Fil-Qorti Kriminali



ATT TA' AKKUZA,


Nru. 1000/2000



IR-REPUBBLIKA TA' MALTA



kontra



 

 


L-Avukat Generali f' isem ir-Repubblika ta' Malta jghid


Illi fl-ewwel (1) ta' Marzu tas-sena elfejn (2000) Giovanni sive John Borg, persuna residenti f' Malta, kkomunikat bit-telefon ma' James Bridges, persuna residenti fl-Ingilterra. Giovanni sive John Borg hedded lill-imsemmi James Bridges li kien joqtlu jekk ma jaccettax li joqtol lil certu Joe Grech, persuna ohra residenti f' Malta. James Bridges ceda ghat-theddid ta' Giovanni sive John Borg u accetta li joqtol lil Joe Grech.


In esekuzzjoni tal-pjan li joqtol lil Joe Grech l-istess James Bridges immanifattura ittra-bomba Ii baghat bil-posta lil Joe Grech f' Malta u dan bil-hsieb li joqtlu jew li jqieghed il-hajja ta' l-istess Joe Grech f' periklu manifest. Illi qabel ma 1-ittra bomba msemmija waslet fid-destinazzjoni taghha Giovanni sive John Borg rega bdielu u ma xtaqx izjed li joqtol lil Joe Grech. Ghalhekk, Giovanni sive John Borg iddecieda li jaghmel dak kollu possibli sabiex isalva l-hajja ta' Grech. Di fatti Borg rega qabad bit-telefon lill-imsemmi James Bridges fl-Ingilterra u informah li kien biddel il-hsieb tieghu u li kien qieghed jirrevokalu l- mandat li kien tah biex joqtol lil Grech. Fil-frattemp, izda, 1-ittra-bomba kienet gia fi triqta bil-posta ghal ghand Grech. Illi James Bridges, ghalhekk minnufih qabad ma Joe Grech bit-telefon u avzah sabiex ma jaghmel ebda tentatttiv biex jiftah kwalunkwe ittra li tkun giet impostata l-Ingilterra ghaliex din setghet tkun 1-ittra-bomba li hu kien baghatlu. Grech, izda, ddecieda li jinjora t-twissijiet ta' James Bridges u meta rcieva l-ittra fi kien baghatlu Bridges huwa xorta fetahha ghalkemm kien intebah mit-timbru tal-posta li l-ittra kienet giet impostata l-Ingilterra. Meta Grech fetah l-ittra huwa skatta l-bomba li splodiet u korrietu serjament;


Illi fi ftit hin waslet l-ambulanza li fiha gie mghobbi Grech li gie ammess l-isptar u inghata l-kura medika necessarja minnufih. Grech tqieghed fuq apparat biex jissostitwilu d-demm u l-fluwidi l-ohra li kien tilef minhabba l-griehi li sofra. It-telf ta', fluwidi kien jirrizulta fi Grech jaqa' fi stat ta' xjokk liema stat kien eventwalment jiikkawza l-mewt ta' Grech. Waqt fi kien fil-ward jistenna li jigi operat, izda, Joe Grech qabdu attakk ta' nervi u fil-frustrazzjoni li kien qieghed ihoss dak il-hin tajjar minn fuqu t-tubi li kienu qeghdin jaghtuh il-fluidi biex jirrimpjazzaw dawk li kien tilef il-konsegwenza kienet li Grech waqa' fi stat ta' xjokk li minnu ma regax irkupra u miet flit hin wara,


Il-Qorti ta' l-Appell Kriminali b' sentenza. ta' l-ghaxra (10) ta' Gunju elf disa' mija sitta u disghin (1996) fil-kawza bl-ismijiet "Ir- Repubblika ta' Malta vs. Giovanni sive John Borg" l-akkuzat Giovanni sive John Borg kien instab hati ta' reat u gie kundannat ghall-piena ta' prigunerija ghall-perjodu ta' sena;


Illi b'sentenza tal-Qorti tal-Magistrati tas-sitta (6) ta' Gunju elf disa' mija tmienja u disghin (1998) fil-kawza bl-ismijiet "The Police vs. James Bridges" l-akkuzat James Bridges instab hati ta' delitt u gie kundannat ghall-piena ta' prigunerija ghall- perjodu ta' tmintax-il xahar liema sentenza giet sospiza ghall-perjodu ta' sentejn.


Illi b'ghemilhom I-imsemmija Giovanni sive John Borg u James Bridges, recidivi f' reat, saru hatjin ta' omicidju volontarju u cioe' talli dolozament. bil-hsieb li joqtlu persuna jew li jqieghdu il-hajja taghha f' perikolu car, ikkagunawlha l-mewt. Ghaldaqstant l-Avukat Generali fl-isem fuq imsemmi jakkuza lill-imsemmija Giovanni sive John Borg u James Bridges, recidivi f' reat, hatjin ta' omicidju volontarju u cioe talli dolozament, bil-hsieb li joqtlu persuna jew li jqieghdu l-hajja taghha f' perikolu car, ikkagunawlha l-mewt; jitlob illi jinghamel skond il-ligi kontra l-imsemmija akkuzati u illi Giovanni sive John Borg u James Bridges jigu kkundannati ghall-piena ta' prigunerija ghall-ghomor biz-zieda tal-piena tar-rekluzjoni ghal mhux aktar minn tnax-il perijodu jew billi jizdiedu pieni ohra stabbiliti fir-regolamenti tal-habs skond dak li hemm u jintqal fl-artikoli 31(1)(b)(e), 49, 50, 211 u 533 tal-kodici Kriminali jew ghal kull piena ohra li tista' skond il-ligi tinghata ghall-htija. tal-imsemmija akkuzati.


U peress li l-imsemmi James Bridges sar hati ta' reat li sar matul il-perjodu operattiv tas-sentenza fuq imsemmija moghtija minn din l-Onorabbli Qorti fis-sitta (6) ta' Gunju elf disa' mija tmienja u disghin (1998) fl-ismiiiet "The Police vs. James Bridges" u li kienet giet sospiza ghall-Perjodu ta' sentejn l-Avukat Generali jitlob li skond dak li hemm provdut fl-artikolu 28B tal-Kodici kriminali din l-Onorabbli Qorti joghgobha. tordna, li tibda ssehh l-istess sentenza, li permezz taghha l-istess James Bridges instab hati ta' delitt u gie kundannat ghall-piena ta' prigunerija ghal perjodu ta' tmintax-il xahar.


Avukat anzjan tar-Repubblika




 

 

 

 

 


IL-QORTI:


Wara li rat I-Att ta' Akkuza Nru. 1000/2000 fl-ismijiet premessi;


Tordna lill-akkuzati jaghmlu nota ta' osservazzjonijiet dwar il-punti legali involuti fid-deliberazzionijiiet dwar I-Att ta' I-Akkuza inkluzi minghajr pregudizzju, kwalunkwe osservazzjoni dwar il-piena li ghandha tinghata lill-akkuzati fil-kaz li jinstabu hatja tar-reati dedotti kontra taghhom.

Firmat: Imhallef Glormu Montebello


Hosted by www.Geocities.ws

1