Citadel and other Lasting Memories, Penprint Ltd., 1982, Emm. S. Tonna).

 

lura

 

 

 

 

 

 

 

1

Hosted by www.Geocities.ws

1