|
Madwar xahar u nofs ilu iccelebrajna l-Festa ta’ Kristu Re, il-Patrun
tal-Parrocca taghna. Zgur li kien
hawn gost fil-parrocca f’dawk il-jiem mistennija u kulhadd ghamel hiltu
biex f’Rahal Gdid ikollna festa sabiha li biha jiehdu pjacir mhux biss il-Pawlisti, izda wkoll
nies barranin li gew minn lokalitajiet ohra. L-iskop ta’ dan l-artiklu huwa li kull parruccan jara ftit
x’inhuma dawk l-affarijiet li ghogbuh u anke dak li jixtieq jara li jsir u
organizzat b’mod ahjar.
Minghajr ma wiehed joqghod jiftahar, importanti li napprezzaw dak
kollu li sar din is-sena fiz-zmien qasir li kien hemm ghal
preparamenti. Kulhadd ghandu juri
l-apprezzament ghal dak li ha pjacir bih. Il-festa m’hiex ta’ l-organizzaturi, l-anqas tal-kazini
jew tad-dilettanti, imma ta’ kull familja li trid il-festa. Ghaldaqstant hemm bzonn li jkun
il-poplu stess li jghid xi jrid u x’ma jridx fil-festa.
Nahseb li kulhadd jifhem li minhabba raguni finanzjarja mhux
possibbli li nzejnu l-lokal kollu
jew li jkollna d-dwal fit-toroq kollha. Jiddispjacina li hawn nies, li minkejja li jaghtu
l-kontribuzzjonijiet taghhom ghall-festa, minn quddiemhom ma jghaddi xejn
filwaqt li ohrajn jgawdu hafna ghalkemm ma jaghtu xejn u minn fuq
jikkritikaw dak li jkun sar. Nassiguraw
lil kulhadd li qeghdin isiru pjanijiet biex min qed ibati ma jibqax.
Ejjew inkomplu nitkellmu lkoll fuq dak li ghandu jsir biex il-festa
nkomplu nibnuha... jigifieri li l-attivitajiet organizzati
matul ix-xhur li gejjin jkunu ndirizzati lejn partecipazzjoni shiha u
effettiva ta’ nies b’opinjonijiet differenti (ghaqdiet socjali, politici u
sportivi) li kapaci jifhmu u japprezzaw lil xulxin u jahdmu flimkien.
Ejjew inkomplu nitkellmu
bl-akbar sincerita’ dwar dak li lkoll nixtiequ naraw ahjar madwarna matul
is-sena kollha biex fil-granet tal-festa titulari ngawdu flimkien bhala
familja wahda il-frott ta’ dak kollu li nkunu hdmina ghalih.
lura
|