|
Ftit tal-Hdud ilu
fil-Vangelu smajna lil Gesu’ jistaqsi lin-nies u staqsa ukoll lid-dixxipli
tieghu dwar dak li huma jahsbu dwaru.
Mhux l-ewwel darba jew tnejn li ahna wkoll nippruvaw niskopru dwar
dak li n-nies jahsbu fuqna.
Id-differenza bejn Gesu’ u ahna hija li filwaqt li Gesu’ ried li
jkun jaf jekk in-nies kienux qed jifhmu xi haga minn dak li kien qed
jaghmel, ahna nixtiequ nkunu nafu jekk il-hajja taghna hijiex konformi
mal-hajja li qed jghixu n-nies ta’ madwarna.
U hawnhekk naraw
differenza kbira. Gesu’ kellu
missjoni li Hu jasal ghand in-nies ta’ madwaru filwaqt li ahna nikkonfondu
jekk inkunux bhan-nies jew le.
Hafna nies jibzghu li ma jkunux bhal haddiehor u jinkwetaw. Nixtieq li kieku wiehed jistaqsi lilu
nnifsu: “Ghandi nkun bhal haddiehor jew le?”
Jekk hajti hija mibnija
fuq taghlim u principji sodi, allura ghandi nkun qawwi bizzejjed biex ma
noqghodx infittex li nghix bhal haddiehor, izda ghandi nghix kif nemmen u
nitghallem kif m’ghandix nitkaxkar mall-kurrent.
Insellmilkom.
lura
|